|
13.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Ottubru 2009
dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ estratt lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7647)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2009/752/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Settembru 2006, il-kumpanija Neptune Technologies & Bioressources Inc. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja biex tqiegħed fis-suq estratt lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba bħala ingredjent ġdid tal-ikel. |
|
(2) |
Fit-29 ta’ Jannar 2007 l-istituzzjoni kompetenti għall-evalwazzjoni tal-ikel tal-Finlandja ħarġet ir-rapport inizjali tagħha ta’ evalwazzjoni. F’dak ir-rapport din waslet għal konklużjoni li l-użu tal-estratt lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba bħala ingredjent alimentari kien aċċettabbli. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fid-19 ta’ Frar 2007. |
|
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fil-31 ta’ Jannar 2008. |
|
(6) |
Fl-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tan-Nutrizzjoni tal-Prodotti Dijetetiċi u l-Allerġiji fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sikurezza tal-“Estratt lipidu mill-Euphausia superba” bħala ingredjent tal-ikel, il-Bord wasal għall-konklużjoni li l-estratt lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba kien sikur skond il-kondizzjonijiet ta’ użu proposti. |
|
(7) |
Fuq il-bażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni inizjali, ġie stabbilit li l-estratt lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba hu konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-estratt lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba kif speċifikat fl-Anness I, jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użu fl-ikel u fil-livelli massimi kif speċifikat fl-Anness II.
Artikolu 2
L-isem “estratt tal-lipidu mill-krustaċju Krill tal-Antartiku Euphausia superba” għandu jintwera fuq l-ittikkettjar tal-prodott innifsu jew fil-lista ta' ingredjenti ta' oġġetti tal-ikel li jinsab fihom.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Neptune Technologies & Bioressources Inc., 225 Promenade du Centropolis, Bureau 200, Laval, Quebec, H7T 0B3, il-Kanada.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-ESTRATT TAL-LIPIDU MILL-KRILL TAL-ANTARTIKU EUPHASIA SUPERBA
Deskrizzjoni
Sabiex jiġi prodott estratt tal-lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba, il-krill tal-Antartiku ffriżat jitgħaffeġ u jiġi soġġett għal estrazzjoni bl-aċetun. Il-proteini u l-kontenut tal-krill jitneħħew mill-estratt lipidu permezz ta’ filtrar. L-aċetun u l-ilma li jibqa’ jitneħħew permezz ta’ evaporazzjoni.
|
Test |
Speċifikazzjoni |
|
Valur ta' Saponifikazzjoni |
Mhux iktar minn 185 KOH/g |
|
Valur perossidu (PV) |
Mhux iktar minn 0,2 meq O2/kg żejt |
|
Umdità u Volatili |
Mhux iktar minn 0,9 % |
|
Fosfolipidi |
Mhux aktar minn 50 % |
|
Aċidi grassi trans |
Mhux aktar minn 1 % |
|
EPA (Aċidu eicosapentaenoic) |
Mhux anqas minn 15 % |
|
DHA (Aċitu docosahexaenoic) |
Mhux anqas minn 7 % |
ANNESS II
UŻI TAL-ESTRATT TAL-LIPIDU MILL-KRILL TAL-ANTARTIKU EUPHAUSIA SUPERBA
|
Grupp ta’ Użu |
Kontenut massimu ta' DHA u EPA kombinat |
|
Prodotti magħmula mill-ħalib għajr xarbiet magħmula mill-ħalib |
200 mg/100 g jew 600 mg/100 g għal prodotti tal-ġobon |
|
Analogi magħmula mill-ħalib għajr xarbiet |
200 mg/100 g jew 600 mg/100 g għal prodotti tal-ġobon |
|
Xaħam li jiddellek u ħwawar |
600 mg/100 g |
|
Ċereali għall-kolazzjon |
500 mg/100 g |
|
Supplimenti tal-ikel |
200-il mg f'kull doża ta' kuljum kif rakkomandat mill-manifattur |
|
Ikel ta' dieta għal skopijiet mediċi speċjali |
Skont ir-rekwiżiti ta' nutrizzjoni partikolari tal-persuni li għalihom il-prodotti huma intenzjonati |
|
Ikel maħsub għall-użu f'dieti ta' enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż |
200 mg/sostitut tal-ikel |