Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' April 2005 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuniżija, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea
Official Journal L 278 , 21/10/2005 P. 0002 - 0002
Official Journal L 173 , 27/06/2006 P. 0029 - 0029
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' April 2005 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuniżija, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea (2005/721/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda fl-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fl- 10 ta’ Frar 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, biex tinnegozja mar-Repubblika tat-Tuniżija bl-iskop li jkun aġġustat il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuniżija, min-naħa l-oħra [1], biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ma' l-UE. (2) Dawn in-negozjati kienu minn dak iż-żmien ’il hawn konklużi għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni. (3) Il-Protokoll innegozjat mar-Repubblika tat-Tuniżija jipprovdi, fl-Artikolu 12(2), għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. (4) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar ’il quddiem, huwa xieraq li l-Protokoll għandu jkun iffirmat f’isem il-Komunità u li jkun applikat proviżorjament, IDDECIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill hu b’dan il-mezz awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollha (jkollhom) is-setgħa jiffirma(w), f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min-naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Protokoll hu mehmuz ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Protokoll previst fl-Artikolu 1 għandu jkun applikat proviżorjament mill- 1 ta' Mejju 2004, suġġett għall-konklużjoni tiegħu. Magħmula fi Brussel, 25 ta' April 2005. Għall-Kunsill Il-President J. Asselborn [1] ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2. --------------------------------------------------