24.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 387/21


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10347 — Synthos/Trinseo (in-negozju tal-gomma sintetika))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 387/06)

1.   

Fis-16 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4, u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Synthos S.A. (il-Polonja), ikkontrollata minn Black Forest SICAV-SIF S.A. (il-Lussemburgu),

—

In-negozju tal-gomma sintetika ta’ Trinseo S.A. (il-Lussemburgu) (“il-kumpanija fil-mira”).

Synthos S.A. takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ parti minn Trinseo S.A.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Synthos S.A.: kumpanija b’ishma konġunti, proprjetà privata, bil-kwartieri tagħha f’Oświęcim, il-Polonja, attiva l-aktar fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi,

—

għall-kumpanija fil-mira: attiva l-aktar fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ gomma sintetika, speċifikament gomma styrene-butadiene.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10347 — Synthos/Trinseo (in-negozju tal-gomma sintetika)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).