<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑67/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CO0067</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:459">EU:C:2017:459</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>viardcacjeDIGRIET TAL-<DATE ISO="20170614">14.6.2017</DATE> – KAWŻA C-67/17</P><P>ILIEV</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet Tal-qorti Tal-ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Materji esklużi</KEYWORD><KEYWORD>Effetti matrimonjali</KEYWORD><KEYWORD>Xoljiment taż-żwieġ</KEYWORD><KEYWORD>Likwidazzjoni ta’ beni akkwistati matul iż-żwieġ</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-67/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rayonen sad Varna (qorti tad-distrett ta’ Varna, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170207">7 ta’ Frar 2017</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Todor Iliev</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Blagovesta Ilieva,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, J.-C. Bonichot u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża permezz ta’ digriet immotivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Todor Iliev u Blagovesta Ilieva dwar il-likwidazzjoni ta’ vettura bil-mutur, wara x-xoljiment taż-żwieġ tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1215/2012</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil-premessa 34 tar-Regolament Nru 1215/2012, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea enfasizza n-neċessità li tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u r-Regolamenti li ssostitwixxewha, inkluż fir-rigward tal-interpretazzjoni diġà mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja inkonnessjoni mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni li jekwivalu ma’ dawk ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (2)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Huwa m’għandux jestendi, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul, dawk doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi, id-drittijiet fuq proprjetà derivanti minn relazzjonijiet matrimonjali jew minn relazzjonijiet meqjusa mil-liġi applikabbli bħala li għandhom effetti komparabbli għal dawk taż-żwieġ<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 80 tiegħu, ir-Regolament Nru 1215/2012 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19. Vol. 4, p. 42).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 1215/2012:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[…]</ALINEA><ALINEA>[Dan ir-regolament] għandu japplika mill-<DATE ISO="20150110">10 ta’ Jannar 2015</DATE>, minbarra l-Artikoli 75 u 76, li għandhom japplikaw mill-<DATE ISO="20140110">10 ta’ Jannar 2014</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Brussell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Din il-Konvenzjoni għandha tapplika f’materji ċivili u kummerċjali irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. […]</P><?PAGE NO="3"?><P>Din il-Konvenzjoni ma għandhiex tapplika għal:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi, l-effetti matrimonjali, it-testmenti u s-suċċessjonijiet;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kodiċi dwar id-dritt internazzjonali privat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tal-kodiċi dwar id-dritt internazzjonali privat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-qrati u l-korpi Bulgari l-oħra għandhom il-ġurisdizzjoni internazzjonali meta:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ir-rikorrenti jew l-attur huwa ċittadin Bulgaru jew persuna ġuridika stabbilta taħt id-dritt Bulgaru.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kodiċi tal-familja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) tal-kodiċi tal-familja jipprovdi li l-konjuġi għandhom l-istess drittijiet fuq il-beni akkwistati b’kontribuzzjoni komuni matul iż-żwieġ, irrispettivament mill-isem li taħtu dawn jiġu akkwistati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28 ta’ dan il-kodiċi, f’każ li tintemm il-komunità tal-akkwisti, il-konjuġi għandhom dritt għal partijiet ugwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>T. Iliev, ta’ ċittadinanza Bulgara, u B. Ilieva, ta’ ċittadinanza Taljana u Bulgara, iżżewġu fl-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE> f’Choumen (il-Bulgarija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE>, iż-żwieġ bejn il-partijiet ġie xolt b’deċiżjoni tar-Rayonen sad Choumen (qorti tad-distrett ta’ Choumen, il-Bulgarija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara l-għoti tad-divorzju minn dik il-qorti, T. Iliev ippreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju intiż għal-likwidazzjoni ta’ vettura bil-mutur mixtrija minn B. Ilieva u rreġistrata f’isimha fix-xahar ta’ Novembru 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>T. Iliev isostni li din il-vettura nxtrat minn fondi komuni meta l-partijiet kienu miżżewġin u li, skont l-Artikoli 21 u 28 tal-kodiċi tal-familja, il-vettura bil-mutur kienet proprjetà tagħhom it-tnejn, anki jekk din kienet irreġistrata fl-Italja f’isem B. Ilieva biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, minkejja li T. Ilieva u B. Ilieva kienu rreġistrati bħala ddomiċiljati permanentement fil-Bulgarija, hemm lok li jiġi kkunsidrat li kienu jirresjedu abitwalment fit-territorju Taljan fid-data taż-żwieġ ċivili tagħhom, fid-data tax-xiri tal-vettura, fid-data tal-għoti tad-divorzju u anki tal-preżentata tal-kawża prinċipali. Dik il-qorti tispeċifika li B. Ilieva ilha tgħix u taħdem fl-Italja b’mod kontinwu għal għaxar snin, li fl-<DATE ISO="20160314">14 ta’ Marzu 2016</DATE>, hija ddikjarat lill-awtoritajiet Bulgari li hija tirresjedi fl-Italja, u li, fuq il-karta tal-identità tagħha maħruġa mill-awtoritajiet Taljani, hija tidher bħala residenti f’Alba, provinċja ta’ Cuneo (l-Italja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B. Ilieva tikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qrati Bulgari sabiex jiddeċiedu l-kawża prinċipali, billi tikkunsidra, abbażi tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li huma l-qrati Taljani li għandhom il-ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar dan is-suġġett sa fejn hija għandha għad-dispożizzjoni tagħha xejn iktar minn sentenza waħda mogħtija mill-qorti suprema Bulgara fil-kuntest ta’ divorzju u li tikkonċerna kawża għal-likwidazzjoni ta’ beni akkwistati matul iż-żwieġ. Skont dik is-sentenza, l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 tikkonċerna biss kawżi li jirrigwardaw l-effetti matrimonjali kif iddefiniti f’ċerti artikoli tal-kodiċi tal-familja, liema artikoli ma jinkludux tali likwidazzjonijiet. Minn dan jirriżulta li dawn tal-aħħar jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Skont dik il-qorti, jekk dan kien minnu, allura il-qrati Taljani jkollhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu l-kawża prinċipali, b’mod konformi mal-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament. Għall-kuntrarju, jekk dan l-aħħar imsemmi artikolu ma huwiex applikabbli, il-qrati Bulgari jkollhom ġurisdizzjoni, skont il-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tal-kodiċi dwar id-dritt internazzjonali privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rayonen sad Varna (qorti tad-distrett ta’ Varna, il-Bulgarija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1)</NO.P><TXT>Kawża bejn ex konjuġi dwar il-qsim ta’ proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ taħt il-komunjoni tal-akkwisti tikkostitwixxi tilwima dwar drittijiet ta’ proprjetà li joriġinaw minn relazzjonijiet matrimonjali fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament [Nru 1215/2012]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Tilwima dwar il-qsim ta’ proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ iżda rreġistrata fir-reġistru tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’isem wieħed mill-ex konjuġi biss taqa’ taħt l-esklużjonijiet mill-applikabbiltà tar-Regolament Nru 44/2001, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament [Nru 1215/2012]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ tali tilwima bejn ex konjuġi dwar it-titolu fi proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ ċivili bejn il-partijiet f’sitwazzjoni fejn il-konjuġi jkunu ċittadini tal-istess Stat Membru tal-Unjoni [Ewropea] filwaqt li, fil-mori tal-kawża, jirriżulta li l-post ta’ residenza tal-partijiet kien jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor meta żżewwġu, meta kienet akkwistata l-proprjetà, meta ġie tterminat iż-żwieġ u meta tressqet il-kawża għall-qsim tal-proprjetà wara t-terminazzjoni taż-żwieġ?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi tagħha, li hemm lok li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, għandux jiġi interpretat fis-sens li kawża bħal dik prinċipali, marbuta mal-likwidazzjoni, wara l-għoti ta’ divorzju, ta’ beni mobbli akkwistati matul iż-żwieġ minn konjuġi ċittadini ta’ Stat Membru, iżda ddomiċiljati fi Stat Membru ieħor, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 jew jekk taqax taħt id-dominju tal-effetti matrimonjali u għalhekk, taħt l-esklużjonijiet li jinsabu fl-imsemmi Artikolu 1(2)(a).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, sa fejn ir-Regolament Nru 1215/2012 jissostitwixxi minn issa ’il quddiem, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka, il-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda din il-konvenzjoni tgħodd ukoll għal dan l-imsemmi regolament, peress li d-dispożizzjonijiet tiegħu u dawk tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Kif jirriżulta mill-premessa 34 tar-Regolament Nru 1215/2012, għandha tiġi żgurata l-kontinwità fl-interpretazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta’ Brussell u dik tar-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Realchemie Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-406/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:668">EU:C:2011:668</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 1(2)(a) ta’ dan tal-aħħar jikkoinċidi mal-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet huma redatti f’termini analogi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, jeħtieġ li jsir riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja marbuta mal-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u b’mod iktar partikolari mas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790327">27 ta’ Marzu 1979</DATE>, <NAME.CASE>de Cavel</NAME.CASE> (<NO.CASE>143/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:83">EU:C:1979:83</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dik is-sentenza, Qorti tal-Ġustizzja eżaminat jekk kawża marbuta ma’ miżura konservatorja fuq xi beni, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ divorzju, taqax taħt il-Konvenzjoni ta’ Brussell, minħabba n-natura patrimonjali tal-miżura inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li, minħabba l-ispeċifiċità ta’ ċerti materji fosthom l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi, l-effetti matrimonjali, it-testmenti u s-suċċessjonijiet, il-kawżi marbuta ma’ dawn il-materji, ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790327">27 ta’ Marzu 1979</DATE>, <NAME.CASE>de Cavel</NAME.CASE>, <NO.CASE>143/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:83">EU:C:1979:83</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Effetti matrimonjali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> li tinsab fil-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jinkludi mhux biss ir-reġimi li japplikaw għall-beni żviluppati speċifikament u esklużivament minn ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali fid-dawl taż-żwieġ, iżda wkoll ir-relazzjonijiet patrimonjali kollha li jirriżultaw direttament mir-rabta konjugali jew mix-xoljiment tagħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790327">27 ta’ Marzu 1979</DATE>, <NAME.CASE>de Cavel</NAME.CASE>, <NO.CASE>143/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:83">EU:C:1979:83</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-kawżi li jirrigwardaw il-beni tal-konjuġi fil-pendenzi tal-kawża għal divorzju jistgħu, skont il-każ, ikunu jikkonċernaw jew ikunu marbuta mill-qrib mal-ewwel kategorija, jiġifieri ma’ kwistjonijiet marbuta mal-istatus tal-persuni, mat-tieni kategorija jiġifieri ma’ relazzjonijiet legali patrimonjali bejn il-konjuġi naxxenti direttament mir-rabta konjugali jew mix-xoljiment tagħha, mat-tielet kategorija, jiġifieri ukoll ma’ relazzjonijiet legali patrimonjali eżistenti bejniethom, iżda mingħajr konnessjoni maż-żwieġ, u li huma biss dawk il-kawżi marbuta ma’ din l-aħħar imsemmija kategorija li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, filwaqt li dawk marbuta mal-ewwel tnejn għandhom jkunu esklużi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790327">27 ta’ Marzu 1979</DATE>, <NAME.CASE>de Cavel</NAME.CASE>, <NO.CASE>143/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:83">EU:C:1979:83</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Isegwi li, fir-rigward ta’ kawża bejn ex konjuġi marbuta mal-likwidazzjoni ta’ beni mobbli akkwistati matul iż-żwieġ, peress li din il-kawża tikkonċerna relazzjonijiet legali patrimonjali bejn dawn il-persuni naxxenti direttament mix-xoljiment taż-żwieġ, tali kawża ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, iżda biss taħt it-tieni kategorija msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jiżdied li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243), għalkemm jikkonċerna,<?PAGE NO="6"?> skont l-Artikolu 1(1)(a) tiegħu, il-materji ċivili marbuta mad-divorzju, japplika biss, kif jirriżulta mill-premessa 8 tiegħu, għax-xoljiment tar-rabta matrimonjali, bl-esklużjoni tal-kwistjonijiet bħall-kawżi tad-divorzju, l-effetti matrimonjali taż-żwieġ jew il-miżuri aċċessorji possibbli l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula li l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li, kawża, bħal dik prinċipali, marbuta mal-likwidazzjoni, wara l-għoti ta’ divorzju, ta’ beni mobbli akkwistati matul iż-żwieġ minn konjuġi ċittadini ta’ Stat Membru, iżda ddomiċiljati fi Stat Membru ieħor, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, iżda taħt id-dominju tal-effetti matrimonjali u, għaldaqstant, taħt l-esklużjonijiet li jinsabu fl-imsemmi Artikolu 1(2)(a).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, kawża, bħal dik prinċipali, marbuta mal-likwidazzjoni, wara l-għoti ta’ divorzju, ta’ beni mobbli akkwistati matul iż-żwieġ minn konjuġi ċittadini ta’ Stat Membru, iżda ddomiċiljati fi Stat Membru ieħor, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, iżda taħt id-dominju tal-effetti matrimonjali u, għaldaqstant, taħt l-esklużjonijiet li jinsabu fl-imsemmi Artikolu 1(2)(a).</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>