|
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Settembru 2010
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6403)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/571/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/95/KE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju, tal-kromju eżavalenti, tal-bifenili polibrominati (PBB) u tal-eteri tad-difenil polibrominati (PBDE) fit-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) imqiegħed fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2006. L-eżenzjonijiet minn dik il-projbizzjoni huma elenkati fl-Anness għal dik id-Direttiva. Jeħtieġ li dawk l-eżenzjonijiet jiġu analizzati sabiex jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. |
|
(2) |
B’riżultat tal-analiżi tal-eżenzjonijiet, ċertu applikazzjonijiet li fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju jew il-kromju eżavalenti għandhom jibqgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni minħabba li l-eliminazzjoni ta’ dawn is-sustanzi perikolużi f’dawk l-applikazzjonijiet speċifiċi għadha mhijiex prattika mil-lat xjentifiku jew tekniku. Għaldaqstant huwa xieraq li dawk l-eżenzjonijiet jinżammu. |
|
(3) |
B’riżultat tal-analiżi tal-eżenzjonijiet, għal ċertu applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, jew il-kadmju l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tal-użu ta’ dawk is-sustanzi saret possibbli mil-lat xjentifiku jew tekniku. Għaldaqstant huwa xieraq li dawk l-eżenzjonijiet jitħassru. |
|
(4) |
B’riżultat tal-analiżi tal-eżenzjonijiet, għal ċertu applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, jew il-kadmju, l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tal-użu ta’ dawk is-sustanzi se ssir possibbli mil-lat xjentifiku jew tekniku fil-ġejjieni prevedibbli. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu ffissati dati ta’ skadenza għal dawk l-eżenzjonijiet. |
|
(5) |
B’riżultat tal-analiżi tal-eżenzjonijiet, għal ċertu applikazzjonijiet li jkun fihom il-merkurju, eliminazzjoni jew sostituzzjoni parzjali tal-użu ta’ dawk is-sustanzi hija possibbli mil-lat xjentifiku jew tekniku. Għaldaqstant huwa xieraq li jitnaqqas l-ammont ta’ merkurju li jista’ jintuża f’dawk l-applikazzjonijiet. |
|
(6) |
B’riżultat tal-analiżi tal-eżenzjonijiet, għal ċertu applikazzjonijiet li jkun fihom il-merkurju, fil-ġejjieni prevedibbli mil-lat xjentifiku jew tekniku se tkun possibbli biss l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni parzjali u gradwali tal-użu ta’ dik is-sustanza. Għaldaqstant huwa xieraq li l-ammont ta’ merkurju li jista’ jintuża f’dawk l-applikazzjonijiet jitnaqqas gradwalment. |
|
(7) |
F’ċertu każijiet mil-lat tekniku huwa impossibbli li l-EEE jissewwa b’partijiet għall-bdil għajr dawk oriġinali. Għaldaqstant, f’dawk il-każijiet biss, l-użu ta’ partijiet għall-bdil li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, jew l-eteri tad-difenil polibrominati, li bbenefikaw mill-eżenzjoni, għandhom ikunu permessi fit-tiswija tal-EEE, li jkun tqiegħed fis-suq qabel dik l-eżenzjoni skadiet jew twaqqfet. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdu livelli ta’ referenza indikattivi f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-merkurju fil-bozoz. Għalkemm il-kontenut tal-merkurju tal-bozoz ġie identifikat bħala parametru ambjentali sinifikanti fir-Regolamenti (KE) Nru 244/2009 u (KE) Nru 245/2009, tqies li kien aktar xieraq li dan jiġi rregolat fid-Direttiva 2002/95/KE, li tkopri wkoll it-tipi ta’ bozoz eżentati minn dawk ir-regolamenti. |
|
(9) |
B’riżultat tal-analiżi li twettqet għall-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 244/2009, għal ċerti applikazzjonijiet li jkun fihom il-merkurju, eliminazzjoni jew sostituzzjoni parzjali tal-użu ta’ din is-sustanza hija possibbli mil-lat xjentifiku jew tekniku mingħajr impatti negattivi fuq l-ambjent, is-saħħa u/jew is-sikurezza tal-konsumaturi li jkollhom valur ogħla minn dak tal-benefiċċji ta’ sostituzzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li jitnaqqas il-kontenut tal-merkurju għal dawk l-applikazzjonijiet li huma skont ir-Regolament (KE) Nru 244/2009. |
|
(10) |
Huwa xieraq li jsiru bidliet sostanzjali għall-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE. Għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi sostitwit l-Anness kollu. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet rilevanti. |
|
(12) |
Għalhekk, id-Direttiva 2002/95/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE għandu jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.
ANNESS
“ANNESS
Applikazzjonijiet eżentati mill-projbizzjoni fl-Artikolu 4(1)
|
Eżenzjoni |
Ambitu u dati tal-applikabbiltà |
|
|
1 |
Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti b’kappa waħda (kompatta) li ma jaqbiżx (għal kull burner): |
|
|
L-Artikolu 1(a) |
Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali < 30 W: 5 mg |
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull burner; Wara l-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom jintużaw 2,5 mg għal kull burner |
|
1(b) |
Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 30 W and < 50 W: 5 mg |
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull burner |
|
1(c) |
Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 50 W u < 150 W: 5 mg |
|
|
1(d) |
Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 150 W: 15 mg |
|
|
1(e) |
Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali b’forma strutturali ċirkolari jew kwadra u dijametru tat-tubu ≤ 17 mm |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 7 mg għal kull burner |
|
1(f) |
Għal skopijiet speċjali: 5 mg |
|
|
2(a) |
Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti lineari b’kappa doppja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull bozza): |
|
|
2(a)(1) |
Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu < 9 mm (eż. T2): 5 mg |
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 4 mg għal kull bozza |
|
2(a)(2) |
Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu ≥ 9 mm u ≤ 17 mm (eż. T5): 5 mg |
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3 mg għal kull bozza |
|
2(a)(3) |
Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu > 17 mm u ≤ 28 mm (eż. T8): 5 mg |
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza |
|
2(a)(4) |
Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu > 28 mm (eż. T12): 5 mg |
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012; Wara l-31 ta’ Diċembru 2012 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza |
|
2(a)(5) |
Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja twil (> 25 000 siegħa): 8 mg |
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 5 mg għal kull bozza |
|
2(b) |
Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti oħra li ma jaqbiżx (għal kull bozza): |
|
|
2(b)(1) |
Bozoz lineari tal-alofosfati b’dijametru tat-tubu > 28 mm (eż. T10 u T12): 10 mg |
Tiskadi fit-13 ta’ April 2012 |
|
2(b)(2) |
Bozoz mhux lineari tal-alofosfati (id-dijametri kollha): 15 mg |
Tiskadi fit-13 ta’ April 2016 |
|
2(b)(3) |
Bozoz mhux lineari b’sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’dijametru tat-tubu > 17 mm (eż. T9) |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza |
|
2(b)(4) |
Bozoz għal skopijiet oħra ta’ illuminazzjoni ġenerali u speċjali (eż. bozoz ta’ induzzjoni) |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza |
|
3 |
Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti b’katodu kiesaħ u bozoz fluworexxenti b’elettrodu estern (CCFL u EEFL) għal skopijiet speċjali li ma jaqbiżx (għal kull lampa): |
|
|
3(a) |
Tul qasir (≤ 500 mm) |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza |
|
3(b) |
Tul medju (> 500 mm u ≤ 1 500 mm) |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 5 mg għal kull bozza |
|
3(c) |
Tul twil (> 1 500 mm) |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 13 mg għal kull bozza |
|
4(a) |
Il-merkurju f’bozoz oħra b’discharge taħt pressjoni baxxa (għal kull bozza): |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza |
|
4(b) |
Il-merkurju f’bozoz tas-Sodju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull burner) f’bozoz b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 60: |
|
|
4(b)-I |
P ≤ 155 W |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 30 mg għal kull burner |
|
4(b)-II |
155 W < P ≤ 405 W |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner |
|
4(b)-III |
P > 405 W |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner |
|
4(c) |
Il-merkurju f’bozoz oħra tas-Sodju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull burner): |
|
|
4(c)-I |
P ≤ 155 W |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 25 mg għal kull burner |
|
4(c)-II |
155 W < P ≤ 405 W |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 30 mg għal kull burner |
|
4(c)-III |
P > 405 W |
L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner |
|
4(d) |
Il-merkurju f’bozoz tal-Merkurju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja (HPMV) |
Tiskadi fit-13 ta’ April 2015 |
|
4(e) |
Il-merkurju f’bozoz tal-alid tal-metall (MH) |
|
|
4(f) |
Il-merkurju f’bozoz oħra b’discharge għal skopijiet speċjali mhux imsemmija speċifikament f’dan l-Anness |
|
|
5(a) |
Iċ-ċomb fil-ħġieġ ta’ tubi vakwi |
|
|
5(b) |
Ċomb fil-ħġieġ ta’ tubi fluworexxenti li ma jaqbiżx 0,2 % skont il-piż |
|
|
6(a) |
Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-azzar għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni (machining) u fl-azzar galvanizzat sa 0,35 % ċomb skont il-piż |
|
|
6(b) |
Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar f’aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb skont il-piż |
|
|
6(c) |
Liga tar-ram li jkun fiha sa 4 % ċomb skont il-piż |
|
|
7(a) |
Iċ-ċomb fi stann tat-tip li jdewweb f’temperaturi għoljin (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % ċomb jew aktar skont il-piż) |
|
|
7(b) |
Iċ-ċomb fi stann ta’ oġġetti li jservu, sistemi ta’ ħżin u ta’ wiri ordnat tal-ħżin, tagħmir tal-infrastrutturi tan-netwerks għas-swiċċjar, is-sinjalar, it-trażmissjoni u l-ġestjoni tan-netwerks għat-telekomunikazzjoni |
|
|
7(c)-I |
Komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb fi ħġieġa jew ċeramika għajr iċ-ċeramika dielettrika fil-kapaċitaturi, eż. apparat pjeżoelettroniku, jew f’kompost b’matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika |
|
|
7(c)-II |
Iċ-ċomb f’ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta’ 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla |
|
|
7(c)-III |
Iċ-ċomb f’ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta’ anqas minn 125 V AC jew 250 V DC |
Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013 |
|
8(a) |
Il-kadmju u l-komposti tiegħu f’apparat ta’ interruzzjoni termali f’darba tat-tip b’pelit. |
Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2012 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2012 |
|
8(b) |
Il-kadmju u l-komposti tiegħu f’kuntatti elettriċi |
|
|
9 |
Il-kromju eżavalenti bħal aġent kontra l-korrożjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-karbonju u l-azzar fi friġġijiet tal-assorbiment sa 0,75 % skont il-piż fis-soluzzjoni tat-tkessiħ |
|
|
9(b) |
Iċ-ċomb f’ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal-bearings għal kompressuri li jkun fihom refriġerant għall-applikazzjoniet ta’ tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR) |
|
|
11(a) |
Iċ-ċomb użat f’sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet konformi mas-C-press. |
Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010 |
|
11(b) |
Iċ-ċomb użat f’sistemi ta’ konnetturi tal-pinnijiet oħra li ma jkunux dawk konformi mas-C-press |
Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013 |
|
12 |
Iċ-ċomb bħala materjal għall-kisi għall-modulu ta’ trażmissjoni termali C-ring |
Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010 |
|
13(a) |
Ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi |
|
|
13(b) |
Il-kadmju u ċ-ċomb fi ħġieġ li jiffiltra u ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza |
|
|
14 |
Iċ-ċomb fl-istann li jikkonsisti f’aktar minn żewġ elementi għall-konnessjoni bejn il-pinnijiet u l-pakkett tal-mikroproċessuri b’kontenut ta’ ċomb ta’ 80 % jew aktar u anqas minn 85 % skont il-piż |
Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2011 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2011 |
|
15 |
Iċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u carrier fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip |
|
|
16 |
Iċ-ċomb f’bozoz inkandexxenti lineari b’tubi miksija bis-silikat |
Tiskadi fl-1 ta’ Settembru 2013 |
|
17 |
L-alid taċ-ċomb bħala aġent jiddi f’bozoz b’discharge ta’ intensità għolja (HID) użat għal applikazzjonijiet ta’ reprografija professjonali |
|
|
18(a) |
Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta’ bozoz b’discharge meta jintużaw bħala bozoz speċjali fir-reprografija tal-istampar bid-diażo, il-litografija, in-nases tal-insetti, il-proċessi fotokimiċi u ta’ vulkanizzazzjoni li fihom il-fosfri bħall-SMS ((Sr,Ba)2MgSi2O7:Pb) |
Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 |
|
18(b) |
Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta’ bozoz b’discharge meta jintużaw bħala lampi għat-tismir li fihom il-fosfri bħall-BSP (BaSi2O5:Pb) |
|
|
19 |
Iċ-ċomb bil-PbBiSn-Hg u l-PbInSn-Hg f’kompożizzjonijiet speċifiċi bħala amalgamu prinċipali u bil-PbSn-Hg bħala amalgamu awżiljarju f’bozoz li jiffrankaw l-enerġija (ESL) kompatti ħafna |
Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011 |
|
20 |
L-ossidu taċ-ċomb fil-ħġieġ użat biex jgħaqqad flimkien is-sustrati ta’ quddiem u ta’ wara tal-bozoz fluworexxenti ċatti użati fl-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) |
Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011 |
|
21 |
Iċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta’ enamels fuq ħġieġ, bħall-ħġieġ tal-borosilikat u tal-ġir sodat (soda lime). |
|
|
23 |
Iċ-ċomb f’finituri ta’ komponenti fine pitch li ma jkunux konnetturi b’pitch ta’ 0,65 mm jew inqas |
Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010 |
|
24 |
Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ma’ kapaċitaturi b’aktar minn saff wieħed diskojdali, b’toqob imħaffra fihom |
|
|
25 |
L-ossidu taċ-ċomb li jintuża fl-iskrins li jemettu l-elettroni permezz tat-trażmissjoni mas-superfiċje (SED) li jintużaw f’elementi strutturali, notevolment fil-frit tas-siġillar u ċ-ċirku tal-frit |
|
|
26 |
L-ossidu taċ-ċomb fl-envelop tal-ħġieġ ta’ bozoz blu b’dawl iswed |
Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011 |
|
27 |
Il-ligi taċ-ċomb bħala stann għat-transdutturi li jintużaw fi spikers qawwija (deżinjati biex joperaw għal diversi sigħat f’livelli ta’ qawwa akustika ta’ 125dB SPL u aktar) |
Skadiet fl-24 ta’ Settembru 2010 |
|
29 |
Iċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl-Anness I (Il-kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE (1) |
|
|
30 |
Il-ligi tal-kadmju użati bħala ġonot tal-istann elettriċi/mekkaniċi għal kondutturi elettriċi li jinsabu direttament fuq il-kojl tal-vuċi fi transdutturi użati fi spikers qawwija b’livelli ta’ pressjoni ta’ ħoss ta’ 100 dB (A) jew aktar |
|
|
31 |
Iċ-ċomb f’materjali tal-issaldjar f’bozoz fluworexxenti ċatti mingħajr merkurju (li pereżempju jintużaw għal skrins tal-kristalli likwidi, iddisinjar jew f’dawl industrijali) |
|
|
32 |
L-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton |
|
|
33 |
Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ta’ wajers irqaq tar-ram ta’ dijametru ta’ 100 μm u anqas fit-transformers tal-enerġija |
|
|
34 |
Iċ-ċomb fl-elementi ta’ potenzjometru trimmer abbażi taċ-ċermit |
|
|
36 |
Il-merkurju użat bħala inibitur tat-textix tal-katodu fl-iskrins tal-plażma DC li jkun fihom sa massimu ta’ 30 mg għal kull skrin |
Skadiet fl-1 ta’ Lulju 2010 |
|
37 |
Iċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta’ diodes ta’ vultaġġ għoli abbażi ta’ korp tal-ħġieġ tal-borat taż-żingu |
|
|
38 |
Il-kadmju u l-ossidu tal-kadmju f’pejsts b’rita ħoxna użati fuq ossidu tal-berilju marbut mal-aluminju |
|
|
39 |
Il-kadmju fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien (< 10 μg Cd/mm2 ta’ medda li tarmi d-dawl) għall-użu f’sistemi ta’ stat solidu għall-illuminazzjoni jew turija |
Tiskadi fl-1 ta’ Lulju 2014 |
Nota: Għall-finijiet tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2002/95/KE, għandu jkun tollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,1 % skont il-piż f’materjali omoġenji għaċ-ċomb, il-merkurju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominatati (PBB) u l-eteri tad-difenil polibrominati (PBDE) u ta’ 0,01 % skont il-piż f’materjali omoġenji għall-kadmju.”