2011R1051 — MT — 01.01.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1051/2011 tal-20 ta’ Ottubru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu, fir-rigward tal-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u t-trażmissjoni tad-dejta (ĠU L 276, 21.10.2011, p.13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 81/2013 tad-29 ta’ Jannar 2013 |
L 28 |
1 |
30.1.2013 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1051/2011
tal-20 ta’ Ottubru 2011
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu, fir-rigward tal-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u t-trażmissjoni tad-dejta
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(4) u 9(2) u (3) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 stabbilixxa qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid sistematiċi tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu. |
|
(2) |
Għandu jkun żgurat livell raġonevoli ta’ kwalità tal-informazzjoni mxerrda u ż-żamma tas-serji ta’ statistika dwar it-turiżmu eżistenti. |
|
(3) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-arranġamenti dwar ir-rapporti tal-kwalità u l-istruttura tar-rapporti, kif ukoll l-arranġamenti prattiċi dwar it-trażmissjoni tad-dejta. |
|
(4) |
Jixraq li kemm jista’ jkun tintuża fis-sħiħ l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu filwaqt li tkun irrispettata l-kunfidenzjalità tar-reġistri tad-dejta individwali. |
|
(5) |
Ċerta dejta għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri biex titkompla l-kopertura statistika tat-turiżmu fil-livell nazzjonali. |
|
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-arranġamenti dwar ir-rapporti tal-kwalità u l-istruttura ta’ dawn ir-rapporti għandhom ikunu skont kif inhu stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 2
L-istandard tal-iskambju tat-tabelli aggregati għandhom ikunu skont kif inhu stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 3
L-istandard tal-iskambju tal-faxxikli tal-mikrodejta għandu jkun kif stabbilit fl-Anness III.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
L-istruttura tar-rapporti tal-kwalità
L-arranġamenti u l-istrutturi għall-forniment tal-metadejta
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) bil-metadejta ta’ referenza skont l-Istruttura tal-Metadejta Euro SDMX, kif hemm iddefinit fir-Rakkomandazzjoni 2009/498/KE ( 2 ) għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-mikrodejta u l-metadejta meħtieġa (li tinkludi dik dwar il-kwalità) skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-metadejta għandha tintbagħat lill-Eurostat permezz tal-punt ta’ aċċess uniku jew b’mod li l-Kummissjoni (l-Eurostat) jkollha aċċess għaliha b’mezzi elettroniċi.
Il-kontenut tar-rapporti tal-metadejta u tal-kwalità
Ir-rapport għandu jinkludi l-kunċetti li ġejjin u jkopri t-turiżmu intern (l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011) kif ukoll it-turiżmu nazzjonali (l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011):
(1) Ir-rilevanza, li tinkludi l-kompletezza kontra l-ħtiġiet tal-utenti biss, u l-kompletezza tad-dejta kontra r-rekwiżiti u rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 692/2011.
(2) L-akkuratezza, ukoll l-iżbalji f’dak li għandu jiġi kopert (jiġi wisq kopert jew ma jkunx hemm kopertura biżżejjed), memorja mhux akkurata, żbalji tal-klassifikazzjoni, nuqqas ta’ risposta dwar l-oġġett u l-unità (ikklassifikat skont it-tip ta’ unità li dwarha ma jkunx hemm risposta), it-rata tat-taxxa tal-imputazzjoni (għat-Taqsima 2 tal-Anness II), żbalji fit-teħid ta’ kampjuni u koeffiċjenti tal-varjazzjoni għal sett ta’ indikaturi u analiżijiet ewlenin (kif ukoll deskrizzjoni tal-formuli jew l-algoritmi li jkunu ntużaw fil-kalkolu tal-koeffiċjenti tal-varjazzjoni) u reviżjoni tad-dejta (politika, prattika, l-impatt fuq indikaturi ewlenin).
(3) Li kollox isir f’waqtu, l-informazzjoni fil-kalendarju għall-proċess ta’ produzzjoni sal-pubblikazzjoni tar-riżultati (l-ewwel riżultati, u r-riżultati finali u sħaħ).
(4) Il-puntwalità, inkluża dik tal-informazzjoni dwar id-dati tat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mqabblin mal-iskadenzi speċifikati fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 għal kull wasla ta’ dejta marbuta mas-sena ta’ referenza.
(5) L-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza, inkluż għall-informazzjoni dwar il-kalendarju tar-rilaxx tal-pubblikazzjonijiet ewlenin (fuq il-karta u onlajn) marbutin mal-perjodi ta’ referenza tas-sena ta’ referenza.
(6) Il-komparabbiltà, inkluża l-komparabbiltà bejn żoni ġeografiċi, bejn żminijiet differenti (serje interrotta) u bejn oqsma tal-istatistika differenti.
(7) Il-koerenza, li tinkludi l-koerenza fil-qasam mad-dejta minn sorsi oħrajn, il-koerenza ma’ oqsma oħra tal-istatistika, il-koerenza bejn l-istatistiċi annwali u infra-annwali.
(8) Spiża u Piż, inkluża (fejn disponibbli) indikazzjoni kwantitattiva/monetarja u kwalitattiva tal-ispejjeż marbutin mal-ġbir u l-produzzjoni u l-piż fuq dawk li jwieġbu, u deskrizzjoni ta’ miżuri reċenti jew ippjanati biex tittejjeb il-kosteffiċjenza u/jew jitnaqqas il-piż minn fuq min iwieġeb.
(9) Metadejta marbuta mal-preżentazzjoni tal-istatistika u l-ipproċessar tal-istatistika, inkluża l-informazzjoni dwar (fejn ikun relevanti) il-konċetti, id-definizzjonijiet u l-klassifiki użati, is-sorsi użati, il-kwadru ta’ popolazzjoni, il-popolazzjoni fil-mira, il-frekwenza tal-ġbir tad-dejta, it-tip ta’ stħarriġ u l-metodi tal-ġbir tad-dejta, l-ambitu (u l-limiti tal-ambitu), il-forma u l-metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni, il-proċeduri ta’ żieda, it-trattament tad-dejta kunfidenzjali u kontroll fuq l-iżvelar tagħha.
ANNESS II
Tabelli aggregati għat-trażmissjoni tad-dejta elenkata fl-Anness I u fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011
L-istruttura tal-fajls u l-kodifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta mitluba f’dan ir-Regolament skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-dejta għandha tintbagħat lill-Eurostat permezz tal-punt ta’ aċċess uniku jew b’mod li l-Kummissjoni (l-Eurostat) jkollha aċċess għaliha b’mezzi elettroniċi.
Fejn ikun hemm referenza għall-“identifikaturi”, din tkun tirreferi għall-identifikaturi speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi dokumentazzjoni dettaljata fir-rigward ta’ dawn l-identifikaturi u tipprovdi gwida supplimentari fir-rigward tal-istandard tal-iskambji. Id-dejta li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet dwar l-istandard tal-iskambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) tkun meqjusa li ma ngħatatx.
Kull sett tad-dejta għandha jkun fiha l-oqsma elenkati f’dan l-Anness.
Intestatura
L-għan tal-intestatura huwa li jidentifika s-serje ta’ dejta li ġiet trasmessa u għandha tikkonsisti minn tliet oqsma:
— Perjodu ta’ referenza li għandu jikkonsisti minn seba’ figuri, l-ewwel erbgħa juru s-sena u l-aħħar tlieta juru l-perjodu matul is-sena. Eżempji: 2012A00 (id-dejta annwali għall-2012) jew 2012M01 (dejta tax-xahar għal Jannar 2012).
— Il-kodiċi tal-pajjiż għandu jikkonsisti minn żewġ figuri li jirrappreżentaw il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru li jkun qed jittrażmetti d-dejta. Eżempji: BE (il-Belġju), BG (il-Bulgarija), eċċ.
— Is-suġġett għandu jikkonsisti minn wieħed minn dawn l-identifikaturi tas-sett tad-dejta li ġejjin:
—
|
int_cap_annual |
turiżmu intern - kapaċità tal-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni għat-turisti id-dejta elenkata fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011. |
|
int_occ_annual |
turiżmu intern – dejta dwar l-okkupazzjoni annwali (inkluża stima għall-istabbilimenti li ma jilħqux l-inqas limitu); id-dejta elenkata fit-Taqsima 2 A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011. |
|
int_occ_mnight |
turiżmu intern – dejta kull xahar dwar l-iljieli li għamlu t-turisti; id-dejta elenkata fit-Taqsima 2B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011. |
|
int_occ_marrno |
turiżmu intern – id-dejta ta’ kull xahar dwar in-numri ta’ turisti li jaslu fil-pajjiż u r-rati netti tal-okkupazzjoni; id-dejta elenkata fit-Taqsima 2B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011. |
|
int_non_rented |
turiżmu intern – id-dejta ta’ kull sena dwar l-iljieli li għamlu t-turisti f’akkomodazzjoni mhux mikrija; id-dejta elenkata fit-Taqsima 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 |
|
nat_dem_partic |
turiżmu nazzjonali – il-parteċipazzjoni fit-turiżmu; id-dejta elenkata fit-Taqsima 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 |
|
nat_dem_sdvout |
turiżmu nazzjonali – żjarat ta’ ġurnata fejn it-turisti jitilqu dakinhar li jaslu; id-dejta elenkata fit-Taqsima 3 A tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 |
|
nat_dem_sdvdom |
turiżmu nazzjonali – żjarat ta’ ġurnata ta’ turisti mill-pajjiż stess; id-dejta elenkata fit-Taqsima 3B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 |
Dejta
Taħt din l-intestatura jkunu jidhru l-valuri tal-varjanti u l-analiżijiet għal kull sett tad-dejta, u għandu jkun hemm sitt oqsma:
— Il-Varjabbli jkun fih l-identifikatur għall-varjant;
— Taħt Analiżi jkun hemm l-identifikatur għall-kategorija tal-analiżi jew, fejn relevanti, l-għaqda tal-kategoriji tal-analiżi;
— Taħt Unità jkun hemm l-identifikatur għall-unità tal-kejl;
— Taħt Valur għandu jkun hemm il-valur ingrossat għall-karatteristika tal-popolazzjoni marbuta mal-varjant u l-analiżi indikati;
— Taħt Marki għandu jkun hemm il-marki li jfissru “din id-dejta ġiet iċċekkjata u tista’ titqassam”, “din id-dejta mhijiex affidabbli u ma għandhiex titqassam għall-użu iżda tista’ tingħaqad ma’ dejta oħra f’tabelli aggregati ta’ livell ogħla” u “dejta soġġetta għal kunfidenzjalità primarja jew sekondarja”;
— Taħt Rimarki għandhom jiddaħħlu kull osservazzjoni qasira jew xi metadejta marbuta ma’ valur partikolari (ir-rimarki jew in-noti tal-qiegħ marbutin mal-varjanti jew mal-analiżijiet għandhom jissemmew taħt Noti).
Noti
Din l-intestatura għandu jkun fiha kull nota ta’ spjegazzjoni, nota tal-qiegħ u metadejta, għal kull sett tad-dejta, li jikkonċernaw varjant wieħed jew iżjed minn wieħed, jew analiżijiet jew noti ġenerali dwar is-sett tad-dejta kollu kemm hu, u jkun fiha tliet oqsma:
— Varjant ikun fih l-identifikatur għall-varjant li għalih tkun relevanti n-nota;
— Taħt Analiżi jkun hemm l-identifikatur għall-kategorija tal-analiżi jew, fejn relevanti, l-għaqda tal-kategoriji tal-analiżi li għalihom tkun relevanti n-nota;
— Taħt Rimarki għandhom jiddaħħlu n-noti ħielsa li jistgħu jiġu ppubblikati bħala noti dwar il-metodoloġija jew spjegazzjonijiet addizzjonali biex id-dejta trażmessa tinftiehem aħjar.
ANNESS III
Fajls tal-mikrodejta għat-trażmissjoni tad-dejta elenkata fit-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011
L-istruttura tal-fajls u l-kodifikazzjoni
Kull vjaġġ osservat għandu jkun irreġistrat individwalment fil-fajl tal-mikrodejta trażmess. Dan il-fajl tal-mikrodejta għandu jiġi ċċekkjat, editjat, u, fejn hemm bżonn, imputat, u għandu jkollu struttura u kodifikazzjoni kif deskritt fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-Kummissjoni (Eurostat) se tipprovdi aktar struzzjonijiet dwar il-format tat-trażmissjoni.
Id-dejta li ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet għall-istandard tal-iskambju stipulati f’dan l-Anness titqies li ma ntbagħtitx.
|
Kolonna |
Identifikatur |
Deskrizzjoni |
Filtru/kummenti |
|
1/6 |
000001-999999 |
Numru f’sekwenza ta’ kull vjaġġ |
|
|
KARATTERISTIĊI TAL-VJAĠĠ |
|||
|
7/8 |
Xahar tat-tluq |
||
|
01-24 |
Numru tax-xahar (Jannar tas-sena ta’ referenza = 01, Diċembru tas-sena ta’ referenza = 12; Jannar tas-sena kalendarja ta’ qabel = 13, Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel = 24) |
||
|
9/11 |
Dewmien tal-vjaġġ f’numru ta’ ljieli |
||
|
001-366 |
Numru ta’ ljieli (tliet ċifri) |
||
|
12/14 |
Dewmien tal-vjaġġ: numru ta’ ljieli mqattgħin fit-territorju domestiku |
Għal vjaġġi ‘l barra biss Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta |
|
|
000-183 |
Numru ta’ ljieli (tliet ċifri) |
||
|
15/17 |
Pajjiż ewlieni tad-destinazzjoni |
||
|
001-999 |
Il-kodiċi skont il-lista tal-pajjiżi fil-manwali metodoloġiku mfassal skont l-Artikoluo10 tar-Regolament 692/2011 |
||
|
18 |
L-għan ewlieni tal-vjaġġ |
||
|
1 |
Għan privat/personali: divertiment, rikreazzjoni u vaganzi |
||
|
2 |
Għan privat/personali: żjarat lill-familji u l-ħbieb |
||
|
3 |
Għan privat/personali: oħrajn (eż. trattament tas-saħħa, pellegrinaġġ) |
||
|
4 |
Għan professjonali/kummerċjali |
||
|
19/24 |
Tip ta’ destinazzjoni |
Il-Kolonnao18 = [1, 2, 3]; Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta |
|
|
19 |
1 |
Belt = Iva |
|
|
2 |
Belt = Le |
||
|
9 |
Belt = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) |
||
|
20 |
1 |
Xatt il-baħar = Iva |
|
|
2 |
Xatt il-baħar = Le |
||
|
9 |
Xatt il-baħar = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) |
||
|
21 |
1 |
Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.) = Iva |
|
|
2 |
Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.) = Le |
||
|
9 |
Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.) = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) |
||
|
22 |
1 |
Bastiment tal-kruċieri = Iva |
|
|
2 |
Bastiment tal-kruċieri = Le |
||
|
9 |
Bastiment tal-kruċieri = Mhux applikabbli (Kolonna 18 = 4) |
||
|
23 |
1 |
Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Iva |
|
|
2 |
Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Le |
||
|
9 |
Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) |
||
|
24 |
1 |
Oħrajn = Iva |
|
|
2 |
Oħrajn = Le |
||
|
9 |
Oħrajn = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) |
||
|
25 |
Parteċipazzjoni tat-tfal |
Il-Kolonna 18 = [1, 2, 3]; Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
Iva |
||
|
2 |
Le |
||
|
9 |
Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) |
||
|
26 |
Mezz ewlieni ta’ trasport |
||
|
1 |
Bl-ajru (servizzi tat-titjira, titjira skedata jew mikrija, jew servizzi tal-ajru oħrajn) |
||
|
2 |
Bil-baħar jew kanali, jew xmajjar jew fil-lagi (linji tal-passiġġieri u laneċ, kruċieri, dgħajjes tad-divertiment, bastimenti mikrijin, …) |
||
|
3 |
Ferrovija |
||
|
4 |
Xarabank, kowċ (skedata jew mhux skedata) |
||
|
5 |
Vettura bil-mutur (privata jew mikrija) |
||
|
6 |
Oħrajn (pereżempju bir-rota) |
||
|
27 |
Mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni |
||
|
1 |
Akkomodazzjoni mikrija: lukandi u stabbilimenti simili |
||
|
2 |
Akkomodazzjoni mikrija: siti ta’ kampeġġ, parkeġġi tal-karavan jew tat-trejlers (mhux residenzjali) |
||
|
3 |
Akkomodazzjoni mikrija: akkomodazzjoni oħra mikrija (stabbilimenti għall-kura tas-saħħa, alloġġi taż-żgħażagħ, mollijiet, …) |
||
|
4 |
Akkomodazzjoni mhux mikrija: villeġġatura privata |
||
|
5 |
Akkomodazzjoni mhux mikrija: akkomodazzjoni pprovduta mingħajr ħlas minn qraba jew ħbieb |
||
|
6 |
Akkomodazzjoni mhux mikrija: akkomodazzjoni oħra mhux mikrija |
||
|
28 |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: użu ta’ operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar biex jinkera l-mezz ewlieni tat-trasport |
Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
Iva |
||
|
2 |
Le |
||
|
9 |
Ma nafx |
||
|
29 |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: użu ta’ operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar biex jinkera l-mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni |
Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
Iva |
||
|
2 |
Le |
||
|
9 |
Ma nafx |
||
|
30 |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ (indipendenti) |
Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta Il-Kolonna 28 = 2 u l-Kolonna 29 = 2 |
|
|
1 |
Is-servizzi ġew ibbukkjati direttament mingħand il-fornitur tas-servizz |
||
|
2 |
Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar |
||
|
9 |
Mhux applikabbli (il-Kolonna 28 ≠ 2 jew il-Kolonna 29 ≠ 2) |
||
|
31 |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: Vjaġġ b’kollox inkluż |
Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
Iva |
||
|
2 |
Le |
||
|
32 |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar minn fuq l-Internet tal-mezz ewlieni tat-trasport |
Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
Iva |
||
|
2 |
Le |
||
|
9 |
Ma nafx |
||
|
33 |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar minn fuq l-Internet tal-mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni |
Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
Iva |
||
|
2 |
Le |
||
|
9 |
Ma nafx |
||
|
34/41 |
In-nefqa fuq trasport tat-turist individwali matul il-vjaġġ |
||
|
00000000-99999998 |
Ammont f’euro (tmien ċifri) |
||
|
42/49 |
L-infiq fl-akkomodazzjoni tat-turist individwali matul il-vjaġġ |
||
|
00000000-99999998 |
Ammont f’euro (tmien ċifri) |
||
|
50/57 |
In-nefqa fuq ikel u xorb fil-ħwienet tal-kaféu fir-ristoranti tat-turist individwali matul il-vjaġġ |
Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess kodiċi = Vojta |
|
|
00000000-99999998 |
Ammont f’euro (tmien ċifri) |
||
|
58/65 |
Infiq ieħor tat-turist individwali matul il-vjaġġ (total ta’ nfieq ieħor, inkluż dak fuq oġġetti dewwiema u ta’ valur) |
||
|
00000000-99999998 |
Ammont f’euro (tmien ċifri) |
||
|
66/73 |
Oġġetti dewwiema u ta’ valur (sottokategorija tal-infiq ieħor tat-turist individwali matul il-vjaġġ) |
||
|
00000000-99999998 |
Ammont f’euro (tmien ċifri) |
||
|
IL-PROFIL TAL-VIŻITATUR |
|||
|
74 |
Sess |
||
|
1 |
Raġel |
||
|
2 |
Mara |
||
|
75/77 |
Età |
||
|
000-198 |
Numru ta’ snin magħluqa (tliet ċifri) |
||
|
78/79 |
Pajjiż tar-residenza |
||
|
Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ċifri (il-Belġju = BE, il-Bulgarija = BG, …) |
|||
|
80 |
Il-livell edukattiv milħuq |
Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess: kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
Mhux aktar minn livell sekondarju baxx (ISCED 2011 livelli 0-2) |
||
|
2 |
Skola sekondarja għolja u post-sekondarja (mhux terzjarja) (ISCED 2011 livelli 3 u 4) |
||
|
3 |
Terzjarja (ISCED 2011 livelli 5-8 |
||
|
81 |
Sitwazzjoni tal-impjieg |
Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
Impjegat, (impjegat u dak li jaħdem għal rasu) |
||
|
2 |
Qiegħda |
||
|
3 |
Student/a (jew tifel/tifla tal-iskola) |
||
|
4 |
Oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol |
||
|
82 |
Dħul tal-unità domestika fi kwartili |
Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess kodiċi = Vojta |
|
|
1 |
l-ewwel kwartili |
||
|
2 |
it-tieni kwartili |
||
|
3 |
it-tielet kwartili |
||
|
4 |
ir-raba’ kwartili |
||
|
FATTUR TAL-INGROSSAR |
|||
|
83/91 |
Il-fattur tal-ingrossar bejn il-kampjun u l-popolazzjoni |
||
|
000000-999999 |
Il-Kolonni minn 83 sa 88 fihom numri sħaħ |
||
|
000-999 |
Il-Kolonni minn 89 sa 91 fihom il-punti deċimali |
||
( 1 ) ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.
( 2 ) ĠU L 168, 30.6.2009, p. 50.