European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3397

28.5.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11546 — UNICREDIT / ALPHA BANK ROMANIA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3397)

1.   

Fis-17 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

UniCredit S.p.A. (“UniCredit”, l-Italja),

—

Alpha Bank Romania S.A. (“Alpha Bank Romania”, ir-Rumanija), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Alpha Services u Holdings S.A. (il-Greċja).

UniCredit se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Alpha Bank Romania.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

UniCredit hija istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata li tipprovdi diversi servizzi bankarji u finanzjarji fl-Unjoni Ewropea, bħal servizzi bankarji għall-konsumatur u korporattivi, servizzi tas-suq finanzjarju u servizzi finanzjarji oħra,

—

Alpha Bank Romania hija istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata li jipprovdi diversi servizzi bankarji u finanzjarji fir-Rumanija, bħal servizzi bankarji għall-konsumatur u korporattivi, servizzi tas-suq finanzjarju u servizzi finanzjarji oħra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11546 — UNICREDIT / ALPHA BANK ROMANIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3397/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)