|
24.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11006 – ONE / MACQUARIE / YTI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 141/05)
1.
Fit-3 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ocean Network Express Pte. Ltd (“ONE”, Singapore); |
|
— |
MIP III (ECI) AIV, L.P. (“Macquarie”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
Yusen Terminal LLC (“YTI”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
ONE u Macquarie jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ YTI kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
ONE bħalissa hija kkontrollata minn Ocean Network Express Holdings Ltd. (il-Ġappun), impriża konġunta bejn Nippon Yusen Kabushiki Kaisha (“NYK Group”, il-Ġappun), Mitsui O.S.K Lines u Kawasaki Kisen Kaisha u topera negozju globali tat-trasport marittimu tal-kontejners, |
|
— |
Macquarie hija veikolu ta’ investiment alternattiv ta’ fond, domiċiljata f’Delawares, li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Macquarie Group Limited, fornitur globali ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-assi bil-kwartieri ġenerali fl-Awstralja; |
|
— |
YTI hija kumpanija kkontrollata minn Macquarie u l-NYK Group, u tipprovdi s-servizzi tal-burdnara fit-terminals tal-kontejners marittimi ta’ Los Angeles (l-Istati Uniti tal-Amerika). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11006 – ONE / MACQUARIE / YTI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).