Brussell, 20.11.2025

COM(2025) 730 final

2025/0377(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Greċja

{SWD(2025) 379 final}


2025/0377 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Greċja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 1 ,u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Wara li l-Greċja ppreżentat il-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (“RRP’’, recovery and resilience plan”) tagħha fis-27 ta’ April 2021, il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill biex tagħtih valutazzjoni pożittiva. Fit-13 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (id-“Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021”) 2 . Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 ġiet emendata bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2023 3 , tas-16 ta’ Lulju 2024 4 , tal-21 ta’ Jannar 2025 5  u tat-18 ta’ Lulju 2025 6 .

(2)Fit-3 ta’ Novembru 2025, il-Greċja għamlet talba motivata lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta biex id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 għar-raġuni li, parzjalment l-RRP ma għadux jista’ jinkiseb, minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Fuq din il-bażi, il-Greċja ppreżentat RRP emendat.

Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241

(3)L-emendi tal-RRP ppreżentati mill-Greċja minħabba ċirkostanzi oġġettivi jikkonċernaw 153 miżura. 

(4)Il-Greċja spjegat li tmien miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu minħabba dewmien mhux mistenni relatat ma’ proċeduri tal-akkwist pubbliku. Dan jikkonċerna l-miżura 16285 — Investimenti fin-network ta’ irrigazzjoni nazzjonali permezz ta’ skemi PPP, il-miżura 16851 — Protezzjoni tal-bijodiversità bħala mutur għat-tkabbir sostenibbli, il-miżura 16823 — Strateġija u politiki taċ-ċibersigurtà għas-Settur Pubbliku u servizzi ta’ sigurtà avvanzata għall-infrastrutturi kritiċi nazzjonali, il-miżura 16827 — Strateġija dwar il-Governanza tad-Data u politiki tas-Settur Pubbliku, il-miżura 16934 — Titjib tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, il-miżura 16757 — Stabbiliment ta’ Ċentru tar-Radjoterapija fl-Isptar tal-Mard Toraċiku “Sotiria” ta’ Ateni, il-miżura 16925 — Trasformazzjoni Diġitali tas-sistema ta’ appoġġ soċjali. Abbażi ta’ dan, il-Greċja talbet li dawk il-miżuri jiġu emendati. Barra minn hekk, il-Greċja talbet li tneħħi l-miżura 16621 — Estroverżjoni tal-Ekosistema tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Greċja. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata b’mod xieraq.

(5)Il-Greċja spjegat li disa’ miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu minħabba domanda aktar baxxa milli kien mistenni. Dan jikkonċerna l-miżura 16874 — Enerġija u intraprenditorija, il-miżura 16706 — Trasformazzjoni Diġitali tal-SMEs, il-miżura 16922 — Integrazzjoni Soċjali, il-miżura 16711 — Professjonalizzazzjoni tad-dominju tal-Akkwist Pubbliku, inkluż permezz tat-tħaffif tal-implimentazzjoni tal-investimenti pubbliċi, it-titjib tal-qafas tal-akkwist pubbliku, il-miżuri għall-bini tal-kapaċità u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-miżura 16584 — Proposti għal azzjonijiet fis-Settur tal-Akkwakultura, il-miżura 16626 — Trasformazzjoni ekonomika fis-Settur Agrikolu, il-miżura 16634 — Parks Industrijali Ġodda, il-miżura 16931 — Żvilupp tat-Turiżmu, il-miżura 16593 — Emenda tal-qafas legali għall-attrazzjoni ta’ investiment strateġiku. Abbażi ta’ dan, il-Greċja talbet li dawk il-miżuri jiġu emendati. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata b’mod xieraq.

(6)Il-Greċja spjegat li miżura waħda ma għadhiex tista’ tinkiseb minħabba interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista. Dan jikkonċerna l-miżura 16996 — Installazzjoni tal-ħżin tal-enerġija għal penetrazzjoni addizzjonali tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Abbażi ta’ dan, il-Greċja talbet li din il-miżura titneħħa. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata b’mod xieraq.

(7)Il-Greċja spjegat li ħames miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu minħabba kwistjonijiet legali mhux previsti, inklużi litigazzjonijiet tal-qorti. Dan jikkonċerna l-miżura 16291 — Trasformazzjoni diġitali tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana — tal-miżura 16911 Mezzi tal-ajru għall-ġestjoni tal-kriżijiet, il-miżura 16794 — Tisħiħ tas-Sistema tal-Apprendistat, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u l-ħiliet, il-miżura 16630 — Awtostrada tat-Tramuntana ta’ Kreta (Β.Ο.Α.Κ.). Abbażi ta’ dan, il-Greċja talbet li dawk il-miżuri jiġu emendati. Barra minn hekk, il-Greċja talbet li tneħħi l-miżura 16785 - Reġistru tat-Turiżmu e-MHTE. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata b’mod xieraq.

(8)Il-Greċja spjegat li erba’ miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu minħabba sfidi tekniċi mhux mistennija. Dan jikkonċerna l-miżura 16778 — Diġitalizzazzjoni tal-arkivji u servizzi relatati, il-miżura 16793 — Proġett għall-kostruzzjoni ta’ bini ddedikat għat-Terapiji Ċellulari u Ġeni u l-Laboratorji Kliniċi tal-Ematoloġija fl-Isptar Ġenerali “Papanikolaou” ta’ Tessaloniki, il-miżura 16904 — Diżabilità, il-miżura 16919 — Protezzjoni tat-tfal. Abbażi ta’ dan, il-Greċja talbet li dawk il-miżuri jiġu emendati. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata b’mod xieraq.

(9)Il-Greċja spjegat li ġew emendati 16-il miżura biex jiġu implimentati alternattivi aħjar sabiex tinkiseb l-ambizzjoni oriġinali tagħhom. Dan jikkonċerna l-miżura 16872 — Rinnovazzjoni tal-enerġija fuq bini residenzjali, il-miżura 16873 — Interventi f’żoni residenzjali u fl-istokk tal-bini, il-miżura 16401 — Programm ta’ Aġġornament tal-Enerġija “Upgrade my Home”, il-miżura 16831 — Produc- E Green, il-miżura 16924 — Elettromobbiltà, il-miżura 16779 — Żvilupp tas-servizzi tal-Interoperabbiltà u tal-web, il-miżura 16964 — Ċentru ta’ Interoperabbiltà tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (KED), il-miżura 16795 — Infrastruttura tas-saħħa, il-miżura 16755 — Riforma tas-Sistema tal-Kura tas-Saħħa Primarja, il-miżura 16982 — Riforma organizzazzjonali fis-settur tal-ferroviji, il-miżura 16999 — Restawr tal-Aċċessibbiltà wara l-effetti devastanti tal-maltempati “DANIEL” u “ELIAS”, il-miżura 16735 — Użu tal- “arti fuq il-preskrizzjoni”, il-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, u l-isfruttament tal-ekonomija tal-fidda, il-miżura 16989 — Ottimizzazzjoni tal-użu tal-ispazju tal-art u tal-baħar għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u mir-riħ lil hinn mill-kosta, il-miżura 16980 — Faċilità ta’ Self tal-RRP, il-miżura 16993 — Pjan direzzjonali għal interventi innovattivi tal-effiċjenza enerġetika u l-identifikazzjoni ta’ strument finanzjarju ġdid, il-miżura 16995 — Proġett għall-produzzjoni tal-Idroġenu rinnovabbli. Abbażi ta’ dan, il-Greċja talbet li temenda l-miżuri msemmija hawn fuq. Peress li dawk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw emenda tal-miżuri, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata kif xieraq.

(10)Il-Greċja spjegat li ġew emendati 92 miżura biex jiġu implimentati alternattivi aħjar li jippermettu li jitnaqqas il-piż amministrattiv u tiġi ssimplifikata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li xorta jintlaħqu l-objettivi ta’ dawk il-miżuri. Dan jikkonċerna l-miżura 16870 - Interventi għall-interkonnessejoni tal-elettriku tal-gżejjer u l-aġġornament tan-network tal-elettriku, il-miżura 16871 Interventi għall-interkonnessjoni tal-elettriku tal-gżejjer u l-aġġornament tan-network tal-elettriku, il-miżura 16899 Żieda fil-kapaċità installata fis-substazzjonijiet Vultaġġ Għoli/Vultaġġ Medju tal-Operatur tan-Network tad-Distribuzzjoni tal-Elettriku Elleniku - (HEDNO) għal konnessjoni RES ġdida; il-miżura 16900 - Titjib tan-network fl-għoli tal-Operatur tan-Network tad-Distribuzzjoni tal-Elettriku Elleniku HEDNO fiż-żoni tal-foresti, il-miżura 16901 - Titjib tan-network HEDNO bl-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza u jiġi protett l-ambjent, il-miżura 16926 – Appoġġ tal-installazzjoni ta’ sistemi ta’ ħżin biex tittejjeb il-penetrazzjoni tar-RES, il-miżura 16875 - Żvilupp industrijali u restawr tal-bini f’dak li kien id-dominju rjali ta’ Tatoi, il-miżura 16932 - Ċentru Atletiku Olimpiku ta’ Ateni, il-miżura 16894 - Stabbiliment ta’ ppjanar spazjali speċjali ġdid għall-enerġija rinnovabbli, l-industrija u t-turiżmu, il-miżura 16850 - Provvista tal-Ilma tax-Xorb u Infrastrutturi ta’ ffrankar, il-miżura 16909 - Stabbiliment ta’ Ġestjoni Nazzjonali tal-Ġestjoni tad-Diżastri strateġika, il-miżura 16910 - Sistema ta’ Ġestjoni u Kontroll, il-miżura 16912 - Tagħmir għat-tifi tan-nar, għall-prevenzjoni u għar-rispons fil-foresti, il-miżura 16983 - Spezzjoni preliminari tar-reżistenza sismika tal-bini), il-miżura 16772 - Liġi dwar il-ġestjoni tal-iskart għall-implimentazzjoni ta’ rimi fil-miżbliet u r-riċiklaġġ sostenibbli, il-miżura 16855 – Satelliti żgħar, il-miżura 16844 - Tranżizzjoni għat-teknoloġija 5G, l-iffaċilitar tal-iżvilupp ta’ servizz remot innovattiv, il-miżura 16736 - Sistema Ġdida għall-Akkwist Pubbliku, il-miżura 16791 - Trasformazzjoni Diġitali tal-Organizzazzjoni Nazzjonali Griega tat-Turiżmu, il-miżura 16810 - CRM for the General Government, il-miżura16742 - Trasformazzjoni Diġitali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-miżura 16782 - Interkonnessjoni u interoperabbiltà tar-reġistri, sistemi u servizzi għall-iskambju tad-data bejn organizzazzjonijiet pubbliċi nazzjonali, il-miżura 16824 – Reġistri elettroniċi, il-miżura 16928 - Inkorporazzjoni ta’ teknoloġiji u xejriet ġodda għas-servizzi avvanzati tal-Amministrazzjoni Pubblika, żieda fl-effiċjenza u l-effikaċja, u t-tnaqqis tal-kostijiet tal-operat, l-aġġornament u l-manutenzjoni ta’ sistemi, il-miżura 16854 - Bliet intelliġenti, il-miżura 16955 - Aġġornament tal-infrastruttura u tas-servizzi tal-Cloud-computing tal-Infrastrutturi Nazzjonali għar-Riċerka u t-Teknoloġija (GRNET)), il-miżura 16842 - BI Ċentrali - Analitika tad-Data, il-miżura 16956 - Estensjoni ta’ Syzefksis II, il-miżura 16973 - Stabbiliment ta’ ekosistema diġitali tan-negozju u introduzzjoni ta’ inċentivi tat-taxxa għall-faċilitazzjoni tat-trasformazzjonali diġitali tal-SMEs, il-miżura 16744 - Modernizzazzjoni u Simplifikazzjoni tal-Liġi tax-Xogħol, il-miżura 16746 - Riforma tal-Politiki Passivi tas-Suq tax-Xogħol biex jiġu appoġġati Tranżizzjonijiet għall-Impjiegi, il-miżura16747 - Politiki Attivi tas-Suq tax-Xogħol, il-miżura 16750 - Trasformazzjoni Diġitali tas-Sistemi tax-Xogħol, il-miżura 16941 - Ristrutturar u l-immarkar mill-ġdid tal-OAED lokali tal-PES (KPA2), il-miżura 16942 - Trasformazzjoni Diġitali tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi (DYPA), il-miżura 16289 - Strateġija għall-Eċċellenza fl-Universitajiet u Innovazzjoni, il-miżura 16792 - Ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol permezz ta’ mudell ta’ taħriġ riformat (Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ Riformat), il-miżura 16913 - Strateġija Ġdida għall-Kisba ta’ Ħiliet Tul il-Ħajja: L-immodernizzar u t-Titjib tas-Sistema ta’ Titjib tal-Ħiliet u ta’ Taħriġ mill-Ġdid tal-Greċja, il-miżura 16676 — Trasformazzjoni diġitali tal-Edukazzjoni, il-miżura 16933 — Titjib tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, il-miżura 16816 — Riformi u aċċellerazzjoni tal-investimenti fis-Settur tal-Kura tas-Saħħa, il-miżura 16753 — Stabbiliment ta’ sistemi ta’ Kura tas-Saħħa fid-dar, il-miżura 16984 — Riforma tat-tabib personali, il-miżura 16726 — Ottimizzazzjoni tal-Benefiċċji Soċjali, il-miżura 16685 — Sensibilizzazzjoni dwar id-diversità, il-miżura 16402 — Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-miżura 16688 — Promozzjoni tal-integrazzjoni tal-popolazzjoni tar-refuġjati, il-miżura 16763 — Trasformazzjoni diġitali tas-sistema tal-immigrazzjoni u tal-ażil, il-miżura 16611 — Trasformazzjoni diġitali tal-awditi tat-taxxa, il-miżura 16643 — Kodifikazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa, il-miżura 16952 — Tisħiħ tal-qafas nazzjonali kontra l-korruzzjoni, il-miżura 16701 — Tisħiħ tan-network tal-għajnuna mill-Istat, il-miżura 16703 — Ġlieda kontra l-kummerċ illegali u protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, il-miżura 16972 — Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika, miżura 16974 — Riforma tal-Kontabilità, il-miżura 16705 — Trasformazzjoni tal-Ġestjoni Fiskali u s-Superviżjoni fil-Governanza, il-miżura 16940 — Modernizzazzjoni tal-Fond Elleniku tad-Depożitu ta’ Kunsens u ta’ Self, il-miżura 16986 — Tlestija tal-katast nazzjonali, il-miżura 16292 — Bini ġdid Ġudizzjarju u Rinnovazzjoni, il-miżura 16727 — Trasformazzjoni Diġitali tal-Ġustizzja (E-Justice), il-miżura 16575 — Aċċellerazzjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-miżura 16733 — Ħiliet u ħiliet diġitali għall-imħallfin u l-impjegati ġudizzjarji (persunal ġudizzjarju), il-miżura 16581 — Superviżjoni u affidabbiltà mtejba tas-suq tal-kapital, il-miżura 16957 — Tisħiħ tal-kapaċità tas-sistema finanzjarja biex tegħleb l-isfidi antiki u tiffinanzja l-ekonomija reali, il-miżura 16580 — implimentazzjoni tal-qafas ġdid unifikat tal-insolvenza għar-ristrutturar tad-dejn u t-tieni opportunità, il-miżura 16618 — Basic & Riċerka Applikata, il-miżura 16624 — Ħolqien — Espansjoni — Aġġornament tal-Infrastrutturi taċ-Ċentri tar-Riċerka taħt is-superviżjoni tas-Segretarjat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (GSRI), il-miżura 16654 — TH2ORAX: Sistema Trellis Holistic & Hybrid Operational Ruggedized Autonomous eXemplary, il-miżura 16971 — Riċerka — Ħolqien — Innovazzjoni, il-miżura 16622 — ORIZZONT 2020 “Siġill ta’ Eċċellenza”: il-finanzjament tal-kumpaniji innovattivi ewlenin, il-miżura 16628 — Triq Ewlenija fil-Greċja Ċentrali E-65: Taqsima Trikala- Egnatia, il-miżura 16892 — Titjib tal-ferroviji suburbani ta’ Attika tal-Punent, il-miżura 16833 — Implimentazzjoni ta’ xogħlijiet ta’ sikurezza tal-ajruport, il-miżura 16949 — Pontijiet Intelliġenti, il-miżura 16959 — Trasformazzjoni Diġitali tal-Organizzazzjoni Ellenika tal-Ferroviji, il-miżura 16786 — Simplifikazzjoni tal-Proċeduri tal-Ministeru tal-Infrastruttura & Trasport, il-miżura 16293 — kultura bħala mutur tat-tkabbir, il-miżura 16433 — Protezzjoni ta’ monumenti kulturali u siti arkeoloġiċi mit-tibdil fil-klima, il-miżura 16715 — Riforma tax-Xogħol fis-Settur Kulturali, il-miżura 16721 — Aċċellerazzjoni tal-manifattura intelliġenti, il-miżura 16725 — Titjib tal-edukazzjoni tal-arti ogħla, il-miżura 16485 — Rotot Kulturali f’Siti u Monumenti Arkeoloġiċi Emblematiċi, il-miżura 16435 — Restawr — Konservazzjoni — Titjib tal-Monumenti tal-Akropoli, il-miżura 16921 — Taħriġ mill-ġdid u Titjib tal-Ħiliet fit-Turiżmu, il-miżura 16937 — Sistema ta’ Ġestjoni tal-Programm Integrat Diġitali għall-Amministrazzjoni tax-Xogħlijiet Tekniċi u l-Assi Strutturali tal-Ministeru tal-Infrastruttura u t-Trasport, il-miżura 16975 — Interventi Aġġornati għall-Portijiet Reġjonali, il-miżura 16944 — Pjan direttur għat-tiġdid tal-flotta Griega tat-trasport tal-passiġġieri bil-baħar, il-miżura 16543 — Azzjonijiet għas-simplifikazzjoni tal-ambjent tan-negozju u l-aġġornament tiegħu fil-kwalità u s-sikurezza, il-miżura 16988 — Qafas regolatorju u operazzjonali tas-suq għat-teknoloġiji tal-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju biex titrawwem id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, il-miżura 16990 — Kapaċità tal-grilja u tal-ħżin – it-trawwim ta’ investimenti tal-ħżin, il-miżura 16991 — Qafas regolatorju lejn grilja intelliġenti, il-miżura 16992 — Sett ta’ għodod biex jippromwovi l-kondiviżjoni tal-enerġija, l-awtokonsum u l-Komunitajiet tal-Enerġija rinnovabbli. Abbażi ta’ dan, il-Greċja talbet li dawk il-miżuri jiġu emendati. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata b’mod xieraq.

(11)Wara t-tneħħija jew it-tnaqqis tal-livell tal-miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-Greċja talbet li l-livell tal-implimentazzjoni ta’ 15-il miżura jiżdied (il-miżura 16879 - Preparazzjoni tal-Pjanijiet Urbani fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-politika urbana, il-miżura 16846 - Infrastrutturi ta’ Ġestjoni tal-Iskart Urban u tal-Ħama mit-Trattament tal-Ilma Mormi, il-miżura 16849 - Pjan Nazzjonali ta’ Riforestazzjoni u l-investiment ewlieni ta’ Parnitha, il-miżura 16818 - Infrastruttura ottika bil-fiber fil-bini, il-miżura 16780 - Aktar Modernizzazzjoni tal-Ħwienet Waħda tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-miżura 16929 - Lejn is-servizzi orjentati lejn il-klijent tal-Amministrazzjoni Pubblika permezz tas-simplifikazzjoni u t-titjib tal-proċessi, it-titjib tas-sistemi u l-konformità mal-istrateġiji u l-politiki Ewropej, il-miżura 16756 - Riformi Organizzattivi fis-Sistema tas-Saħħa, il-miżura 16752 - Trasformazzjoni Diġitali tas-Saħħa (DigHealth), il-miżura 16783 - Implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Saħħa Pubblika “Spiros Doxiadis” (NPP “SD”), il-miżura 16486 - Mużew ta’ antikitajiet taħt l-ilma, il-miżura 16631 - Aġġornament dwar is-Sikurezza fit-Toroq, il-miżura 16653 - Trasformazzjoni Diġitali tas-Settur Agroalimentari, il-miżura 16536 - Aġġornament tal-infrastruttura, tiġdid tat-tagħmir u aġġornament tal-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-ħażniet tal-HOCRED — eks ARF Stores (fuq il-post u elettroniċi), il-miżura 16994 - Effiċjenza Enerġetika u promozzjoni tar-RES għall-awtokonsum, il-miżura 16960 - Infrastruttura Intelliġenti b’attenzjoni ambjentali u kulturali), u li iridu jiżdiedu tliet miżuri ġodda (il-miżura 16403 - Injezzjoni Kapitali Ripagabbli fil-Bank Elleniku għall-Iżvilupp, il-miżura 16405 Valutazzjoni tal-Pilastri tal-Bank Elleniku għall-Iżvilupp, il-miżura 16404 - Programm ta’ Żvilupp tal-Gvern Lokali “Antonis Tritsis”). Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata b’mod xieraq.

Distribuzzjoni tal-istadji importanti u l-miri

(12)Id-distribuzzjoni tal-istadji importanti u l-miri f’pagamenti parzjali jenħtieġ li tiġi emendata biex tqis l-emendi għall-RRP u l-iskeda ta’ żmien indikattiva ppreżentata mill-Greċja.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni

(13)Il-Kummissjoni vvalutat l-RRP emendat skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241.

La tagħmilx ħsara sinifikanti

(14)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (d), u mal-Anness V, il-kriterju 2.4, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat mistenni jiżgura li l-ebda miżura (Klassifikazzjoni A) għall-implimentazzjoni ta’ riformi u ta’ proġetti tal-investimenti inklużi f’dan l-RRP ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 (il-prinċipju ‘‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’’).

(15)Il-RRP emendat jivvaluta l-konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont il-metodoloġija stabbilita fil-gwida teknika pprovduta fl-Avviż tal-Kummissjoni “Gwida teknika dwar l-applikazzjoni ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza”. Il-valutazzjoni ssir b’mod sistematiku għal kull riforma u investiment modifikati skont l-approċċ f’żewġ stadji. Il-valutazzjoni tikkonkludi li għall-miżuri modifikati kollha, ma hemm l-ebda riskju ta’ ħsara sinifikanti. Fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” huma minquxa fit-tfassil ta’ miżura u speċifikati fi stadju importanti jew f’mira ta’ din il-miżura. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, jista’ jiġi konkluż li l-ebda miżura ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.

Kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika inkluż il-bijodiversità

(16)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (e), u mal-Anness V, il-kriterju 2.5, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 37,6 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat u 98,7 % tal-kostijiet stmati totali tal-miżuri fil-kapitolu REPowerEU kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/241. F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2021–2030.

(17)L-RRP emendat isostni miżuri li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri tal-2030-2050 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050, kif ukoll għat-trawwim tal-bijodiversità. Pereżempju, taħt il-Miżura 16994 huwa mistenni li 161 455 ħiter tal-ilma solari u 36 600 pompa tas-sħana se jinkisbu mill-unitajiet domestiċi, inklużi miri speċifiċi stabbiliti għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni diġitali

(18)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (f), u mal-Anness V, il-kriterju 2.6, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 22,3 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat ikkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(19)Il-miżuri fl-RRP emendat ikomplu jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew jgħinu jindirizzaw l-isfidi relatati u jindirizzaw b’mod pożittiv in-nuqqasijiet tal-Greċja fil-qasam diġitali kif identifikati fit-tieni r-rapport tal-2025 dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali. L-RRP emendat ikompli jindirizza b’mod sinifikanti l-isfidi tat-tranżizzjoni diġitali li qed tiffaċċja l-Greċja fl-oqsma tal-konnettività, tas-servizzi pubbliċi diġitali, tal-kapital uman u l-ħiliet diġitali, id-diġitalizzazzjoni tan-negozji u l-adozzjoni ta’ teknoloġija diġitali avvanzata.

Il-kalkolu tal-kostijiet

(20)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (i), u mal-Anness V, il-kriterju 2.9, tar-Regolament (UE) 2021/241, il-ġustifikazzjoni pprovduta fl-RRP emendat dwar l-ammont tal-kost totali stmat tal-RRP hija moderatament (klassifikazzjoni B) raġonevoli u plawżibbli, hija konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.

(21)Il-Greċja tat biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-kostijiet stmati ma kinux koperti mill-finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni. Madankollu, f’għadd limitat ta’ każijiet, l-istimi tal-kostijiet ma setgħux jiġu sostanzjati biżżejjed. B’mod ġenerali, dan jiġġustifika klassifikazzjoni ta’ B skont il-kriterju ta’ valutazzjoni tal-Artikolu 19(3), il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2021/241. Fl-aħħar nett, l-ammont tal-kostijiet totali stmat tal-RRP huwa f’konformità mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonali mal-impatt nazzjonali, ekonomiku u soċjali mistenni.

(22)Il-Kummissjoni tqis li l-emendi mressqa mill-Greċja ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ST 10152/21 INIT; ST 10152/21 ADD 1 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Greċja rigward ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP mal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3), il-punti (a), (b), (c), (da), (db), (g), (h), (j) u (k).

Miżuri li jappoġġaw operazzjonijiet tal-investiment li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP, Strategic Technologies for Europe Platform)

(23)F’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) 8 , il-Greċja qieset bħala kwistjoni ta’ prijorità proġetti li jkunu ngħataw Siġill tas-Sovranità skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2024/795. Madankollu, il-Greċja qieset li l-ebda proġett li ngħata Siġill tas-Sovranità ma kellu jiġi inkluż fl-RRP emendat minħabba li l-iskeda ta’ żmien tiegħu jmur lil hinn mill-2026.

Valutazzjoni pożittiva

(24)Wara l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-RRP emendat, bis-sejba li l-RRP jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) u l-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat, l-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u l-ammont disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat.

Kontribuzzjoni finanzjarja

(25)Il-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat tal-Greċja huma EUR 36 189 617 035. Peress li l-ammont tal-kost totali stmat tal-RRP emendat huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għall-Greċja, il-kontribuzzjoni finanzjarja ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 , u mal-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 21a(6) tar-Regolament (UE) 2021/241 li hija allokata għall-RRP emendat għall-Greċja jenħtieġ li tkun ugwali għal EUR 18 220 378 076. Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-Greċja tibqa’ l-istess.

Self

(26)L-appoġġ fil-forma ta’ self disponibbli għall-Greċja li jammonta għal EUR 17 727 538 920 jibqa’ l-istess.

(27)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ST 10152/21 INIT; ST 10152/21 ADD 1 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Greċja jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li jiġi sostitwit kompletament.

(28)Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura marbuta mal-għoti ta’ fondi tal-Unjoni skont kull programm ieħor tal-Unjoni ħlief il-Faċilità jew għal proċeduri relatati ma’ distorsjonijiet tal-operazzjoni tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma tneħħix il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna mill-Istat potenzjali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1
Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP

Il-valutazzjoni tal-RRP emendat tal-Greċja fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata.

Artikolu 2
Emendi

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Greċja hija emendata kif ġej:

l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Greċja huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3
Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj
(2)    ST 10152/21 INIT; ST 10152/21 ADD 1.
(3)    ST 15831/23 REV1; ST 15831/23 ADD 1 REV 1.
(4)    ST 11858/24 INIT; ST 151858/24 COR 1; ST 151858/24 ADD 1; ST 151858/24 ADD COR 1.
(5)    ST 17055/24 INIT; ST 17055/24 ADD 1; ST 17055/24 ADD 1 COR 1.
(6)    ST 11101/25 INIT; ST 11101/25 ADD1
(7)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2020/852/oj/eng ).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) 1303/2013, (UE) 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 ( ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, it, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
(9)    Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1755/oj ).