31995D0155



Official Journal L 104 , 06/05/1995 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-10 ta' April 1995

dwar l-applikazzjoni provisorja tal-Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar il-kummerċ tal-prodotti tessili mhux koperti fil-Ftehim bilaterali tal-MFA dwar kummerċ f'prodotti tessili ffirmat fid-9 ta' Diċembru 1988 kif estiż u mmodifikat bl-ittri ta' skambju ffirmati fit-8 ta' Diċembru 1992

(95/155/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u speċjalment l-Artikolu 113 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunitá mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili mhux koperti mill-Ftehim bilaterali tal-MFA dwar kummerċ tal-prodotti tessili fid-9 ta' Diċembru 1988 kif estiż u mmodifikat bi skambju ta' ittri ffirmati fit-8 ta' Diċembru 1992;

Billi dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provisorja mill-1 ta' Jannar 1995, sakemm il-proċeduri meħtieġa għal konklużjoni tiegħu, soġġett għal applikazzjoni provisorja reċiproka mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili mhux koperti mill-Ftehim bilaterali tal-MFA dwar kummerċ fi prodotti tessili ffirmat fid-9 ta' Diċembru 1988 kif estiż u mmodifikat bi skambju ta' ittri ffirmati fit-8 ta' Diċembru 1992 għandu jiġi applikat fuq bażi provisorja mill-1 ta' Jannar 1995, sakemm jiġi konkluż formalment, soġġett għal applikazzjoni reċiproka mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta' April 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Juppé

--------------------------------------------------