<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.1101197901.case.xml"><NO.CASE>C-145/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0145</NO.CELEX><NO.SEQ>0024.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-12013</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-12041</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>29</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20101123">23.11.2010</DATE> — KAWŻA C-145/09</LEFT><RIGHT>TSAKOURIDIS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20101123">23 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-145/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa minn Verwaltungsgerich’tshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20090409">9 ta’ April 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090424">24 ta’ April 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Land Baden-Württemberg</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Panagiotis Tsakouridis,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-12014"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues (relatur), K. Lenaerts, J.-C. Bonichot, D. Šváby, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, J. Malenovský, U. Lõhmus, E. Levits, A. Ó Caoimh, L. Bay Larsen, u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal-Land Baden-Württemberg, minn M. Schenk, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għal M. Tsakouridis, minn K. Frank, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma, J. Möller u C. Blaschke, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-12015"?><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn B. Weis Fogh, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn L. Uibo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn R. Somssich, M. Fehér u K. Veres, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn E. Riedl, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Dowgielewicz, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Seeboruth u I. Rao, bħala aġenti, assistiti minn K. Beal, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Maidani u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20100608">8 ta’ Ġunju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-12016"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(4) u l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Land Baden-Württemberg u P. Tsakouridis, ta’ nazzjonalità Griega, dwar id-deċiżjoni tal-Land li tikkonstata t-telf tad-dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ P. Tsakouridis fuq it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u theddida ta’ tkeċċija fil-konfronti tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12017"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tad-Direttiva 2004/38 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Iċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni għandha tkun l-istatus fondamentali taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri meta huma jeżerċitaw d-dritt tagħhom ta’ moviment liberu u ta’ residenza. Hu għalhekk neċessarju li jiġu kkodifikati u riveduti l-istrumenti komunitarji eżistenti li jittrattaw separament lill-ħaddiema, lill-persuni li jaħdmu għal rashom kif ukoll lill-istudenti u lill-persuni oħrajn mhux attivi sabiex jissimplifikaw u jsaħħu d-dritt ta’ moviment liberu u residenza taċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 22 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>It-Trattat jikkonsenta restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu u residenza għal raġunijiet ta’ politika pubblika, ta’ sigurtà pubblika jew saħħa pubblika. Sabiex tiġi żgurata definizzjoni rigoruża taċ-ċirkostanzi u tal-garanziji proċedurali li minħabba fihom ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom ma jitħallewx jidħlu jew jistgħu jitkeċċew, din id-Direttiva għandha tibdel id-Direttiva tal-Kunsill 64/221/KEE tal-<DATE ISO="19640225">25 ta’ Frar 1964</DATE> dwar il-kordinazzjoni tal-miżuri speċjali dwar il-moviment u r-residenza ta’ ċittadini barranin, li huma ġustifikati minn raġunijiet ta’ politika pubblika, ta’ sigurtà pubblika u ta’ saħħa pubblika [(ĠU Edizzjoni Speċjali<?PAGE NO="I-12018"?> bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 11) hekk kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill, 75/35/KEE, tas-<DATE ISO="19741217">17 ta’ Diċembru 1974</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 174).<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-premessi 23 u 24 tad-Direttiva 2004/38:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(23)</NO.P><TXT>It-tkeċċija taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-familji tagħhom minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika [ordni pubbliku] jew ta’ sigurtà pubblika hi miżura li tista’ tweġġa’ serjament persuni li, wara li utilizzaw id-drittijiet u l-libertajiet konferiti lilhom mit-Trattat [KE], ġenwinament integraw rwieħhom fl-Istat Membru ospitanti. L-iskop ta’ dawn il-miżuri għandu għalhekk ikun limitat skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, waqt li jkun ikkunsidrat il-grad ta’ integrazzjoni tal-persuni kkonċernati, it-tul tar-residenza tagħhom fl-Istat Membru ospitanti, l-età tagħhom, il-kondizzjonijiet ta’ saħħa, tas-sitwazzjoni familjari u ekonomika u r-rabtiet mal-pajjiż ta’ oriġini</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Għalhekk, aktar ma tkun kbira l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom fl-Istat Membru ospitanti, aktar għandha tkun kbira l-protezzjoni kontra tkeċċija. F’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, fejn hemm raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika, għandha tittieħed miżura ta’ tkeċċija kontra ċ-ċittadini ta’ l-Unjoni li għexu għal diversi snin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, b’mod partikolari meta jkunu twieldu u għexu hemm matul il-ħajja kollha tagħhom. B’addizzjoni, dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom japplikaw ukoll għal miżura ta’ tkeċċija meħuda kontra minorenni, sabiex jiġu protetti r-rabtiet tagħhom mal-familja, skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, ta’ l-<DATE ISO="19891120">20 ta’ Novembru 1989</DATE>.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12019"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tad-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għex legalment għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin fl-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt ta’ residenza permanenti hemmhekk. Dan id-dritt m’għandux ikun suġġett għall-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontinwità tar-residenza m’għandhiex tintlaqat minn assenzi temporanji li ma jaqbżux is-sitt xhur f’sena, jew minn assenzi ta’ dewma itwal għal servizz militari obbligatorju, jew minn assenza waħda ta’ massimu ta’ 12-il xahar konsekuttivi għal raġunijiet importanti bħal tqala u maternità, mard serju, studju jew taħriġ professjonali, jew kariga fi Stat Membru ieħor jew pajjiż terz.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jinkiseb, id-dritt ta’ residenza permanenti għandu jintilef biss permezz ta’ assenza mill-Istat Membru ospitanti għal perjodu ta’ sentejn konsekuttivi.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-libertà ta’ moviment u residenza taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri<?PAGE NO="I-12020"?> tal-familja tagħhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza, minħabba politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika. Dawn ir-raġunijiet m’għandhomx jiġu nvokati għal skopijiet ekonomiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-miżuri meħuda minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika jew ta’ sigurtà pubblika għandhom ikunu skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità u għandhom ikunu bbażati esklussivament fuq il-kondotta personali ta’ l-individwu kkonċernat. Kundanni kriminali preċedenti m’għandhomx minnhom infushom jikkostitwixxu raġuni biex jittieħdu dawn il-miżuri.</P><P>Il-kondotta personali ta’ l-individwu kkonċernat għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, attwali u serja biżżejjed li tolqot wieħed mill-interessi fondamentali tas-soċjetà. Ġustifikazzjonijiet li huma iżolati mill-partikolaritajiet tal-każ jew li jiddependu fuq konsiderazzjonijiet ta’ prevenzjoni ġenerali m’għandhomx jiġu aċċettati.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ tkeċċija minħabba politika pubblika jew sigurtà pubblika, l-Istat Membru ospitanti għandu jqis l-konsiderazzjonijiet bħat-tul tar-residenza ta’ l-individwu kkonċernat fit-territorju tiegħu, l-età, l-istat ta’ saħħa, is-sitwazzjoni familjari u dik ekonomika, integrazzjoni soċjali u kulturali fl-Istat Membru ospitanti u l-limitu tar-rabtiet tiegħu mal-pajjiż ta’ oriġini.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-12021"?><PARAG IDENTIFIER="028.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ospitanti ma jistax jieħu deċiżjoni ta’ tkeċċija kontra ċittadini ta’ l-Unjoni jew il-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza, li għandhom id-dritt ta’ residenza permanenti fit-territorju tiegħu, ħlief minħabba raġunijiet serji ta’ politika pubblika jew ta’ sigurtà pubblika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Deċiżjoni ta’ tkeċċija m’għandhiex tittieħed kontra ċittadini ta’ l-Unjoni, ħlief meta d-deċiżjoni hi bbażata fuq raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika, kif imfissra mill-Istati Membri, jekk dawn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għexu fl-Istat Membru ospitanti għall-għaxar snin preċedenti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huma minorenni, ħlief jekk it-tkeċċija hi neċessarja għall-aħjar interessi tat-tifel/tifla, kif previst mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta’ l-<DATE ISO="19891120">20 ta’ Novembru 1989</DATE>.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2004/38 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Persuni esklużi minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika jew sigurtà pubblika jistgħu jippreżentaw applikazzjoni għat-tneħħija ta’ l-ordni ta’ tkeċċija wara perjodu raġonevoli, skond iċ-ċirkostanzi, u fi kwalunkwe każ wara tliet snin mill-infurzar ta’ l-aħħar ordni ta’ tkeċċija li ġiet adottata b’mod validu skond il-liġi tal-Komunità,<?PAGE NO="I-12022"?> billi jiġu ppreżentati argumenti biex jiġi stabbilit li kien hemm tibdil materjali fiċ-ċirkostanzi li ġġustifikaw id-deċiżjoni li tordna l-esklużjoni tagħhom.</P><P>L-Istat Membru kkonċernat għandu jilħaq deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni sa sitt xhur mill-preżentazzjoni tagħha.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-liġi dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni (Gesetz über die allgemeine Freizügigkeit von Unionsbürgern), tat-<DATE ISO="20040730">30 ta’ Lulju 2004</DATE> (BGBl. I p. 1950), hekk kif emendati bil-liġi li temenda l-liġi dwar il-pulizija Federali u liġijiet oħra (Gesetz zur Änderung des Bundespolizeigesetzes und anderer Gesetze), tas-<DATE ISO="20080226">26 ta’ Frar 2008</DATE>, (BGBl. I, p. 215, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>FreizügG/EU<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(5), meta l-attestazzjoni tad-dritt ta’ residenza tad-dritt Komunitarju jew ta’ residenza permanenti tiġi kkonfiskata, it-telf tad-dritt imsemmi fl-Artikolu 2(1) jista’ jiġi kkonstatat biss, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ siġurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika (Artikoli 39(3) u 46(1) tat-Trattat [KE]). Id-dħul fuq it-territorju jista’ wkoll jiġi rrifjutat għall-motivi iċċitati iktar ’il fuq. Raġuni ta’ saħħa pubblika tista’ tiġi kkonstatata biss jekk il-marda tkun bdiet matul it-tliet xhur qabel id-dħul.</P><?PAGE NO="I-12023"?><P>(2) Sempliċi kundanna kriminali ma hijiex biżżejjed waħidha sabiex tiġġustifika d-deċiżjonijiet jew il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Huma biss il-kundanni kriminali li ma jkunux għadhom tħassru mir-reġistru ċentrali li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, u unikament sakemm iċ-ċirkustanzi li jiffurmaw il-bażi ta’ dawn il-kundanni jkunu xhieda ta’ aġir personali li jirrappreżenta theddida reali għall-ordni pubbliku. Għandha tkun theddida reali u serja biżżejjed li tolqot interess fundamentali tas-soċjetà.</P><P>(3) Għall-finijiet ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 1, għandu, b’mod partikolari, jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul ta’ residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju Ġermaniż, l-età tagħha, l-istat ta’ saħħitha, is-sitwazzjoni familjari u ekonomika tagħha, l-integrazzjoni soċjali u kulturali tagħha f’dan it-territorju, kif ukoll il-qawwa tar-rabtiet tagħha mal-Istat ta’ oriġini tagħha.</P><P>(4) Wara li jinkiseb id-dritt ta’ residenza permanenti, konstatazzjoni skont il-paragrafu 1 tista’ ssir biss għal raġunijiet serji.</P><P>(5) F’dak li jikkonċerna ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li għexu fit-territorju Federali matul l-aħħar għaxar snin u fir-rigward tal-minuri, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ ssir biss minħabba raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika. Din ir-regola ma tapplikax għal minuri meta t-telf tad-dritt ta’ residenza huwa meħtieġ fl-interess tat-tfal. Jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika biss fil-każ li l-persuna kkonċernata tkun ġiet ikkundannata minħabba reat jew reati mwettqa intenzjonalment għal piena ta’ privazzjoni tal-libertà jew għal piena minħabba att kriminali minn minuri ta’ mhux inqas minn ħames snin li tkun saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> jew tkun ġiet imposta detenzjoni preventiva matul l-aħħar kundanna definittiva tagħha, fil-każ li tkun involuta s-sigurtà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew meta l-persuna kkonċernata tippreżenta theddida terroristika.</P><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12024"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>P. Tsakouridis twieled fil-Ġermanja fl-<DATE ISO="19780301">1 ta’ Marzu 1978</DATE>. Fl-1996, kiseb diploma tat-tmiem tal-iskola sekondarja. Sa minn Ottubru 2001, P. Tsakouridis għandu permess ta’ residenza illimitata f’dan l-Istat Membru. Minn Marzu 2004 sa nofs Ottubru tal-istess sena, kellu posta tal-kreps fil-Gzira ta’ Ródos fil-Greċja. Sussegwentement, huwa rritorna l-Ġermanja fejn ħadem minn Diċembru 2004. F’nofs Ottubru 2005, P. Tsakouridis reġa’ mar Ródos u reġa’ beda jaħdem fuq il-posta tal-kreps. Fit-<DATE ISO="20051122">22 ta’ Novembru 2005</DATE>, l-Amtsgericht Stuttgart ħarġet mandat ta’ arrest internazzjonali kontra P. Tsakouridis. Fid-<DATE ISO="20061119">19 ta’ Novembru 2006</DATE> ġie arrestat f’Ródos u ġie ttrasferit fil-Ġermanja fid-<DATE ISO="20070319">19 ta’ Marzu 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-preċedenti kriminali ta’ P. Tsakouridis huma s-segwenti. L-Amtsgericht Stuttgart-Bad Cannstatt ikkundannatu għall-ħlas ta’ diversi multi, jiġifieri, fl-<DATE ISO="19981014">14 ta’ Ottubru 1998</DATE> minħabba pussess ta’ oġġett ipprojbit, fil-<DATE ISO="19990615">15 ta’ Ġunju 1999</DATE> għal vjolenza u offiża gravi u, fit-<DATE ISO="20000208">8 ta’ Frar 2000</DATE> minħabba vjolenza u offiża volontarji bl-użu tal-forza. Barra minn hekk, l-Amtsgericht Stuttgart ikkundannat lil P. Tsakouridis fil-<DATE ISO="20020905">5 ta’ Settembru 2002</DATE> għall-ħlas ta’ multa minħabba vjolenza u offiża volontarji bl-użu tal-forza. Fl-aħħar nett, P. Tsakouridis ġie kkundannat fit-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE> mil-Landgericht Stuttgart għal piena ta’ sitt snin u sitt xhur ħabs minħabba kummerċ illegali fi grupp organizzat ta’ droga fi kwantitajiet kbar, fi tmien darbiet.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu, ir-Regierungspräsidium Stuttgart, wara li semgħet lil P. Tsakouridis, ikkonstatat li kien tilef id-dritt tiegħu li jidħol u jirresjedi fuq it-territorju Ġermaniż u informatu li seta’ jiġi suġġett għal miżura ta’ tkeċċija lejn il-Greċja mingħajr ma stabbiliet terminu għal tluq volontarju. Bħala motivazzjoni, ir-Regierungspräsidium Stuttgart irrilevat li, bis-sentenza tal-Landgericht Stuttgart<?PAGE NO="I-12025"?> tat-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE>, il-limitu ta’ ħames snin ħabs kien inqabeż, b’mod li l-miżuri inkwistjoni huma ġġustifikati għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 u tal-Artikolu 6(5) tal-FreizügG/EU.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont ir-Regierungspräsidium Stuttgart, l-aġir personali ta’ P. Tsakouridis jirrappreżenta theddida reali għall-ordni pubbliku. Ir-reati li wettaq fil-qasam tat-traffikar tad-droga huma gravi ħafna u jeżisti riskju serju ta’ reċidiva. P. Tsakouridis kien immotivat jipparteċipa fil-kummerċ illegali ta’ drogi għal raġunijiet finanzjarji. Huwa kien indifferenti għall-problemi kkawżati minn dan il-kummerċ għall-persuni dipendenti fuq id-droga u s-soċjetà inġenerali. Jeżisti interess fundamentali tas-soċjetà li tiġġieled b’mod effettiv il-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi, li joħolqu ħsara partikolarment mill-perspettiva soċjali, bil-mezzi kollha disponibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Regierungspräsidium Stuttgart tosserva li P. Tsakouridis ma kellux l-intenzjoni jew ma kienx f’pożizzjoni li jirrispetta l-ordinament ġuridiku eżistenti. Wettaq reati b’intenzjoni kriminali kbira ħafna. Aġir eventwalment eżemplari fl-eżekuzzjoni tal-piena tiegħu ma jippermettix li jiġi konkluż li ma hemmx riskju ta’ reċidiva. Peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-FreizügG/EU huma sodisfatti, id-deċiżjoni taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet. L-interess personali ta’ P. Tsakouridis li ma jitlifx id-dritt tiegħu ta’ dħul u ta’ residenza minħabba t-tul tar-residenza regolari tiegħu fil-Ġermanja ma huwiex ikbar mill-interess pubbliku predominanti tal-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku tad-droga. Il-probabbiltà li jerġa’ jwettaq tali reati hija għolja ħafna.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12026"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont ir-Regierungspräsidium Stuttgart, peress li, matul dawn l-aħħar snin, P. Tsakouridis għadda diversi xhur fit-territorju tal-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, ma jidhirx li jista’ jkollu diffikultajiet ta’ integrazzjoni, wara t-tkeċċija tiegħu mit-territorju Ġermaniż. Ir-riskju ta’ reċidiva jiġġustifika wkoll il-preġudizzju għad-dritt tiegħu ta’ aċċess liberu, bħala ċittadin tal-Unjoni, għas-suq tax-xogħol Ġermaniż. Ma jeżistux miżuri inqas restrittivi u lanqas daqstant xierqa bħall-miżuri ordnati u dawn ma jippreġudikawx mezzi ta’ eżistenza ekonomika diġà stabbiliti.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-gravità tar-reati kkonstatati, il-preġudizzju għall-ħajja privata u familjari ta’ P. Tsakouridis huwa ġġustifikat fl-interess superjuri tal-protezzjoni tal-ordni pubbliku u tal-prevenzjoni ta’ reati oħra, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, mingħajr ma tista’ ssir distinzjoni bejn l-interessi privati u familjari ekwivalenti li jirrikjedu li ma tittiħiedx il-miżura ta’ tkeċċija għal motivi ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20080917">17 ta’ Settembru 2008</DATE>, P. Tsakouridis ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tar-Regierungspräsidium Stuttgart tad-<DATE ISO="20080819">19 ta’ Awwissu 2008</DATE> quddiem il-Verwaltungsgericht Stuttgart fejn invoka l-fatt li l-parti l-kbira tal-familja tiegħu tgħix fil-Ġermanja. Barra minn hekk, mis-sentenza tal-Landgericht Stuttgart tat-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE> jirriżulta li huwa kien membru sekondarju tal-grupp organizzat. Peress li kiber fil-Ġermanja u li mar l-iskola hemmhekk, ma hemmx periklu fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-FreizügG/EU. Bl-istess mod, għandu relazzjoni stretta ma’ missieru, li jgħix fil-Ġermanja u li jmur iżuru regolarment fil-ħabs. Huwa ppreżenta ruħu volontarjament għand il-pulizija, li juri li ma jippreżentax iktar periklu għall-ordni pubbliku wara li jkun skonta l-piena tiegħu, b’mod li l-konstatazzjoni tat-telf tad-dritt tiegħu li jidħol u li jirrisjedi fit-territorju Ġermaniż hija sproporzjonata. Fl-aħħar nett, ommu, li bħalissa qegħda<?PAGE NO="I-12027"?> toqgħod għand it-tifla tagħha fl-Awstralja, se terġa’ tmur toqgħod b’mod definittiv mal-konjuġi tagħha fil-Ġermanja fir-Rebbiegħa tas-sena 2009.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tal-<DATE ISO="20081124">24 ta’ Novembru 2008</DATE>, il-Verwaltungsgericht Stuttgart annullat id-deċiżjoni tar-Regierungspräsidium Stuttgart tad-<DATE ISO="20080819">19 ta’ Awwissu 2008</DATE>. Skont l-imsemmija qorti, sempliċi kundanna kriminali waħdiha ma hijiex biżżejjed sabiex ikun ibbażat fuqha t-telf tad-dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ ċittadin tal-Unjoni, telf li jippreżupponi riskju gravi, effettiv u suffiċjenti li jhedded interess fundamentali tas-soċjetà fis-sens tal-Artikolu 6(2) tal-FreizügG/EU. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, telf tad-dritt ta’ dħul u ta’ residenza skont l-Artikolu 6(1) tal-FreizügG/EU jista’ jiġi kkonstatat biss, f’każ bħal dak ta’ P. Tsakouridis, li għex għal iktar minn għaxar snin fit-territorju Ġermaniż, fil-preżenza ta’ raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika, kif jirriżulta mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(5) tal-imsemmija liġi. F’dan ir-rigward, il-Verwaltungsgericht Stuttgart tirreleva li P. Tsakouridis ma tilifx id-dritt tiegħu ta’ residenza permanenti minħabba l-perijodi li għamel joqgħod fil-Gżira ta’ Ródos, peress li l-ewwel sentenza tal-imsemmi Artikolu 6(5) ma tirrikjedix residenza mingħajr interruzzjonijiet matul l-għaxar snin fuq it-territorju Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgericht Stuttgart iddeċieda li ma kienx hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 6(5) tal-FreizügG/EU li jiġġustifikaw miżura ta’ tkeċċija. Is-sigurtà pubblika tinkludi biss is-sigurtà interna u esterna ta’ Stat Membru, u għaldaqstant, hija iktar dejqa mill-kunċett ta’ ordni pubbliku li jinkludi wkoll l-ordni kriminali intern. Il-qbiż tal-piena minima stabbilita fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 6(5) tal-FreizügG/EU ma jippermettix li jiġi konkluż li jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika għall-finijiet ta’ miżura ta’ tkeċċija. M. Tsakouridis jirrappreżenta, f’dan il-każ, periklu importanti għall-ordni pubbliku, iżda fl-ebda każ l-eżistenza tal-Istat u tal-istituzzjonijiet tiegħu jew is-sopravivenza tal-popolazzjoni tiegħu ma hi inkwistjoni. Tali elementi lanqas ma ġew invokati mir-Regierungspräsidium Stuttgart.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12028"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg mitluba tiddeċiedi kontra s-sentenza tal-Verwaltungsgericht Stuttgart, tal-<DATE ISO="20081124">24 ta’ Novembru 2008</DATE>, iddeċiediet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>, użat fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 […], għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss it-theddid assolut għas-sigurtà esterna jew interna tal-Istat Membru li jista’ jiġġustifika [deċiżjoni] ta’ tkeċċija u li jgħoddu bħala tali biss l-eżistenza tal-Istat u tal-istituzzjonijiet fundamentali tiegħu, il-kapaċità tagħhom li jiffunzjonaw, is-sopravivenza tal-poplu, kif ukoll ir-relazzjonijiet esterni u r-relazzjonijiet paċifiċi bejn in-nazzjonijiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-protezzjoni ogħla kontra t-tkeċċija miksuba, skont l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE, wara residenza ta’ 10 snin fl-Istat Membru ospitanti, taħt liema kundizzjonijiet tintilef mill-ġdid? F’dan ir-rigward, għandu wieħed japplika b’analoġija l-kundizzjoni rigward it-telf tad-dritt ta’ residenza permanenti prevista fl-Artikolu 16(4) [ta’ din id-Direttiva]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda u għall-kwistjoni tal-applikabbiltà b’analoġija tal-Artikolu 16(4) [tal-imsemmija direttiva]: il-protezzjoni ogħla kontra t-tkeċċija tintilef biss kif jiddekadi ż-żmien, indipendentament mir-raġunijiet tal-assenza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda u għall-kwistjoni tal-applikabbiltà b’analoġija tal-Artikolu 16(4) tad-Direttiva [2004/38]: ritorn forzat fl-Istat ospitanti fil-kuntest ta’ proċeduri penali huwa adegwat<?PAGE NO="I-12029"?> sabiex tinżamm il-protezzjoni ogħla anki jekk, wara r-ritorn, il-libertajiet fundamentali ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati għal perijodu twil?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni sar-raba’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sar-raba’ domandi tagħha, li hemm lok li jiġu eżaminati l-ewwel, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment sa fejn assenza mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38, jiġifieri matul l-għaxar snin li jippreċedu d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-persuna kkonċernata, timpedixxi lil dan tal-aħħar milli jibbenefika mill-protezzjoni ogħla prevista f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttiva 2004/38 hija intiża sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali u individwali li wieħed jiċċaqlaq u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri li huwa mogħti direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea mit-Trattat u għandha b’mod partikolari l-għan li ssaħħaħ l-imsemmi dritt, b’tali mod li l-imsemmija ċittadini ma għandhomx jiksbu inqas drittijiet milli kieku jagħtuhom l-atti legiżlattivi li ġew emendati jew imħassra minn din id-direttiva (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/08" PAGE.ECR="I-6241" YEAR="2008">C-127/08, Ġabra p. I-6241</REF.DOC.ECR>, punti 59 u 82, kif ukoll tas-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Lassal, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/09" PAGE.ECR="I-9217" YEAR="2010">C-162/09, Ġabra p. I-9217</REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><?PAGE NO="I-12030"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Mill-premessa 23 tad-Direttiva 2004/38 jirriżulta li t-tkeċċija taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika tista’ tweġġa’ serjament persuni li, wara li utilizzaw id-drittijiet u l-libertajiet konferiti lilhom mit-Trattat, ġenwinament integraw rwieħhom fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, kif jirriżulta mill-premessa 24 tad-Direttiva 2004/38, din timplementa sistema ta’ protezzjoni kontra miżuri ta’ tkeċċija li hija bbażata fuq il-grad ta’ integrazzjoni tal-persuni kkonċernati fl-Istat Membru ospitanti, b’mod li iktar kemm tkun kbira l-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom fl-Istat Membru ospitanti iktar trid tkun kbira l-protezzjoni tagħhom kontra t-tkeċċija.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 28(1) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi, f’termini ġenerali, li, qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju minħabba ordni pubbliku jew sigurtà pubblika, l-Istat Membru ospitanti għandu jqis il-kunsiderazzjonijiet bħat-tul tar-residenza tal-individwu kkonċernat fit-territorju tiegħu, l-età, l-istat ta’ saħħa, is-sitwazzjoni familjari u dik ekonomika, l-integrazzjoni soċjali u kulturali fl-Istat Membru ospitanti u l-intensità tar-rabtiet tiegħu mal-pajjiż ta’ oriġini.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, ċittadin tal-Unjoni jew il-membri tal-familja tiegħu, tkun liema tkun in-nazzjonalità tagħhom, li jkunu kisbu dritt ta’ residenza permanenti fuq it-territorju tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 16 tal-istess direttiva, ma jistgħux ikunu suġġetti ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija mit-territorju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ħlief minħabba raġunijiet gravi ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12031"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ ċittadini tal-Unjoni li qagħdu fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti, l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 isaħħaħ b’mod kunsiderevoli l-protezzjoni kontra l-miżuri ta’ tkeċċija billi jistabbilixxi li tali miżura ma tistax tittieħed, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx ibbażata fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika kif imfissra mill-Istati Membri<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38, filwaqt li jissottometti l-benefiċċju tal-protezzjoni ogħla għall-preżenza tal-persuna kkonċernata fuq it-territorju tal-Istat Membru kkonċernat matul perijodu ta’ għaxar snin qabel il-miżura ta’ tkeċċija, huwa sieket dwar iċ-ċirkustanzi li jistgħu jwasslu għall-interruzzjoni tal-perijodu ta’ residenza ta’ għaxar snin għall-finijiet tal-ksib tad-dritt għall-protezzjoni ogħla kontra t-tkeċċija previst f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Billi titlaq mill-premessa li tgħid li, bħad-dritt ta’ residenza permanenti, il-protezzjoni ogħla tinkiseb wara residenza ta’ ċertu tul fl-Istat Membru ospitanti u li din tista’, sussegwentement, tintilef, il-qorti tar-rinviju tqis possibbli li tapplika b’analoġija l-kriterji previsti fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-premessi 23 u 24 tad-Direttiva 2004/38 jistabbilixxu protezzjoni partikolari għall-persuni li integraw ruħhom sew fl-Istat Membru ospitanti, b’mod partikolari meta jkunu twieldu u għexu hemm ħajjithom kollha, xorta jibqa’ l-fatt li, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, il-kriterju determinanti jirrisjedi fil-kwistjoni li jsir magħruf jekk iċ-ċittadin tal-Unjoni kienx għex f’dan l-Istat Membru matul l-għaxar snin qabel id-deċiżjoni ta’ tkeċċija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12032"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni li jsir magħruf sa fejn assenzi mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38, jiġifieri matul l-għaxar snin qabel id-deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-persuna kkonċernata, li ċċaħħad lil dan tal-aħħar li jibbenefika mill-protezzjoni ogħla, hemm lok li ssir evalwazzjoni globali tas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata kull darba fil-mument preċiż meta tqum il-kwistjoni tat-tkeċċija.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni t-totalità tal-aspetti rilevanti f’kull każ inkwistjoni, b’mod partikolari t-tul ta’ kull assenza tal-persuna kkonċernata mill-Istat Membru ospitanti, it-tul akkumulat u l-frekwenza ta’ dawn l-assenzi kif ukoll ir-raġunijiet li mmotivaw lill-persuna kkonċernata meta telqet minn dan l-Istat Membru. Fil-fatt, huwa importanti li jiġi vverifikat jekk l-assenzi inkwistjoni jimplikawx l-ispostament lejn Stat ieħor li huwa ċentru tal-interessi personali jew professjonali tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-fatt li l-persuna kkonċernata rritornat obbligatorjament fl-Istat Membru ospitanti sabiex tiskonta piena ta’ ħabs u ż-żmien li għadda f’detenzjoni, flimkien mal-elementi elenkati fil-punt preċedenti, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni globali meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-rabtiet ta’ integrazzjoni li jkunu nħolqu preċedentement mal-Istat Membru ospitanti ġewx interrotti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali. Jekk tasal għall-konklużjoni li l-assenzi ta’ P. Tsakouridis mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti ma humiex ta’ natura li jċaħħduh milli jibbenefika mill-protezzjoni ogħla, hija għandha sussegwentement teżamina jekk id-deċiżjoni ta’ tkeċċija hijiex ibbażata fuq raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika fis-sens tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12033"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti nazzjonali li tippermettilha li tiddeċiedi l-kawża li għandha quddiemha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt Komunitarju li ma sarx riferiment għalihom fid-domandi preliminari tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, Gintec, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-374/05" PAGE.ECR="I-9517" YEAR="2007">C-374/05, Ġabra p. I-9517</REF.DOC.ECR>, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn jiġi konkluż li persuna li tinsab fis-sitwazzjoni ta’ P. Tsakouridis, li kiseb dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti, ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ residenza stabbilita fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, miżura ta’ tkeċċija tista’, jekk ikun il-każ, tiġi ġġustifikata fil-preżenza ta’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>raġunijiet gravi ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>, kif jipprovdi l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni sar-raba’ domandi għandha tkun li l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ċittadin tal-Unjoni kienx għex fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin li jippreċedu d-deċiżjoni ta’ tkeċċija, kriterju determinanti għall-għoti tal-protezzjoni ogħla li tipprovdilu din id-dispożizzjoni, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni t-totalità tal-aspetti rilevanti f’kull każ inkwistjoni, b’mod partikolari t-tul ta’ kull waħda mill-assenzi tal-persuna kkonċernata mill-Istat ospitanti, it-tul akkumulat u l-frekwenza ta’ dawn l-assenzi kif ukoll ir-raġunijiet li mmotivaw lill-persuna kkonċernata meta telqet minn dan l-Istat Membru u li jistgħu jistabbilixxu jekk dawn l-assenzi jimplikawx jew le l-ispostament lejn Stat ieħor li huwa ċ-ċentru tal-interessi personali, familjari jew professjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12034"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni sar-raba’domandi, hemm lok li l-ewwel domanda tinftiehem fis-sens li l-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk u sa fejn il-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat tistax taqa’ taħt il-kunċett ta’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/>, għall-każ fejn din il-qorti tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, jew tal-kunċett ta’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>raġunijiet gravi ta’ ordni pubbbliku jew ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/>, għall-każ fejn tikkonkludi li l-imsemmi ċittadin jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2004/38 kif ukoll mill-ispirtu ta’ din id-dispożizzjoni, hekk kif imfakkra fil-punti 24 sa 28 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li, billi ssottometta kull miżura ta’ tkeċċija fl-ipoteżi msemmija fl-Artikolu 28(3) ta’ din id-direttiva għall-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>raġunijiet imperattivi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/> ta’ sigurtà pubblika, kunċett li huwa konsiderevolment iktar strett minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>raġunijiet gravi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/> fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, il-leġiżlatur tal-Unjoni manifestament kellu l-intenzjoni li jillimita l-miżuri bbażati fuq l-imsemmi paragrafu 3 għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/>, kif huwa stabbilit fil-premessa 24 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/> jippreżupponi mhux biss l-eżistenza ta’ preġudizzju għas-sigurtà pubblika, iżda, barra minn hekk, li tali preġudizzju għandu grad ta’ gravità partikolarment għoli, rifless fl-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>raġunijiet imperattivi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12035"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Huwa wkoll f’dan il-kuntest li għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/> li jinsab fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-qasam ta’ sigurtà pubblika, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din tkopri kemm is-sigurtà interna ta’ Stat Membru kif ukoll is-sigurtà esterna tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19991026">26 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Sirdar, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-273/97" PAGE.ECR="I-7403" YEAR="1999">C-273/97, Ġabra p. I-7403</REF.DOC.ECR>, punt 17; tal-<DATE ISO="20000111">11 ta’ Jannar 2000</DATE>, Kreil, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-285/98" PAGE.ECR="I-69" YEAR="2000">C-285/98, Ġabra p. I-69</REF.DOC.ECR>, punt 17, tat-<DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, Albore, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-423/98" PAGE.ECR="I-5965" YEAR="2000">C-423/98, Ġabra p. I-5965</REF.DOC.ECR>, punt 18, u tal-<DATE ISO="20030311">11 ta’ Marzu 2003</DATE>, Dory, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-186/01" PAGE.ECR="I-2479" YEAR="2003">C-186/01, Ġabra p. I-2479</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-preġudizzju għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi pubbliċi essenzjali kif ukoll is-sopravivenza tal-popolazzjoni, l-istess bħar-riskju ta’ perturbazzjoni gravi tar-relazzjonijiet esterni jew tal-koeżistenza paċifika tal-popli, jew inkella l-preġudizzju tal-interessi militari, jistgħu jaffettwaw is-sigurtà pubblika (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19840710">10 ta’ Lulju1984</DATE>, Campus Oil <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, 72/83, punti 34 u 35; tas-<DATE ISO="19951017">17 ta’ Ottubru 1995</DATE>, Werner, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-70/94" PAGE.ECR="I-3189" YEAR="1995">C-70/94, Ġabra p. I-3189</REF.DOC.ECR>, punt 27; Albore, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22, kif ukoll tal-<DATE ISO="20011025">25 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-398/98" PAGE.ECR="I-7915" YEAR="2001">C-398/98, Ġabra p. I-7915</REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant minn dan jirriżulta li l-għanijiet bħall-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat huma neċessarjament esklużi mill-imsemmi kunċett.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>It-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat jikkostitwixxi kriminalità mferrxa, mogħnija b’mezzi ekonomiċi u operattivi impressjonanti u li spiss għandha konnessjonijiet transnazzjonali. Fir-rigward tal-effetti devastanti tal-kriminalità marbuta ma’ dan it-traffiku, id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI, tal-<DATE ISO="20041025">25 ta’ Ottubru 2004</DATE>, li<?PAGE NO="I-12036"?> tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2004" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="94">ĠU L 153M, p. 94</REF.DOC.OJ>), tipprovdi, fil-premessa 1 tagħha, li t-traffiku illeċitu ta’ drogi joħloq theddida għas-saħħa, għas-sigurtà u għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll għall-ekonomija legali, għall-istabbiltà u għas-sigurtà tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li t-tossikomanija tikkostitwixxi pjaga għall-individwu u periklu ekonomiku u soċjali għall-umanità (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="19821026">26 ta’ Ottubru 1982</DATE>, Wolf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="221/81" PAGE.ECR="3681" YEAR="1982">221/81, Ġabra p. 3681</REF.DOC.ECR>, punt 9, kif ukoll tal-Qorti Ewropea għad-Drittijet tal-Bniedem, kawża Aoulmi vs Franza, tas-<DATE ISO="20060117">17 ta’ Jannar 2006</DATE>, paragrafu 86), it-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat jista’ jippreżenta livell ta’ intensità ta’ natura li thedded direttament it-trankwillità u s-sigurtà fiżika tal-popolazzjoni kollha jew parti kbira minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2004/38 jenfasizza li l-aġir tal-persuna kkonċernata għandu jirrappreżenta theddida reali u attwali għall-interess fundamentali tas-soċjetà jew tal-Istat Membru kkonċernat, li s-sempliċi eżistenza ta’ kundanni kriminali preċedenti ma tistax timmotiva miżuri ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika u li ġustifikazzjonijiet mhux direttament marbuta mal-każ individwali kkonċernat jew li huma dwar raġunijiet ta’ prevenzjoni ġenerali ma jistgħux jintlaqgħu.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, miżura ta’ tkeċċija għandha tkun ibbażata fuq eżami individwali tal-każ inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 74) u tista’ tiġi ġġustifikata għal raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika fis-sens tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38 biss jekk, fid-dawl tal-gravità eċċezzjonali tat-theddida, tali miżura hija neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi li hija tfittex li tiggarantixxi, fuq il-kundizzjoni li dan l-għan jista’ jintlaħaq permezz ta’ miżuri inqas<?PAGE NO="I-12037"?> stretti, fid-dawl tat-tul ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni u b’mod partikolari tal-konsegwenzi negattivi gravi li tali miżura tista’ ġġib għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu verament integraw fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38, għandhom jitqiesu b’mod partikolari, minn naħa, in-natura eċċezzjonali tat-theddida għas-sigurtà pubblika minħabba l-aġir personali tal-persuna kkonċernata, evalwata, skont il-każ, fiż-żmien meta tingħata d-deċiżjoni ta’ tkeċċija (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Orfanopoulos u Oliveri, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/01+C-493/01" PAGE.ECR="I-5257" YEAR="2004">C-482/01 u C-493/01, Ġabra p. I-5257</REF.DOC.ECR>, punti 77 sa 79), skont it-tul tal-pieni inkorsi u ta’ dawk skontati, skont il-grad ta’ involviment fl-attività kriminali, skont il-portata tad-dannu u, jekk ikun il-każ, skont it-tendenza ta’ reċidiva (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="19771027">27 ta’ Ottubru 1977</DATE>, Bouchereau, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="30/77" PAGE.ECR="1999" YEAR="1977">30/77, Ġabra p. 1999</REF.DOC.ECR>, punt 29), flimkien, min-naħa l-oħra, mar-riskju li tiġi kompromessa r-reintegrazzjoni taċ-ċittadin tal-Unjoni fejn huwa integrat sew, li huwa fl-interess mhux biss ta’ dan tal-aħħar, iżda wkoll tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 95 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-piena mogħtija għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala element ta’ dawn il-fatturi kollha. Kundanna għal piena ta’ ħames snin ma tistax twassal għal deċiżjoni ta’ tkeċċija, kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi deskritti fil-punt preċedenti, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet fundamentali li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiżgura li jiġu rrispettati, inkwantu l-motivi ta’ interess ġenerali jistgħu jiġu invokati sabiex tiġi ġġustifikata miżura nazzjonali li hija ta’ natura li tostakola l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-persuni biss meta l-miżura inkwistjoni tieħu inkunsiderazzjoni dawn id-drittijiet (ara,<?PAGE NO="I-12038"?> b’mod partikolari, is-sentenza Orfanopoulos u Oliveri, iċċitata iktar ’il fuq, punti 97 sa 99), u b’mod partikolari d-dritt għall-osservanza tal-ħajja privata u familjari kif stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, McB, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/10 PPU" PAGE.ECR="I-8965" YEAR="2010">C-400/10 PPU, Ġabra p. I-8965</REF.DOC.ECR>, punt 53, u tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza Maslov vs Autriche [GC], tat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet</HT> 2008, paragrafu 61 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk l-intrużjoni prevista hijiex proporzjonata mal-għan leġittimu intiż, f’dan il-każ il-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari n-natura u l-gravità tal-ksur imwettaq, it-tul tar-residenza tal-persuna kkonċernata fl-Istat Membru ospitanti, il-perijodu li għadda minn meta sar il-ksur u l-kondotta tal-persuna kkonċernata matul dan il-perijodu kif ukoll is-solidità tar-rabtiet soċjali, kulturali u familjari mal-Istat ospitanti. Fir-rigward ta’ ċittadin tal-Unjoni li għadda b’mod legali, il-parti l-kbira, jekk mhux l-integralità, tal-infanzja u l-adoloxxenza tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, għandhom jittressqu raġunijiet sodi sabiex tiġi ġġustifikata l-miżura ta’ tkeċċija (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza Maslov vs L-Awstrija, iċċitata iktar ’il fuq, paragrafu 71 sa 75).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru jista’, sabiex jippreserva l-ordni pubbliku, jikkunsidra li l-użu ta’ drogi jikkostitwixxi periklu għas-soċjetà ta’ natura li jiġġustifika miżuri dwar id-drogi (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="19990119">19 ta’ Jannar 1999</DATE>, Calfa, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-348/96" PAGE.ECR="I-11" YEAR="1999">C-348/96, Ġabra p. I-11</REF.DOC.ECR>, punt 22, kif ukoll Orfanopoulos u Oliveri, iċċitat iktar ’il fuq, punt 67), għandu jiġi konkluż li t-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat jaqa’, iktar u iktar, taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ordni pubbliku<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/>, hekk kif previst fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12039"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha msemmija iktar ’il fuq, jekk l-aġir ta’ P. Tsakouridis jaqax taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>raġunijiet gravi ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38, jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 28(3) tagħha, u jekk il-miżura ta’ tkeċċija inkwistjoni tirrispettax il-kundizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li, f’każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028"/> li tista’ tiġġustifika miżura ta’ tkeċċija ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun irrisjeda fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti. F’każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>raġunijiet gravi ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12040"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ċittadin tal-Unjoni kienx għex fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin li jippreċedu d-deċiżjoni ta’ tkeċċija, kriterju determinanti għall-għoti tal-protezzjoni ogħla li tipprovdilu din id-dispożizzjoni, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni t-totalità tal-aspetti rilevanti f’kull każ inkwistjoni, b’mod partikolari t-tul ta’ kull waħda mill-assenzi tal-persuna kkonċernata mill-Istat ospitanti, it-tul akkumulat u l-frekwenza ta’ dawn l-assenzi kif ukoll ir-raġunijiet li mmotivaw lill-persuna kkonċernata meta telqet minn dan l-Istat Membru u li jistgħu jistabbilixxu jekk dawn l-assenzi jimplikawx jew le l-ispostament lejn Stat ieħor li huwa ċ-ċentru tal-interessi personali, familjari jew professjonali</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">F’każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030"/> li tista’ tiġġustifika miżura ta’ tkeċċija ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun irrisjeda fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti. F’każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni<?PAGE NO="I-12041"?> tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>raġunijiet gravi ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031"/>.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>