|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/333 |
27.2.2025 |
LINJA GWIDA (UE) 2025/333 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta’ Jannar 2025
dwar l-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata dwar il-ġid, l-introjtu u l-konsum tal-unitajiet domestiċi (BĊE/2025/3)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-informazzjoni fil-livell ta’ unitajiet domestiċi dwar il-komponenti ewlenin tal-ġid, l-introjtu u l-konsum hija siewja ħafna biex wieħed jifhem ix-xejriet fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ gruppi differenti ta’ ċittadini residenti fiż-żona tal-euro. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biex jiġu analizzati l-effetti tal-miżuri tal-politika monetarja f’unitajiet domestiċi differenti, li tirrappreżenta komponent ewlieni tal-valutazzjoni tal-proporzjonalità għat-twettiq tal-politika monetarja, imwettqa f’konformità mal-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni fil-livell tal-unitajiet domestiċi hija neċessarja wkoll għall-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 127(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-informazzjoni fil-livell tal-unitajiet domestiċi dwar il-ġid nett (assi u obbligazzjonijiet), miġbura b’mod komparabbli fil-pajjiżi taż-żona tal-euro, bħalissa hija disponibbli biss permezz tal-istħarriġ dwar il-Finanzi u l-Konsum tal-Unitajiet Domestiċi] (HFCS). L-HFCS jitwettaq f’kull Stat Membru minn banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jew minn awtoritajiet kompetenti oħra abbażi tal-liġijiet nazzjonali li jippermettu l-ġbir ta’ informazzjoni fil-livell tal-unitajiet domestiċi permezz ta’ stħarriġ minn persuni fiżiċi. Minħabba l-ħtieġa ta’ tali informazzjoni biex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ, il-ġbir mill-BĊE ta’ informazzjoni statistika dwar il-ġid, l-introjtu u l-konsum tal-unitajiet domestiċi mill-BĊNi għandha tiġi rregolata minn Linja Gwida adottata abbażi tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-Sistema tal-Banek Ċentrali Ewropej u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”). Dan ma għandux jipprevjeni li l-informazzjoni statistika rilevanti miġbura għal finijiet oħra minbarra, jew flimkien ma’, l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE tintuża biex taqdi dawk il-finijiet l-oħra. |
|
(3) |
Il-Linja Gwida għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-regoli u l-prattiki li jirregolaw il-ġbir, il-kompilazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istatistika prodotta minn informazzjoni miġbura mill-HFCS skont l-Artikolu 5.3 tal-Istatut tas-SEBĊ. Dan jiżgura li l-informazzjoni statistika rrapportata mill-BĊNi lill-BĊE jkollha l-koerenza meħtieġa biex tipproduċi statistika li tkun rappreżentattiva tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro. Għal din ir-raġuni, il-BĊNi għandhom ikunu meħtieġa jirrapportaw sett ewlieni ta’ varjabbli tal-output ekonomiċi, finanzjarji u demografiċi meħtieġa biex tinġabar informazzjoni statistika dwar il-ġid, l-introjtu u l-konsum tal-unitajiet domestiċi, flimkien ma’ informazzjoni li tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-istħarriġ tal-pajjiż imwettaq fl-Istat Membru rispettiv. Sabiex jiġu riflessi d-differenzi fil-ġabriet fil-pajjiżi taż-żona tal-euro mingħajr ma jiżdied il-piż tar-rapportar fuq il-BĊNi, il-BĊNi jistgħu jirrapportaw sett mhux ewlieni ta’ varjabbli tal-output ekonomiċi, finanzjarji u demografiċi lill-BĊE. Din l-informazzjoni hija meħtieġa billi ttejjeb l-analiżijiet ekonomiċi, finanzjarji u ta’ statistika tal-BĊE li jintużaw biex jitwettqu kompiti tas-SEBĊ, b’mod partikolari, relatati mal-politika monetarja. |
|
(4) |
Sabiex jiġi vvalutat l-impatt ta’ żviluppi ġeopolitiċi u żviluppi sinifikanti oħra mhux previsti fuq is-sitwazzjoni ekonomika jew finanzjarja ta’ gruppi ta’ ċittadini residenti fiż-żona tal-euro, bħal kriżi fil-provvista tal-enerġija jew it-tifqigħa ta’ pandemija, li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tal-politika monetarja jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati ulterjorment l-arranġamenti għar-rapportar ta’ informazzjoni statistika relatata miġbura mill-BĊNi lill-BĊE. Dan jiżgura li tali informazzjoni tkun soġġetta wkoll għall-istess protezzjoni bħas-settijiet ewlenin u mhux ewlenin ta’ varjabbli tal-output ekonomiċi, finanzjarji u demografiċi miġbura mill-BĊE u mill-BĊNi skont din il-Linja Gwida. |
|
(5) |
L-informazzjoni statistika meħtieġa biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-BĊE fil-qasam tal-ġid, l-introjtu u l-konsum tal-unitajiet domestiċi tista’ tinġabar jew tiġi kkompilata mill-awtoritajiet kompetenti għajr il-BĊNi. Għalhekk, f’xi Stati Membri, xi wħud mill-kompiti li għandhom jitwettqu skont din il-Linja Gwida jeħtieġu kooperazzjoni bejn il-BĊE jew il-BĊNi u dawk l-awtoritajiet kompetenti. L-Artikoli 2a u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (1) jirrikjedu li l-Istati Membri jorganizzaw ruħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkooperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ u mas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) biex jissodisfaw l-obbligi tal-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ. Din il-kooperazzjoni hija meħtieġa wkoll bejn il-BĊNi u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew korpi oħrajn fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, inkluż biex jiġu stabbiliti arranġamenti għall-kontroll tad-data personali fost dawn l-awtoritajiet jew korpi fil-livell nazzjonali. |
|
(6) |
Sabiex il-BĊE jwettaq il-kompiti tiegħu, huwa xieraq li l-BĊNi jirrapportaw l-informazzjoni statistika meħtieġa sa dati speċifikati. |
|
(7) |
Sabiex jiġu żgurati l-preċiżjoni u l-kwalità tal-informazzjoni statistika miġbura mill-BĊE, huwa meħtieġ li l-BĊE jipprovdi regoli dwar il-monitoraġġ, il-verifika u, fejn xieraq, ir-reviżjoni tal-informazzjoni statistika rrapportata mill-BĊNi. Għall-istess raġunijiet, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE, kull meta jkun meħtieġ u fuq talba mill-BĊE, dwar l-informazzjoni statistika rrapportata, b’mod partikolari fir-rigward tal-interpretazzjoni mill-BĊN ta’ aspetti tal-varjabbli tal-output li huma bbażati fuq speċifiċitajiet nazzjonali jew interruzzjonijiet strutturali fid-dettall li jista’ jkollhom impatt fuq dik l-informazzjoni statistika jew il-kwalità tagħha. |
|
(8) |
L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li Stati Membri li mhux fiż-żona tal-euro li qegħdin jippjanaw li jadottaw l-euro għandhom ifasslu u jimplimentaw miżuri għall-ġbir tal-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-BĊE bi tħejjija għal tali adozzjoni tal-euro. Sabiex il-BĊE jkun jista’ jikseb ħarsa ġenerali komprensiva tal-informazzjoni statistika miġbura u jwettaq analiżi rilevanti, il-BĊNi ta’ Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro li jadottaw l-euro għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu lill-BĊE b’informazzjoni statistika li tkopri perijodu speċifikat qabel l-adozzjoni tal-euro minnhom. |
|
(9) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut metodu komuni ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika rrapportata lill-BĊE għall-BĊNi kollha. Għaldaqstant, għandu jiġi miftiehem u speċifikat mis-SEBĊ format ta’ trażmissjoni elettroniku armonizzat. |
|
(10) |
Din il-Linja Gwida għandha l-għan li tiżgura li l-BĊNi jkunu responsabbli għall-ipproċessar ta’ data personali miġbura b’rabta mal-HFCS fl-Istat Membru rispettiv tagħhom. Kwalunkwe pproċessar bħal dan ta’ data personali jenħtieġ li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, jiġifieri r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Tali pproċessar huwa legali peress li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imwettqa fl-interess pubbliku u għall-konformità mal-obbligi legali li kull BĊN, bħala kontrollur tad-data li ġabar fl-istħarriġ tal-pajjiż tiegħu, jew b’mezzi oħra, kif rilevanti fl-Istat Membru tiegħu, huwa soġġett taħt din il-Linja Gwida. Skont il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit f’dawk ir-Regolamenti, l-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata mill-BĊNi lill-BĊE f’konformità mal-Regolament (UE) 2018/1725 u b’rabta mal-HFCS għandha tiġi aggregata jew anonimizzata mill-BĊNi b’tali mod li l-individwi ma jkunux jistgħu jiġu identifikati direttament jew indirettament. |
|
(11) |
Meta l-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata lill-BĊE skont din il-Linja Gwida tiġi aggregata jew anonimizzata mill-BĊNi biex jiġi żgurat li persuni fiżiċi ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, direttament jew indirettament permezz ta’ tnaqqis, tali informazzjoni ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ “informazzjoni statistika kunfidenzjali” fir-Regolament (KE) Nru 2533/98. Barra minn hekk, l-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata lill-BĊE skont din il-Linja Gwida ma għandhiex tippermetti li persuni ġuridiċi, entitajiet jew fergħat oħra jiġu identifikati direttament jew indirettament. |
|
(12) |
L-informazzjoni statistika miġbura mill-BĊE għandha tintuża esklussivament għal finijiet ta’ statistika u biex tagħti aċċess għal u/jew ixxerred statistika u analiżi statistika lill-utenti. Minħabba li l-BĊE biħsiebu jikkondividi subsett tal-informazzjoni statistika li jiġbor ma’ korpi ta’ riċerka xjentifika, huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-arranġamenti xierqa biex jingħata dan l-aċċess. |
|
(13) |
Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi lill-Annessi ta’ din il-Linja Gwida b’mod effettiv, sakemm dawn l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti tal-Linja Gwida u lanqas ma jtaqqlu l-piż tar-rapportar. Għaldaqstant, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun jista’ jagħmel tali emendi tekniċi u għandhom jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ meta tiġi segwita din il-proċedura. Hija l-prattika tal-Kumitat tal-Istatistika li jqis l-opinjonijiet tal-utenti, speċifikament il-Kapijiet tar-Riċerka tal-BĊE u l-BĊNi u n-Netwerk tal-Finanzi u l-Konsum tal-Unitajiet Domestiċi li jinkludi speċjalisti tal-istħarriġ, tal-statistika u ekonomisti mill-BĊE, il-BĊNi u għadd ta’ istituti nazzjonali tal-istatistika, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din il-Linja Gwida tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-BĊNi biex jirrapportaw lill-BĊE informazzjoni statistika dwar il-ġid, l-introjtu u l-konsum tal-unitajiet domestiċi li ġabru abbażi tal-liġi nazzjonali. B’mod partikolari, din il-Linja Gwida tispeċifika l-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata mill-BĊNi lill-BĊE, l-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni, il-frekwenza u t-twaqqit ta’ dak ir-rapportar u l-istandards applikati għal dak ir-rapportar.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“HFCS” (Stħarriġ dwar il-Finanzi u l-Konsum tal-Unitajiet Domestiċi) tfisser is-sett ta’ stħarriġ tal-pajjiżi implimentat fi Stati Membri individwali dwar il-ġid, l-introjtu u l-konsum tal-unitajiet domestiċi; |
|
(2) |
“stħarriġ tal-pajjiż” tfisser stħarriġ imwettaq fi Stat Membru li jifforma parti mill-HFCS; |
|
(3) |
“perijodu ta’ xogħol fuq il-post” tfisser il-perijodu li matulu tinġabar id-data mingħand ir-rispondenti għal stħarriġ tal-pajjiż; |
|
(4) |
“perijodu ta’ referenza” tfisser il-perijodu li għalih tirrelata l-informazzjoni statistika; |
|
(5) |
“data ta’ referenza” tfisser id-data li għaliha tirrelata l-informazzjoni statistika; |
|
(6) |
“unità domestika privata” tfisser persuna li tgħix waħedha jew grupp ta’ persuni li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u jaqsmu n-nefqiet, inkluż il-forniment konġunt ta’ oġġetti essenzjali għall-ħajja kif ukoll deċiżjonijiet finanzjarji, kif speċifikat aktar fil-Parti 3 tal-Anness I; |
|
(7) |
“data personali” għandha t-tifsira attribwita lit-terminu mir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
(8) |
“anonimizzazzjoni” tfisser il-proċess li bih il-possibbiltà ta’ identifikazzjoni diretta jew indiretta tkun ġiet eliminata b’tali mod li la unità domestika privata u lanqas persuna fiżika ma jkunu jistgħu jiġu identifikati, u l-anonimizzazzjoni ma tkunx tista’ titreġġa’ lura; |
|
(9) |
“varjabbli tal-output” tfisser il-kategoriji standardizzati tad-data li jkopru l-informazzjoni statistika speċifikata fl-Anness I u l-Anness II; |
|
(10) |
“imputazzjoni” tfisser l-assenjazzjoni ta’ valur stmat għal varjabbli tal-output li ma setax jinġabar jew li ma nġabarx b’mod korrett. Il-valur stmat huwa bbażat fuq valuri miġbura għal unitajiet domestiċi oħra; |
|
(11) |
“data amministrattiva” tfisser data ġġenerata minn sors mhux statistiku, normalment korp pubbliku, li l-għan ewlieni tagħha mhuwiex il-forniment ta’ statistika; |
|
(12) |
“indikaturi aggregati” tfisser statistika fil-qosor ta’ ċerti varjabbli tal-output rappreżentattivi tal-popolazzjoni li ma fihom l-ebda informazzjoni statistika kunfidenzjali kif definit fl-Artikolu 1(12) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
|
(13) |
“residenza abitwali” tfisser “residenza abitwali” kif definita fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(14) |
“oqfsa tal-kampjunar” għandu jkollha l-istess tifsira kif definit fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) 2019/1700; |
|
(15) |
“sett tad-data tar-riċerka” tfisser fajls tad-data li jinkludu riżultati statistiċi bbażati fuq informazzjoni statistika dwar l-unitajiet domestiċi u l-membri tal-unitajiet domestiċi miġbura f’konformità ma’ din il-Linja Gwida u adattati għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ. |
Artikolu 3
Informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata mill-BĊNi
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE informazzjoni statistika dwar il-ġid, l-introjtu, il-konsum tal-unitajiet domestiċi, u l-varjabbli ewlenin tal-output ekonomiċi, finanzjarji u demografiċi relatati skont l-Anness I.
2. BĊN jista’ jirrapporta ċerti varjabbli tal-output ekonomiċi, finanzjarji u demografiċi mhux ewlenin skont l-Anness II.
3. BĊN jista’ jiddeċiedi li jirrapporta b’mod volontarju varjabbli tal-output ekonomiċi, finanzjarji u demografiċi mhux ewlenin, flimkien mal-varjabbli tal-output imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, fejn dawn ikunu relatati ma’ żviluppi attwali jew reċenti li jistgħu jaffettwaw direttament is-sitwazzjoni ekonomika jew finanzjarja ta’ gruppi differenti ta’ ċittadini residenti fiż-żona tal-euro.
4. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE l-informazzjoni li tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-istħarriġ tal-pajjiżi mwettaq mill-BĊNi, kif stabbilit fl-Anness III.
5. L-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata skont dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq wieħed mis-sorsi li ġejjin jew fuq kombinazzjoni tagħhom:
|
(a) |
data miġbura mill-istħarriġ tal-pajjiżi pprovduta direttament mir-rispondenti tal-HFCS, li preferibbilment tinġabar permezz ta’ intervista personali assistita mill-kompjuter (CAPI). Meta l-CAPI ma tintużax għall-ġbir tad-data, l-intervista telefonika assistita mill-kompjuter (CATI), l-intervista fuq l-Internet assistita mill-kompjuter (CAWI), l-awtointervista assistita mill-kompjuter (CASI) jew metodi oħra assistiti mill-kompjuter jistgħu jintużaw għal kwalunkwe parti tal-ġbir tad-data jew għall-partijiet kollha tagħha. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għall-użu ta’ metodi assistiti mill-kompjuter, minbarra CAPI, fuq talba; |
|
(b) |
data amministrattiva. |
Artikolu 4
Popolazzjoni statistika
1. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata tinġabar fil-limiti ta’ popolazzjoni statistika definita bħala li tinkludi l-persuni kollha li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom f’unitajiet domestiċi privati f’kull Stat Membru taż-żona tal-euro.
2. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni statistika tinġabar minn kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni statistika.
Artikolu 5
Kampjunar
1. Il-BĊNi għandhom ifasslu l-informazzjoni statistika minn oqfsa ta’ kampjunar stabbiliti fil-livell nazzjonali li jippermettu li l-unitajiet domestiċi privati jew il-persuni fiżiċi jintgħażlu b’mod aleatorju, bi probabbiltà tal-għażla mhux żero magħrufa. L-oqfsa tal-kampjunar għandu jkollhom l-għan li jidentifikaw u jkopru b’mod eżawrjenti l-popolazzjoni statistika bi żball minimu fil-kopertura u għandhom jiġu aġġornati regolarment.
2. Meta sottopopolazzjonijiet koperti minn stħarriġ tal-pajjiż ikunu sottorappreżentati b’mod sinifikanti fil-kampjun miksub, il-BĊNi għandhom jieħdu miżuri bħall-kampjunar żejjed jew l-applikazzjoni ta’ metodi rilevanti oħra biex jikkoreġu l-preġudizzju li jirriżulta, filwaqt li jqisu l-ħtieġa għall-kosteffettività. Il-BĊNi għandhom jispjegaw u jivvalutaw il-metodi applikati, l-impatt tagħhom u kwalunkwe żvantaġġ fl-informazzjoni statistika speċifikata fl-Anness III.
3. Il-BĊNi jistgħu jippermettu s-sostituzzjoni kkontrollata tal-kampjun ta’ unitajiet domestiċi privati jew persuni fiżiċi jekk ir-rata ta’ rispons tal-istħarriġ tal-pajjiż taqa’ taħt 60 % għal dawk magħżula biex jiġu intervistati għall-ewwel darba, u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-unità domestika privata jew il-persuna tal-kampjun ma tistax tiġi kkuntattjata; |
|
(b) |
tiġi kkuntattjata l-unità domestika privata jew il-persuna tal-kampjun, iżda l-intervista ma tistax titlesta. |
Is-sett ta’ unitajiet domestiċi privati jew persuni fiżiċi fil-kampjun għal sostituzzjoni kkontrollata għandu jiġi definit qabel il-ġbir tad-data. Ma għandu jkun hemm l-ebda sostituzzjoni kkontrollata ma’ unitajiet domestiċi privati jew persuni fiżiċi li ma jappartjenux għal dak is-sett.
Artikolu 6
Imputazzjoni
1. Qabel ma jirrapportaw l-informazzjoni statistika lill-BĊE, il-BĊNi għandhom jiżguraw li kull varjabbli tal-output ewlenin li tkun nieqsa minħabba nuqqas ta’ tweġibiet tiġi imputata fejn meħtieġ skont l-Anness I.
2. Kull valur nieqes li qed jiġi imputat għandu jiġi imputat ħames darbiet bl-applikazzjoni ta’ imputazzjoni stokastika multipla sabiex in-numru ta’ implikati jkun ħamsa.
3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika meta l-BĊN iqis li l-informazzjoni nieqsa ma jkollhiex impatt fuq l-output tad-data globali ġġenerat mill-istħarriġ.
Artikolu 7
Perijodi ta’ xogħol fuq il-post
1. Il-BĊNi għandhom iwettqu mill-inqas 50 % tal-intervisti msemmija fl-Artikolu 3(5), il-punt (a) fl-istħarriġ tal-pajjiż tagħhom matul is-sena ta’ referenza tal-HFCS applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 9.
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika skont l-Artikolu 3 ibbażata fuq perijodu ta’ xogħol fuq il-post li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-perijodu ta’ xogħol fuq il-post ma jaqbiżx id-9 xhur; |
|
(b) |
il-perijodu ta’ xogħol fuq il-post ma jibdiex qabel Ottubru tas-sena ta’ qabel is-sena ta’ referenza tal-HFCS jew wara t-tmiem ta’ Ottubru fis-sena ta’ referenza tal-HFCS; |
|
(c) |
il-perijodu ta’ xogħol fuq il-post jintemm mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena ta’ referenza tal-HFCS. |
Artikolu 8
Dati u perijodi ta’ referenza
1. Għal informazzjoni statistika relatata mal-ġid miġbur minn stħarriġ tal-pajjiżi, id-data ta’ referenza għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-data meta nġabret l-informazzjoni statistika permezz ta’ intervista; jew |
|
(b) |
il-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena ta’ referenza tal-HFCS imsemmija fl-Artikolu 9, sakemm il-perijodu ta’ ħidma fuq il-post jitlesta f’dik is-sena ta’ referenza tal-HFCS. |
2. Għal informazzjoni statistika relatata mal-ġid ibbażat fuq data amministrattiva, id-data ta’ referenza għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
data fis-sena ta’ referenza tal-HFCS imsemmija fl-Artikolu 9; jew |
|
(b) |
il-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena ta’ referenza tal-HFCS imsemmija fl-Artikolu 9. |
3. Għall-informazzjoni statistika relatata mal-introjtu miġbur mill-istħarriġ tal-pajjiżi, il-perijodu ta’ referenza għandu jkun perijodu ta’ 12-il xahar li jintemm jew:
|
(a) |
fil-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel il-bidu tal-perijodu ta’ xogħol fuq il-post; jew |
|
(b) |
matul ix-xahar ta’ qabel id-data meta l-informazzjoni statistika tkun inġabret permezz ta’ intervista. |
4. Għall-informazzjoni statistika relatata mal-introjtu bbażata fuq data amministrattiva, il-perijodu ta’ referenza għandu jkun perijodu ta’ 12-il xahar li jintemm jew:
|
(a) |
fil-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena ta’ referenza tal-HFCS imsemmija fl-Artikolu 9; jew |
|
(a) |
f’data fis-sena ta’ referenza tal-HFCS imsemmija fl-Artikolu 9; |
5. Id-dati u l-perijodi ta’ referenza għall-informazzjoni statistika l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) huma stabbiliti fil-Parti 1, il-paragrafu 5, u t-Tabella A tal-Anness I u l-Parti 1, il-paragrafu 3 u t-Tabella A tal-Anness II, rispettivament.
Artikolu 9
Frekwenza u puntwalità
1. Is-sena ta’ referenza tal-HFCS tal-ewwel trażmissjoni tal-informazzjoni statistika msemmija fl-Artikolu 3 mill-BĊNi lill-BĊE għandha tkun (2026).
2. Is-snin ta’ referenza tal-HFCS għat-trażmissjonijiet sussegwenti għandhom isegwu s-sena (2026) bi frekwenza ta’ tliet snin.
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE l-informazzjoni statistika skont l-Artikolu 3 kull 3 snin.
4. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE l-informazzjoni statistika skont l-Artikolu 3 fi żmien 19-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta’ ħidma fuq il-post, u mhux aktar tard minn 36-il xahar mill-bidu tas-sena ta’ referenza tal-HFCS.
5. Meta l-BĊNi jiksbu parti mill-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata skont din il-Linja Gwida minn data amministrattiva, l-iskadenza biex il-BĊE jirċievi l-informazzjoni statistika msemmija fl-Artikolu 3 hija ta’ 22-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta’ xogħol fuq il-post, u mhux aktar tard minn 36-il xahar mill-bidu tas-sena ta’ referenza tal-HFCS.
Artikolu 10
Reviżjonijiet
1. Il-BĊNi jistgħu jittrażmettu lill-BĊE reviżjonijiet tal-informazzjoni statistika rrapportata skont l-Artikolu 3 li jirreferu għas-snin ta’ referenza tal-HFCS preċedenti.
2. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għar-reviżjonijiet sottomessi skont il-paragrafu 1 fuq talba.
Artikolu 11
Protezzjoni tad-data
1. Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, kull BĊN huwa l-kontrollur skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tad-data li jkun ġabar fl-istħarriġ tal-pajjiż tiegħu, jew b’mezzi oħra, kif ikun rilevanti fl-Istat Membru tiegħu, u li huwa responsabbli għar-rapportar lill-BĊE skont l-Artikolu 3.
2. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-ebda data personali kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 ma tiġi rrapportata lill-BĊE meta tiġi rrapportata informazzjoni statistika skont l-Artikolu 3 jew meta tiġi kondiviża kwalunkwe informazzjoni oħra b’rabta mal-HFCS. Dan ifisser li kull element ta’ data li jippermetti li persuna fiżika jew unità domestika tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna fiżika jitneħħa jew jiġi anonimizzat qabel ma tiġi rrapportata l-informazzjoni statistika lill-BĊE, inkluż meta BĊN jirċievi l-informazzjoni statistika jew partijiet minnha minn parti terza.
3. Jekk il-BĊE jiskopri jew jiġi infurmat minn BĊN li d-data personali ġiet trażmessa bi żball, huwa għandu jħassar minnufih dik id-data personali, u għandu jinforma lill-BĊN rilevanti b’dan.
Artikolu 12
Prinċipji u spjegazzjonijiet statistiċi
1. Il-BĊNi għandhom iżommu monitoraġġ u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni statistika rrapportata lill-BĊE skont din il-Linja Gwida, inkluż l-iżgurar li l-informazzjoni statistika tiġi rrapportata kif xieraq lill-BĊE skont il-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 2533/98.
2. Fejn meħtieġ, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE dwar l-interpretazzjoni ta’ aspetti tal-varjabbli tal-output li huma bbażati fuq speċifiċitajiet nazzjonali jew interruzzjonijiet strutturali fid-dettall, inkluż l-impatt fuq dik l-informazzjoni statistika. Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll dawn l-ispjegazzjonijiet fuq talba mill-BĊE.
Artikolu 13
Trażmissjoni
1. Il-BĊNi għandhom jittrażmettu l-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata skont din il-Linja Gwida b’mod elettroniku, bl-użu tal-mezzi speċifikati mill-BĊE. II-format żviluppat għal dan l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni statistika għandu jkun il-format miftiehem mis-SEBĊ.
2. Fejn ma japplikax il-paragrafu 1, il-BĊNi jistgħu jużaw mezzi oħra għat-trażmissjoni tal-informazzjoni statistika bil-kunsens minn qabel tal-BĊE.
Artikolu 14
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra għajr il-BĊNi
1. Meta s-sorsi għall-informazzjoni statistika kollha jew parti minnha deskritta fl-Artikolu 3 huma awtoritajiet jew korpi kompetenti għajr il-BĊNi, il-BĊNi jistgħu jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni xierqa ma’ dawn l-awtoritajiet jew korpi biex jiżguraw struttura permanenti għat-trażmissjoni ta’ data li tissodisfa r-rekwiżiti tal-BĊE stabbiliti f’din il-Linja Gwida, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġà nkiseb mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BĊNi għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li r-rekwiżiti tal-BĊE stabbiliti f’din il-Linja Gwida jiġu rrispettati meta jiddependi fuq arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet jew korpi kompetenti oħra biex jiġbru l-informazzjoni statistika deskritta fl-Artikolu 3.
Artikolu 15
L-użu u t-tixrid tal-informazzjoni statistika
Il-BĊE għandu juża l-informazzjoni statistika miġbura skont l-Artikolu 3 għal finijiet statistiċi kif ġej:
|
(a) |
biex jagħti aċċess għas-sett tad-data tar-riċerka (i) fis-SEBĊ u (ii) lill-korpi tar-riċerka xjentifika skont il-kriterji u l-proċedura stabbiliti fl-Anness IV; u |
|
(b) |
biex ixerred rapporti li jinkludu indikaturi aggregati. |
Kull BĊN jitqies li pprovda l-kunsens espliċitu tiegħu minn qabel u li kiseb il-kunsens espliċitu minn qabel ta’ kwalunkwe awtorità oħra li pprovdiet l-informazzjoni statistika miġbura skont l-Artikolu 3 lilhom qabel l-għoti tal-aċċess skont il-punt (a).
Artikolu 16
Anterjorità
Meta l-BĊE jkun ta aċċess għas-sett tad-data tar-riċerka lil persuni li jissodisfaw il-kriterji għall-ħatra tar-riċerkaturi eliġibbli skont l-Anness IV, dawk ir-riċerkaturi jistgħu jkomplu jkollhom aċċess għal dak is-sett tad-data tar-riċerka skont dawk il-kriterji.
Artikolu 17
Proċedura ta’ emenda simplifikata
Wara li jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jagħmel kwalunkwe emenda teknika għall-Annessi sakemm dawn l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti ta’ din il-Linja Gwida u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar tal-BĊNi. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’kull deċiżjoni bħal din mingħajr dewmien mhux debitu.
Artikolu 18
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Għall-ewwel trażmissjoni, il-BĊNi jistgħu jirrapportaw lill-BĊE l-informazzjoni statistika msemmija fl-Artikolu 3 kif ġej:
|
(a) |
fi żmien 21 xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta’ xogħol fuq il-post, u mhux aktar tard minn 36-il xahar mill-bidu tas-sena ta’ referenza tal-HFCS; |
|
(b) |
meta l-BĊNi jiksbu parti mill-informazzjoni statistika li għandha tiġi rrapportata skont din il-Linja Gwida minn data amministrattiva, fi żmien 25-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta’ xogħol fuq il-post, u mhux aktar tard minn 36-il xahar mill-bidu tas-sena ta’ referenza tal-HFCS. |
2. Meta BĊN jeħtieġ perijodu itwal ta’ introduzzjoni gradwali għall-ġbir tal-informazzjoni statistika meħtieġa msemmi fl-Artikolu 3, il-Kunsill Governattiv jista’ jagħti deroga temporanja individwali mill-obbligu li jirrapporta lill-BĊE l-informazzjoni statistika meħtieġa għall-ewwel trażmissjoni skont l-Artikolu 9(1). Id-deroga temporanja individwali għandha tapplika biss għall-ewwel trażmissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1).
3. Meta tingħata deroga temporanja individwali skont il-paragrafu 2, il-BĊN ikkonċernat għandu jirrapporta mill-inqas darba fis-sena lill-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ dwar il-progress tiegħu fil-kisba ta’ konformità sħiħa mal-obbligu li jirrapporta lill-BĊE għat-trażmissjonijiet sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 9(2).
4. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li għandhom jiġu imposti aktar restrizzjonijiet fuq BĊNi individwali li jibbenefikaw minn kwalunkwe deroga taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 20
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).
(2) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(3) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(4) Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1).
ANNESS I
Varjabbli tal-output ewlenin
1.
Il-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) għandhom jirrapportaw varjabbli tal-output ewlenin fuq (i) bażi ta’ livell tal-unità domestika, (ii) bażi ta’ livell individwali għall-membri kollha tal-unità domestika jew (iii) bażi ta’ livell individwali għall-membri tal-unità domestika ta’ 16-il sena jew aktar.
Parti 1 – Varjabbli tal-output ewlenin li għandhom jiġu rrapportati
|
2. |
It-tabella A tistabbilixxi l-varjabbli tal-output ewlenin li għandhom jiġu rrapportati mill-BĊNi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
|
3. |
Il-BĊNi jirrapportaw varjabbli tal-output ċentrali lill-BĊE għar-rispondenti kollha. Il-varjabbli tal-output ewlenin jistgħu jinkludu valuri neqsin għal xi rispondenti fejn il-varjabbli tal-output ma jkunx applikabbli (jiġifieri maqbuża minħabba r-rotta, jew l-istħarriġ tal-pajjiż rilevanti ma jkollu l-ebda komponent tal-panel). Il-valuri neqsin u t-tweġibiet speċjali kollha li jifdal (ma nafx it-tweġiba/l-ebda tweġiba) iridu jiġu imputati qabel ma tiġi rrapportata l-informazzjoni statistika lill-BĊE sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fit-Tabella A, jiġifieri l-kodiċijiet -1 (ma nafx) u -2 (l-ebda tweġiba) huma ammissibbli għall-varjabbli tal-output. |
|
4. |
Il-varjabbli tal-output ewlenin jistgħu jiġu rrapportati wkoll b’valuri neqsin għal skopijiet ta’ anonimizzazzjoni. Varjabbli tal-output fil-parentesi/raggruppati skont il-kategoriji (jiġifieri Età fil-parentesi — RA0300_B, u Negozju ta’ min jaħdem għal rasu $x: numru ta’ impjegati — HD050 $x) irid dejjem jiġi rrapportat b’valuri reali (1), irrispettivament minn jekk il-varjabbli tal-output ewlenin korrispondenti b’informazzjoni statistika aktar dettaljata (jiġifieri Età — RA0300, u Negozju ta’ min jaħdem għal rasu $x: numru ta’ impjegati – HD050$x) huma rrapportati bħala neqsin għal skopijiet ta’ anonimizzazzjoni. |
|
5. |
Data/perijodu ta’ referenza tirreferi għad-data/perijodu li għalih huwa relatat varjabbli tal-output partikolari. “Kurrenti” tirreferi għall-ħin tal-ġbir tad-data. “Kostanti” tirreferi għal informazzjoni li tibqa’ kostanti u ma tinbidilx maż-żmien (irrispettivament mill-ħin tal-ġbir tad-data). “Data ta’ referenza tal-ġid” tirreferi għad-data kif definita fl-Artikolu 8(1) u (2). “Perijodu ta’ referenza tal-introjtu” tirreferi għall-perijodu kif definit fl-Artikolu 8(2) u (4). |
|
6. |
Ċerti varjabbli tal-output ewlenin huma f’ċiklu, li jimplika li f’każijiet bħal dawn iridu jiġu rrapportati diversi varjabbli tal-output ewlenin. L-identifikaturi tal-varjabbli tal-output tal-varjabbli li huma ċikliċi jinkludu s-sinjal “$” (mill-inqas 1). Dan japplika għal tipi differenti ta’ self, proprjetajiet, negozji ta’ min jaħdem għal rasu, rigali/wirt fejn in-numru ta’ ċikli huwa awtomatikament 3, iżda l-BĊNi jistgħu japplikaw ukoll 2 ċikli. Fil-każ ta’ pjanijiet tal-pensjoni sa 7 ċikli jistgħu jiġu applikati. Pereżempju, fil-każ ta’ 3 ċikli, 3 varjabbli (HB1701, HB1702, HB1703) huma rrapportati għall-varjabbli “ipoteka HMR $x: ammont kurrenti pendenti” (HB170$x fit-Tabella A). |
|
7. |
Ċerti varjabbli tal-output ewlenin huma f’ċiklu ’l fuq minn 2 dimensjonijiet. F’dawn il-każijiet l-identifikaturi varjabbli tal-output jispiċċaw b’“$x$y”. Pereżempju, fil-każ tal-varjabbli HB330$x$y (“proprjetà oħra $x ipoteka $y: sena meta jittieħed is-self), jiġu rrapportati 9 varjabbli (HB33012, HB33013, HB33021, HB33022, HB33023, HB33031, HB33032, HB33033, HB33011) (fil-każ ta’ 3 ċikli għal “proprjetajiet oħra” u “ipoteki”). |
|
8. |
Għal ċerti varjabbli tal-output ewlenin hemm disponibbli diversi għażliet, li jimplika wkoll li jridu jiġu pprovduti diversi varjabbli tal-output ewlenin. L-identifikaturi tal-varjabbli tal-output tal-varjabbli li fihom l-għażliet finali bl-ittra “v”. Pereżempju, 6 varjabbli (HD1320 A, HD1320b, HD1320c, HD1320d, HD1320e, HD1320f) huma rrapportati għall-varjabbli “Tipi ta’ fondi mutwi” (HD1320 V fit-Tabella A). |
|
9. |
Għal ċerti varjabbli tal-output ewlenin hemm taħlita ta’ ċikli u għażliet. F’dawn il-każijiet l-identifikaturi varjabbli tal-output jispiċċaw b’“$xv”. Pereżempju, 6 varjabbli (HB1201a, HB1201b, HB1202a, HB1202b, HB1203a, HB1203b)) huma rrapportati għall-varjabbli “ipoteka tal-HMR $x: għan tas-self b’a: l-ewwel għażla u b: l-għan tat-tieni għażla” (HB120$xv fit-Tabella A).
Tabella A Varjabbli tal-output ewlenin li għandhom jiġu rrapportati mill-BĊNi lill-BĊE
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Parti 2 – Deskrizzjoni tal-kontenut tal-varjabbli tal-output
|
10. |
It-tabella B tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-kontenut tal-varjabbli tal-output ewlenin li l-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE skont din il-Linja Gwida. |
|
11. |
Fejn applikabbli, id-deskrizzjonijiet huma bbażati fuq definizzjonijiet u deskrizzjonijiet li jinsabu fid-dokumenti uffiċjali rilevanti. Għal dan l-għan, jintużaw is-sorsi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Parti 3: Speċifikazzjonijiet ulterjuri rigward id-definizzjoni ta’ “unità domestika privata”
|
12. |
Id-definizzjoni ta’ “unità domestika privata” fl-Artikolu 2 tinkludi persuni li normalment ma jgħixux mar-rispondent iżda li hija kompletament jew fil-biċċa l-kbira finanzjarjament dipendenti fuq l-unità domestika, kif stabbilit f’dan l-Anness. |
|
13. |
L-impjegati ta’ residenti oħra (jiġifieri impjegati domestiċi residenti, au-pairs, eċċ.) u jikkondividu appartament mingħajr relazzjonijiet oħra tal-familja jew tas-sħubija ma’ membri tad-dar (eż. inkwilini residenti, lokatarji, kerrejja, viżitaturi, eċċ.) jitqiesu bħala unitajiet domestiċi separati. |
|
14. |
Bla ħsara għall-kundizzjonijiet ulterjuri u speċifiċi stabbiliti f’dan l-Anness, il-persuni li ġejjin għandhom, jekk jaqsmu l-ispejjeż tal-familja u d-deċiżjonijiet finanzjarji, jitqiesu bħala membri tal-unità domestika:
|
|
15. |
Għall-finijiet tal-paragrafu 14, japplikaw ukoll il-kundizzjonijiet li ġejjin għall-inklużjoni bħala membri tal-unità domestika:
|
|
16. |
Il-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-unitajiet domestiċi tinkludi l-benefiċċju mill-ispejjeż (eż. tfal, persuni mingħajr introjtu) kif ukoll il-kontribut għall-ispejjeż. Jekk l-ispejjeż ma jiġux kondiviżi u l-finanzi jinżammu separati, allura l-persuna tikkostitwixxi unità domestika separata fl-istess indirizz. |
|
17. |
Persuna titqies bħala membru abitwali tal-unità domestika jekk tqattal-biċċa l-kbira tal-mistrieħ ta’ billejl tagħha hemm, evalwat matul is-6 xhur preċedenti (inklużi tfal f’kustodja konġunta u ġenituri anzjani jekk iqattgħu aktar jiem jgħixu fid-dar minn kwalunkwe post ieħor). |
|
18. |
Persuni li jiffurmaw unitajiet domestiċi ġodda jew li jingħaqdu ma’ unitajiet domestiċi eżistenti normalment jitqiesu bħala membri tal-unità domestika fil-post il-ġdid tagħhom; bl-istess mod, dawk li jitilqu biex jgħixu xi mkien ieħor mhux se jibqgħu jitqiesu bħala membri tal-unità domestika oriġinali. Il-kriterji tas-“sitt xhur preċedenti” fil-paragrafu 17 huma ssostitwiti bl-intenzjoni li jibqgħu għal perijodu ta’ sitt xhur jew aktar fil-post il-ġdid ta’ residenza. Għandu jittieħed kont ta’ dak li jista’ jitqies bħala movimenti “permanenti” ġewwa jew barra mill-unitajiet domestiċi. Għalhekk, persuna li tkun daħlet f’unità domestika għal żmien indeterminat jew bl-intenzjoni li toqgħod għal perijodu ta’ 6 xhur jew iktar titqies bħala membru tad-dar, anki jekk il-persuna tkun għadha ma qagħditx fid-dar għal 6xhur u fil-fatt tkun qattgħet il-parti l-kbira ta’ dak iż-żmien f’post ieħor ta’ residenza. Bl-istess mod, persuna li tkun telqet mill-unità domestika għal xi post ieħor ta’ residenza bl-intenzjoni li tibqa’ barra mill-ewwel unità domestika għal sitt xhur jew aktar ma tibqax titqies bħala membru ta’ dik l-unità domestika. |
|
19. |
Jekk il-persuna li tkun temporanjament assenti tkun f’akkomodazzjoni privata, id-determinazzjoni ta’ liema unità domestika tappartjeni tiddependi fuq it-tul tal-assenza. |
|
20. |
B’mod eċċezzjonali, ċerti kategoriji ta’ persuni b’rabtiet mill-qrib ħafna mal-unità domestika jistgħu jiġu inklużi bħala membri tal-istess unità domestika irrispettivament mit-tul tal-assenza, dment li ma jitqisux ukoll bħala membri ta’ unità domestika privata oħra. B’mod partikolari, l-istudenti li jgħixu xi mkien ieħor iżda li jżommu rabtiet mill-qrib mal-unità domestika, jirritornaw regolarment f’dak l-indirizz tad-dar u jqisu li dik l-unità domestika hija r-residenza prinċipali tagħhom għandhom jitqiesu bħala parti mill-unità domestika irrispettivament mit-tul tas-soġġorn tagħhom f’indirizz ieħor. |
|
21. |
Fl-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji, l-għan huwa li jiġi minimizzat ir-riskju li individwi li għandhom żewġ indirizzi privati li fihom jistgħu potenzjalment jitqiesu li jgħixu ma jingħaddux darbtejn fil-qafas tal-kampjunar. Bl-istess mod, ir-riskju li xi persuni jiġu esklużi mis-sħubija ta’ kwalunkwe unità domestika, minkejja li jappartjenu għas-settur domestiku privat, huwa wkoll imminimizzat. |
|
22. |
Persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi kollettivi u f’istituzzjonijiet huma esklużi mill-popolazzjoni fil-mira u mhumiex koperti fid-definizzjoni ta’ “unità domestika privata”. |
|
23. |
“Unità domestika kollettiva” tirreferi għal abitazzjoni kollettiva mhux istituzzjonali bħal post ta’ alloġġament, dormitorju fi stabbiliment edukattiv jew postijiet tal-għajxien oħra kondiviżi minn aktar minn ħames persuni mingħajr ma jaqsmu l-ispejjeż tal-familja. Persuni li jgħixu bħala lokatarji f’unitajiet domestiċi b’aktar minn ħames lokatarji huma inklużi wkoll. |
|
24. |
“Istituzzjoni” tirreferi għal djar tal-anzjani, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, istituzzjonijiet reliġjużi (kunventi, monasteri eċċ), u istituzzjonijiet korrettivi u penali. L-istituzzjonijiet huma distinti mill-unitajiet domestiċi kollettivi mill-fatt li dawk residenti ma għandhom l-ebda responsabbiltà individwali għaż-żamma tad-dar tagħhom. F’ċerti każijiet, id-djar tal-anzjani jistgħu jitqiesu bħala “unitajiet domestiċi kollettivi” abbażi ta’ dan il-prinċipju. |
(1) Sakemm il-valuri ma jiġux issettjati wkoll bħala nieqsa għal skopijiet ta’ anonimizzazzjoni.
(2) “$x” tirreferi għan-numru fiċ-ċiklu. Pereżempju, HB130$x għandu jiġi rrapportat meta HB1010 >$l-1. Dan ifisser li l-varjabbli HB1301 għandha tiġi rrapportata meta HB1010> 0, HB1302 għandu jiġi rrapportat meta HB1010 > 1 u HB1303 għandu jiġi rrapportat meta HB1010 > 2;
“$ċikli” tirreferi għan-numru ta’ ċikli. Pereżempju, HB2100 għandu jiġi rrapportat meta HB1010 > $ċikli. Dan ifisser li fil-każ ta’ 3 ċikli, il-varjabbli HB2100 għandu jiġi rrapportat meta HB1010 > 3.
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 329, 15.12.2009, p. 29).
(4) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2181 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika karatteristiċi tekniċi fir-rigward ta’ punti komuni għal diversi settijiet tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 330, 20/12/2019, p. 16).
(5) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2181 tas-13 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika karatteristiċi tekniċi fir-rigward ta’ punti komuni għal diversi settijiet tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 30/12/2019, p. 16).
(6) Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16).
(7) Linja Gwida (UE) 2021/831 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat fuq intermedjarji finanzjarji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/21) (ĠU L 208, 11.6.2021, p. 59).
(8) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(9) Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar statistika dwar fondi ta’ investiment u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) (BĊE/2024/17) (ĠU L, 2024/1988, 23.7.2024) ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1988/oj.
ANNESS II
Varjabbli tal-output mhux ewlenin
1.
Il-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) jistgħu jirrapportaw varjabbli tal-output mhux ewlenin fuq (i) bażi ta’ livell ta’ unità domestika, (ii) bażi ta’ livell individwali għall-membri kollha tal-unità domestika jew (iii) bażi ta’ livell individwali għall-membri tal-unità domestika ta’ 16-il sena jew aktar.
Parti 1 – Varjabbli tal-output mhux ewlenin
|
2. |
It-tabella A tistabbilixxi l-varjabbli tal-output mhux ewlenin li l-BĊNi jistgħu jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) flimkien mal-varjabbli tal-output ewlenin stabbiliti fl-Anness I. |
|
3. |
“Data/perijodu ta’ referenza” tirreferi għad-data/perijodu li għalih huwa relatat varjabbli tal-output partikolari. “Kurrenti” tirreferi għall-ħin tal-ġbir tad-data, “Kostanti” tirreferi għal informazzjoni li tibqa’ kostanti u ma tinbidilx maż-żmien (irrispettivament mill-ħin tal-ġbir tad-data), “Data ta’ referenza tal-ġid” tirreferi għad-data kif definita fl-Artikolu 8(1) u (2), u “Perijodu ta’ referenza tad-dħul” tirreferi għall-perijodu kif definit fl-Artikolu 8(3) u (4). |
|
4. |
Ċerti varjabbli tal-output mhux ewlenin huma ċikliċi u dan jimplika li f’dawn il-każijiet jiġu rrapportati diversi varjabbli tal-output mhux ewlenin. L-identifikaturi tal-varjabbli tal-output tal-varjabbli li huma ċikliċi jinkludu s-sinjal “$” (mill-inqas 1). Dan japplika għal tipi differenti ta’ self, proprjetajiet u rigali/wirtiet fejn in-numru ta’ ċikli huwa awtomatikament ta’ 3, iżda l-istħarriġ tal-pajjiżi jistgħu japplikaw ukoll 2 ċikli. Pereżempju, fil-każ ta’ 3 ċikli, 3 varjabbli (HB2011, HB2012, HB2013) huma rrapportati għall-varjabbli “ipoteka HMR $x: bidla f’termini ta’ “ipoteka” (HB201 $x fit-Tabella A). Fil-każ ta’ pjanijiet tal-pensjoni sa 7 ċikli jistgħu jiġu applikati. |
|
5. |
Għal ċerti varjabbli tal-output mhux ewlenin hemm disponibbli diversi għażliet li jimplika wkoll li jridu jiġu pprovduti diversi varjabbli tal-output mhux ewlenin. L-identifikaturi tal-varjabbli tal-output tal-varjabbli li fihom l-għażliet finali bl-ittra “v”. Pereżempju, 4 varjabbli (HD1910 A, HD1910b, HD1910c, HD1910d) huma rrapportati għall-varjabbli “Tip ta’ assi oħrajn miżmuma” (HD1910 V fit-Tabella A). |
|
6. |
Għal ċerti varjabbli tal-output mhux ewlenin hemm taħlita ta’ ċikli u għażliet. F’dawn il-każijiet l-identifikaturi varjabbli tal-output jispiċċaw b’“$xv”. Pereżempju, 6 varjabbli (HB1131 A, HB1131B, HB1132 A, HB1132B, HB1133 A, HB1133B) huma rrapportati għall-varjabbli “ipoteka tal-HMR mortgage $x: raġuni għal rifinanzjament/negozjar mill-ġdid bi a. l-ewwel raġuni għal rifinanzjament/negozjar mill-ġdid u b. it-tieni raġuni għal rifinanzjament/negozjar mill-ġdid” (HB113 $xv fit-Tabella A). |
|
7. |
Il-varjabbli output mhux ewlenin “Proprjetà oħra $x ipoteka $y: l-għan tas-self” (HB320 $x $yv) huwa f’ċiklu ’il fuq minn 2 dimensjonijiet ($x proprjetajiet oħra u self ipotekarju $y) u 4 għażliet (a, b, c, d) huma disponibbli. F’dan il-każ huma rrapportati 36 varjabbli (HB32011 A sa HB32011d, HB32012 A sa HB32012d, HB32013 A sa HB32013d, HB32021 A sa HB32021d, HB32022 A sa HB32022d, HB32023 A sa HB32023d, HB32031 A sa HB32031d, HB32032 A sa HB32032d, HB32033 A sa HB32033d) (fil-każ ta’ 3 ċikli għal “proprjetajiet oħra” u “ipoteki”).
Tabella A Varjabbli tal-output mhux ewlieni
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Parti 2 – Deskrizzjoni tal-kontenut tal-varjabbli tal-output mhux ewlenin
|
8. |
It-tabella B tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-varjabbli tal-output mhux ewlenin stabbiliti fil-Parti 1.
Tabella B Deskrizzjoni tal-kontenut tal-varjabbli tal-output mhux ewlenin
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 “$x” tirreferi għan-numru fiċ-ċiklu. Pereżempju, HB201 $x għandu jiġi rrapportat meta HB1010 >$l-1. Dan ifisser li l-varjabbli HB2011 għandha tiġi rrapportata meta HB1010 > 0, HB2012 għandu jiġi rrapportat meta HB1010 > 1 u HB2013 għandu jiġi rrapportat meta HB1010 > 2;
ANNESS III
Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-BĊNi li tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-istħarriġ tal-pajjiż
1.
Skont l-Artikolu 3(4), il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE informazzjoni li tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-istħarriġ tal-pajjiż kif stabbilit fit-Taqsimiet 1 sa 9.
Taqsima 1 — Disinn tal-kampjunar
Parti 1 — Informazzjoni ġenerali
|
2. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġenerali li ġejja dwar id-disinn tal-kampjunar:
|
Parti 2 — Komponent tal-panel/kampjun rotazzjonali (għandu jiġi rrapportat biss mill-pajjiżi li l-istħarriġ tagħhom għandu komponent tal-panel)
|
3. |
Il-BĊNi (li l-istħarriġ tagħhom għandu komponent tal-panel) għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-komponent tal-kampjun tal-panel/rotazzjonali.
|
Parti 3 – Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (fakultattiva)
|
4. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mad-disinn tal-kampjunar li huma jqisu rilevanti. |
Taqsima 2 — Statistika dwar l-istruttura tal-kampjun u l-eżitu tal-istħarriġ
Parti 1 — Daqsijiet tal-kampjun u nuqqas ta’ rispons
|
5. |
Jekk l-informazzjoni meħtieġa għall-varjabbli tal-output SB0100 (kodiċi tal-eżitu finali tal-intervista) ma tiġix trażmessa lill-BĊE, il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja relatata mad-daqsijiet tal-kampjuni u n-nuqqas ta’ tweġiba:
|
Parti 2 — Statistika tal-eżitu tal-istħarriġ
|
6. |
Jekk l-informazzjoni meħtieġa għall-varjabbli tal-output SB0100 (kodiċi tal-eżitu finali tal-intervista) ma tiġix trażmessa lill-BĊE, il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-istatistika tal-eżitu tal-istħarriġ li ġejja:
|
Parti 3 — Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (fakultattiva)
|
7. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mal-istatistika tal-istruttura tal-kampjun u tal-eżitu tal-istħarriġ li jqisu rilevanti. |
Taqsima 3 — Kunċetti u definizzjonijiet
Parti 1 — Perijodi ta’ referenza
|
8. |
Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw il-perijodu ta’ referenza tal-informazzjoni statistika li tirreferi għal:
|
Parti 2 — Varjabbli tal-output tal-introjtu
|
9. |
Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni dwar jekk il-varjabbli tal-output tal-introjtu miġbura humiex (i) gross, (ii) netti mit-taxxi fuq l-introjtu, (iii) netti mit-taxxi fuq l-introjtu u mill-kontribuzzjonijiet soċjali jew (iv) oħrajn (f’dan il-każ iridu jiġu pprovduti speċifikazzjonijiet ulterjuri). |
Parti 3 — Definizzjoni tal-varjabbli tal-output: differenzi metodoloġiċi sinifikanti
|
10. |
Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw id-deskrizzjoni ta’ kwalunkwe differenza metodoloġika sinifikanti fil-kontenut tal-varjabbli tal-output trażmessi lill-BĊE meta mqabbla mad-deskrizzjonijiet tal-varjabbli tal-output fl-Anness I, il-Parti 2. |
|
11. |
Il-BĊNi għandhom jindikaw l-isem(ismijiet)/l-identifikatur(i) tal-varjabbli tal-output u jiddeskrivu d-devjazzjoni(jiet) mid-definizzjonijiet tal-varjabbli tal-output (eż. HI0100, Ammont ta’ kull xahar minfuq fuq l-ikel fid-dar. Il-varjabbli tal-output jinkludu wkoll ikel barra d-dar). |
Taqsima 4 — Ġbir ta’ data
Parti 1 — Aspetti ta’ xogħol fuq il-post
|
12. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-xogħol fuq il-post:
|
Parti 2 — Intervistaturi (reklutaġġ, taħriġ, ammont ta’ xogħol, kumpens)
|
13. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar l-intervistaturi:
|
Parti 3 — It-tfassil u l-ittestjar tal-kwestjonarju
|
14. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar id-disinn u l-ittestjar tal-kwestjonarju:
|
Parti 4 – Strateġiji ta’ kuntatt u prevenzjoni tan-nuqqas ta’ rispons
|
15. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrateġiji ta’ kuntatt u l-prevenzjoni tan-nuqqas ta’ rispons:
|
Parti 5 — Awditjar ta’ xogħol fuq il-post
|
16. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar l-awditjar fuq il-post:
|
Parti 6 — Użu ta’ sorsi oħra ta’ data għall-ġbir tad-data
|
17. |
Il-BĊNi għandhom jindikaw jekk użawx sorsi li ma humiex intervisti biex jiġbru jew jibnu l-varjabbli tal-output speċifikati fl-Anness I (esklużi s-sorsi użati fl-imputazzjoni għal element mingħajr tweġiba). Jekk iva, is-sorsi possibbli huma reġistri, tqabbil statistiku, oħrajn (f’dan il-każ iridu jiġu pprovduti speċifikazzjonijiet ulterjuri). |
Parti 7 — Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (fakultattiva)
|
18. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mal-ġbir ta’ data, li jqisu rilevanti. |
Taqsima 5 — Ipproċessar u editjar tad-data
Parti 1 — Informazzjoni ġenerali
|
19. |
Il-BĊNi għandhom jindikaw liema sistema ta’ ġestjoni tad-database ġenerali jużaw biex jaħżnu u jipproċessaw id-data (eż. SAS, Stata, SPSS). |
|
20. |
Il-BĊNi għandhom jindikaw liema sistema ta’ ġestjoni ta’ kampjun/każ jużaw. Dan jirreferi għal għodda elettronika mfassla biex taħżen u tgħaqqad awtomatikament sorsi differenti ta’ informazzjoni utli għall-organizzazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri fuq il-post. |
Parti 2 — Kodifikazzjoni u editjar
|
21. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar l-ikkowdjar u l-editjar:
|
Parti 3 – Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (fakultattiva)
|
22. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mal-ipproċessar u l-editjar tad-data, li jqisu rilevanti. |
Taqsima 6 — Ponderazzjoni
Parti 1 — Piżijiet tad-disinn tal-unitajiet domestiċi (varjabbli tal-output SD0300)
|
23. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-piżijiet tad-disinn tal-unitajiet domestiċi:
|
Parti 2 — Aġġustamenti ta’ ponderazzjoni għan-nuqqas ta’ rispons tal-unità abbażi ta’ informazzjoni fil-livell ta’ kampjun
|
24. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar l-aġġustamenti fil-ponderazzjoni għan-nuqqas ta’ tweġiba tal-unità:
|
Parti 3 — Kalibrazzjoni ma’ sorsi esterni
|
25. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kalibrazzjoni ma’ sorsi esterni:
|
Parti 4 – Tnaqqis tal-piż, jew kwalunkwe aġġustament ieħor ta’ wara l-istħarriġ
|
26. |
Il-BĊNi għandhom jindikaw jekk (Iva/Le) ġewx implimentati xi aġġustamenti oħra tal-piż wara l-istħarriġ (inkluż it-tnaqqis tal-piż jew il-winsorizzar). Jekk iva, trid tingħata deskrizzjoni tal-aġġustamenti. |
Parti 5 — Piżijiet finali tal-unitajiet domestiċi u proporzjonijiet tal-piż
|
27. |
Jekk l-informazzjoni meħtieġa għall-varjabbli tal-output HW0010 (piż tal-unitajiet domestiċi) u SD0300 (piż tad-disinn tal-każ) ma tiġix trażmessa lill-BĊE, il-BĊNi għandhom jipprovdu l-istatistika sommarja li ġejja:
|
|
28. |
Jekk l-istħarriġ għandu komponent tal-panel, il-BĊNi għandhom jispjegaw il-proċedura ta’ ponderazzjoni, jiġifieri kif il-piżijiet tal-kampjunar għall-unitajiet domestiċi magħżula ġodda jiġu kkombinati mal-piżijiet mill-mewġa preċedenti (il-metodu tas-sehem ta’ ponderazzjoni, kwalunkwe kombinazzjoni oħra). |
Parti 6 — Piżijiet replikati
|
29. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-piżijiet replikati (varjabbli tal-output WR$$$$):
|
Parti 7 — Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (fakultattiva)
|
30. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mal-ponderazzjoni li jqisu rilevanti. |
Taqsima 7 — Proċeduri ta’ imputazzjoni
Parti 1 — Informazzjoni ġenerali
|
31. |
Il-BĊNi għandhom jindikaw l-għodod tas-software użati għall-imputazzjoni (jiġifieri SAS, Stata jew oħrajn u jekk oħrajn, liema għodda) u l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-imputazzjoni (jiġifieri BĊN, NSI, kumpanija tal-istħarriġ, oħrajn u jekk oħra, liema organizzazzjoni). |
Parti 2 — Informazzjoni teknika dwar il-proċeduri ta’ imputazzjoni
|
32. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni teknika li ġejja dwar il-proċeduri ta’ imputazzjoni:
|
Parti 3 — Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (fakultattiva)
|
33. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mal-proċeduri ta’ imputazzjoni li jqisu rilevanti. |
Taqsima 8 — Kontroll tad-divulgazzjoni u disseminazzjoni nazzjonali
Parti 1 — Kontroll tad-divulgazzjoni
|
34. |
Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE informazzjoni tal-metodi u l-proċeduri użati għall-anonimizzazzjoni tad-data fil-livell nazzjonali qabel ma jissottomettu t-tagħrif statistiku lill-BĊE. |
Parti 2 — Disseminazzjoni tad-data
|
35. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ewwel rilaxx nazzjonali tar-riżultati (link, data u tip ta’ rilaxx). |
Taqsima 9 — Informazzjoni addizzjonali mill-evalwazzjonijiet nazzjonali
|
36. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali possibbli disponibbli mill-evalwazzjonijiet nazzjonali (mhux koperta mit-Taqsimiet 1 sa 8). Dan jista’ jinkludi dokumenti/referenzi għal dokumentazzjoni metodoloġika disponibbli (eż. rapporti nazzjonali dwar il-kwalità, studji metodoloġiċi indipendenti, tqabbil ma’ sorsi esterni). |
ANNESS IV
Kriterji u proċedura għall-ħatra ta’ riċerkaturi eliġibbli
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jagħti aċċess għas-sett tad-data tar-riċerka biss lil persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet elenkati fit-taqsima 2, li għandhom l-għan li jiżguraw li l-aċċess għall-informazzjoni rrapportata lill-BĊE skont din il-Linja Gwida jkun permess għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika biss. L-użu kummerċjali tas-sett tad-data tar-riċerka huwa strettament ipprojbit.
Dawn il-kundizzjonijiet huma ppubblikati fuq is-sit web tal-BĊE biex ir-riċerkaturi jiġu infurmati dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għall-applikazzjoni għall-aċċess għas-sett tad-data tar-riċerka. Il-BĊE jagħmel sforzi biex inaqqas kemm jista’ jkun id-dewmien fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.
Il-BĊE jiżgura li jintużaw biss kanali sikuri għas-sottomissjoni tad-data u jiddetermina l-mezz xieraq li għandu jintuża.
1. Riċerkatur affiljat
Riċerkatur affiljat huwa persuna fiżika li hija membru tal-persunal ta’ jew assoċjata ma’ kwalunkwe waħda mill-entitajiet li ġejjin li huma korpi ta’ riċerka xjentifika:
|
(a) |
universitajiet u organizzazzjonijiet oħra ta’ edukazzjoni ogħla, |
|
(b) |
organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet li jwettqu riċerka xjentifika, minbarra kumpanniji kummerċjali, |
|
(c) |
korpi li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE (1). |
2. Kundizzjonijiet għall-aċċess għas-sett tad-data tar-riċerka (salvagwardji)
Il-BĊE jista’ jagħti aċċess għas-sett tad-data tar-riċerka lir-riċerkaturi affiljati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-aċċess lill-BĊE, kif stabbilit f’dan l-Anness. Fi proġetti konġunti ta’ riċerka b’diversi riċerkaturi li jaħdmu fuq l-istess proġett, kull riċerkatur għandu jibgħat applikazzjoni individwali li tispeċifika ma’ liema proġett ta’ riċerka konġunta tirrelata t-talba tiegħu. L-applikazzjoni għall-aċċess għas-sett tad-data tar-riċerka trid tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
L-applikant għandu jipprovdi lill-BĊE bl-informazzjoni li ġejja:
|
|
(b) |
Pjan ta’ riċerka għandu b’mod konċiż:
|
|
(c) |
L-applikant għandu jipprovdi dettalji dwar is-sigurtà tal-ħżin tad-data (billi jimmarka l-għażliet applikabbli), f’termini ta’:
|
|
(d) |
L-applikant għandu:
|
|
(e) |
Ir-riċerkaturi kollha involuti fil-proġett ta’ riċerka jridu jirrikonoxxu u jiffirmaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu tad-data u l-obbligi ta’ kunfidenzjalità li l-BĊE jipprovdilhom; |
|
(f) |
L-applikant għandu jikkonferma bil-firma tiegħu l-preċiżjoni u l-korrettezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni. |
3. Kriterji użati għall-valutazzjoni tat-talbiet għal aċċess għas-sett tad-data tar-riċerka
Il-BĊE jivvaluta l-applikazzjonijiet skont il-kriterji deskritti hawn taħt:
Kriterju obbligatorju nru 1
(a) L-oqsma obbligatorji kollha jimtlew (l-isem, in-numru tat-telefown, l-indirizz, il-pjan ta’ riċerka maħsub, l-użu tar-riżultati, ir-resume jew il-curriculum vitae, u d-dokument ta’ identifikazzjoni mehmuż, il-formoli ffirmati).
(b) Il-koerenza fl-informazzjoni pprovduta tiġi vverifikata (bħal, iżda mhux limitata għall-identifikazzjoni pprovduta taqbel mal-isem, l-istituzzjoni ta’ affiljazzjoni teżisti, il-curriculum vitae jaqbel mal-isem u l-istituzzjoni).
Kriterju obbligatorju nru 2
(c) Ir-riċerkatur għażel mill-inqas oġġett wieħed minn kull wieħed mit-tliet gruppi ta’ miżuri ta’ sigurtà (jiġifieri, is-sigurtà loġika tal-fajl, is-sigurtà tad-dokumenti fiżiċi, u s-sigurtà tal-bini).
Kriterju obbligatorju nru 3
(d) Id-data tal-HFCS tista’ tintuża biss għal skopijiet ta’ riċerka. Jintużaw elementi differenti tal-formola tal-applikazzjoni biex dan jiġi vverifikat.
(e) Il-pjan ta’ riċerka maħsub, flimkien mal-isfond tar-riċerkatur (resume jew curriculum vitae) u d-divilgazzjoni maħsuba tar-riżultati, għandu joffri biżżejjed elementi biex jiġi konkluż li l-għan tat-talba għad-data huwa li titwettaq riċerka. Ma hemm l-ebda valutazzjoni dwar il-kwalità tar-riċerka (maħsuba), iżda biss valutazzjoni li l-użu maħsub huwa tabilħaqq riċerka. Il-finanzjament (jekk rilevanti għar-riċerka maħsuba deskritta) u l-intenzjoni li jiġu ppubblikati huma elementi addizzjonali li jistgħu jintużaw f’każ ta’ dubji u jekk rilevanti fil-kuntest. L-iskop tar-riċerka se jiġi vverifikat bl-użu tal-elementi kollha flimkien. F’każ ta’ dubju, il-BĊE jitlob lir-riċerkatur għal aktar informazzjoni u/jew kjarifika.
Proċedura f’każ li wieħed mill-kriterji obbligatorji ma jiġix issodisfat
(f) Fejn mill-inqas wieħed mill-kriterji obbligatorji ma jintlaħaqx, il-BĊE jikkuntattja lir-riċerkatur u jitlob kjarifika u/jew korrezzjoni tal-kriterji rilevanti. Dan jista’ jinkludi, iżda ma jkunx limitat għal:
|
— |
(g) — Il-korrezzjoni ta’ xi informazzjoni (eż. l-informazzjoni fl-applikazzjoni u l-curriculum vitae ma jaqblux); |
|
— |
(h) — Il-verifika tal-elementi tal-curriculum vitae (eż. l-attività tal-istituzzjoni jew ir-rabta bejn l-applikant u l-istituzzjoni); |
|
— |
(i) — Talba għal informazzjoni addizzjonali dwar il-pjan ta’ riċerka maħsub. |
(j) It-talba tiġi miċħuda biss f’każ ta’ kjarifika u/jew korrezzjoni inadegwata.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2004 li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi (ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2025/333/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)