|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1161 |
6.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1161
tal-5 ta’ Ġunju 2025
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1), EULEX KOSOVO
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (1). |
|
(2) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1095 (2), li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u testendi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) sal-14 ta’ Ġunju 2025. |
|
(3) |
Fil-kuntest tar-rieżami strateġiku ta’ EULEX KOSOVO, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jenħtieġ li l-Missjoni tiġi estiża sal-14 ta’ Ġunju 2027. |
|
(4) |
Xejn f’din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat b’mod li jippreġudika l-indipendenza u l-awtonomija tal-imħallfin u l-prosekuturi attivi fil-proċedimenti ġudizzjarji fil-kuntest ta’ EULEX KOSOVO. |
|
(5) |
Minħabba n-natura speċjali tal-attivitajiet ta’ EULEX KOSOVO b’appoġġ għal proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru, huwa xieraq li jkun identifikat l-ammont previst biex ikopri l-appoġġ għal tali proċedimenti ġudizzjarji rilokati u li tiġi prevista l-implimentazzjoni ta’ dik il-parti mill-baġit permezz ta’ għotja. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
EULEX KOSOVO ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 16(1), l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2025 sal-14 ta’ Ġunju 2027 għandu jkun ta’ EUR 170 866 980. Minn dak l-ammont, l-ammont maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EULEX KOSOVO għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo għandu jkun ta’ EUR 64 492 980 u l-ammont maħsub biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru għandu jkun ta’ EUR 106 374 000. Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta’ għotja ma’ reġistratur li jaġixxi f’isem reġistru inkarigat mill-amministrazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji rilokati għall-ammont ta’ EUR 106 374 000. Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) għandhom japplikaw għall-ftehim ta’ għotja. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perjodu sussegwenti għal EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill. (*2) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).”." |
|
(2) |
fl-Artikolu 20, it-tieni paragrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Għandha tiskadi fl-14 ta’ Ġunju 2027.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KLIMCZAK
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK ta’ l- 4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/124/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1095 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (ĠU L 146, 6.6.2023, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1095/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1161/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)