|
21.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1866
tas-17 ta' Ottubru 2016
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għal 3-deċen-2-on, aċibenżolar-S-metil u eżaklorobenżen f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) l-Artikolu 16(1)(a), l-Artikolu 17 u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-aċibenżolar-S-metil, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-eżaklorobenżen, l-MRLs ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. Għat-3-deċen-2-on, ma ġew stipulati ebda MRLs speċifiċi u s-sustanza ma ġietx inkluża fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, għaldaqstant japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta' proċedura għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva 3-deċen-2-on fuq il-patata, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex dik is-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dik l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta' evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapport ta' evalwazzjoni, eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u, fejn rilevanti, għall-annimali, u ħarġet konklużjoni dwar il-proposta għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). L-Awtorità bagħtet dik il-konklużjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(5) |
Fil-konklużjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-informazzjoni disponibbli mhix biżżejjed biex tistabbilixxi dwar jekk l-użu ta' 3-deċen-2-on bħala sustanza attiva fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti hux se jkollu effetti ta' ħsara immedjata jew ittardjata fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluża s-saħħa ta' gruppi vulnerabbli, permezz ta' inġestjoni djetetika. Għaldaqstant mhuwiex xieraq li tiġi inkluża s-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu rilevanti ta' determinazzjoni (LOD). Il-Kummissjoni kkonsultat il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar l-LODs xierqa. |
|
(6) |
Għall-aċibenżolar-S-metil, l-Awtorità ressqet konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva (3). F'dak il-qafas, irrakkomandat li jiżdied għal 0,2 mg/kg l-MRL għall-grupp tal-frott taż-żerriegħa. Abbażi tal-valuri referenzjarji tossikoloġiċi l-ġodda, hija rrakkomandat li tbaxxi l-MRL eżistenti għat-tadam għal 0,3 mg/kg. |
|
(7) |
Għall-eżaklorobenżen, l-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva ġew revokati. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu, l-MRLs stabbiliti għal dawk is-sustanzi attivi fl-Annessi II u III jeħtieġ li jitħassru. Id-dejta li rriżultat mill-monitoraġġ riċenti turi li r-residwi jokkorru fuq iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra f'livell ogħla minn dak tal-LOD (4). Ir-residwi tal-eżaklorobenżen qed jirriżultaw mill-kontaminazzjoni ambjentali fil-ħamrija, minħabba l-użu ta' dan il-kompost persistenti fil-passat. L-MRL eżistenti ta' 0,05 mg/kg għaż-żerriegħa tal-qargħa ħamra jindirizza sew l-okkorrenza tal-eżaklorobenżen f'dak il-prodott. L-MRL se jiġi rivedut; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien għaxar (10) snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, id-dejta ta' monitoraġġ turi li jeħtieġ jiġu stabbiliti livelli aktar baxxi mil-LOD fil-muskoli u fil-ħalib tal-ispeċi kollha. |
|
(8) |
Abbażi tal-konklużjonijiet tal-Awtorità u fid-dawl tal-fatturi rilevanti tal-kwistjoni li qed tiġi kkunsidrata, l-emendi xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jeħtieġ jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jipprevedi arranġament tranżitorju għall-prodotti li jkunu ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs li saret permezz ta' dan ir-Regolament, u li għalihom l-informazzjoni turi li qed jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. |
|
(12) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li kienu manifatturati qabel l-10 ta' Mejju 2017, ħlief għall-aċibenżolar -S -metil fit-tadam.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-10 ta' Mejju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA huma disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu.
Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance (3E)-3-decen-2-one (applied for as 3-decen-2-one). EFSA Journal 2015;13(1):3932 [43 pp.].
(3) Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance acibenzolar-S-methyl. EFSA Journal 2014;12(8):3691 [74 pp.].
(4) The 2013 European Union report on pesticide residues in food. EFSA Journal 2015;13(3):4038 [169 pp.]. The 2012 European Union report on pesticide residues in food. EFSA Journal 2014;12(12):3942 [156 pp.]. The 2011 European Union report on pesticide residues in food. EFSA Journal 2014;12(5):3694 [511 pp.]. The 2010 European Union report on pesticide residues in food. EFSA Journal 2013;11(3):3130 [808 pp.]. The 2009 European Union report on pesticide residues in food. EFSA Journal 2011;9(11):2430 [225 pp.].
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-aċibenżolar-S-metil u għall-eżaklorobenżen jinbidlu b'dan li ġej: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti B tal-Anness III, titħassar il-kolonna għall-eżaklorobenżen. |
|
(3) |
Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna għat-3-deċen-2-on. “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-limiti massimi tar-residwi (mg/kg)
|
(*1) Jindika limitu aktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.”