|
2.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10610 — ARCHER DANIELS MIDLAND SINGAPORE / CLYDE INVESTMENTS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 102/10)
1.
Fil-21 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Archer Daniels Midland Singapore Pte. Ltd (“ADM Singapore”, Singapore), ikkontrollata minn Archer Daniels Midland Company (“ADM Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Clyde Investments (“Clyde Investments”, Singapore) ikkontrollata minn Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore), |
|
— |
joint venture, JV (Singapore). |
ADM Singapore u Clyde Investments jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-joint venture.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ADM Singapore hija attiva fis-setturi tal-ikel u n-nutrizzjoni fl-Asja. ADM Singapore hija parti mill-ADM Group li huwa attiv f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet inkluż l-ipproċessar ta’ żrieragħ taż-żejt, qamħirrun, zokkor, qamħ u komoditajiet agrikoli oħra u fil-manifattura ta’ żjut veġetali u ingredjenti oħra ta’ ikel u għalf b’valur miżjud u addittivi fil-livell globali; |
|
— |
Clyde Investments hija attiva fil-manifattura kuntrattwali ta’ prodotti tal-proteini bbażati fuq il-pjanti fl-Asja. Hija sussidjarja ta’ Temasek, kumpanija ta’ investiment attiva fi spettru wiesa’ ta’ industriji fil-livell globali inklużi x-xjenzi tal-ħajja u agroalimentari; |
|
— |
Il-JV li l-isem tagħha se jiġi miftiehem bejn ADM Singapore u Clyde Investments, hija impriża bi sħab b’funzjoni sħiħa f’żona ġdida li għandha tiġi stabbilita f’Singapore biex tipprovdi żvilupp ta’ kuntratti u servizzi ta’ organizzazzjoni tal-manifattura għal soluzzjoni ta’ fermentazzjoni mikrobika u ingredjenti mikrobiċi għal applikazzjonijiet tal-ikel u servizzi ta’ konsulenza relatati f’Singapore. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10610 — ARCHER DANIELS MIDLAND SINGAPORE / CLYDE INVESTMENTS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).