|
8.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/965
tas-27 ta’ Marzu 2020
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-Istatus tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 (1) li tistabbilixxi Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 tipprevedi li l-istatus tal-EUAM RCA u tal-persunal tagħha, inkluż, fejn xieraq, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-EUAM RCA, għandu jkun is-suġġett ta’ ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Fis-6 ta’ Frar 2020, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika Ċentru-Afrikana bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim dwar l-istatus tal-EUAM RCA fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. |
|
(4) |
Ir-rappreżentant għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà nnegozja, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-TUE, il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (il-"Ftehim). |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (2) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141).
(2) Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.