27.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/27


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10876 — BSA (LACTALIS) / AMBROSI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 145/16)

1.   

Fid-19 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BSA S.A.S. (“BSA”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Lactalis,

—

Ambrosi S.p.A. Industria Casearia (“Ambrosi”, l-Italja).

BSA takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ambrosi kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

BSA hija l-kumpanija prinċipali ta’ Lactalis Group, li huwa attiv fid-dinja kollha fil-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari ħalib tax-xorb, butir, ġobnijiet, ħalib frisk, krema u prodotti industrijali tal-ħalib (trab tal-ħalib, xorrox, eċċ.),

—

Ambrosi hija kumpanija Taljana attiva fl-ipproċessar, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ġobnijiet Taljani, inklużi dawk protetti minn tikketta tad-denominazzjoni tal-oriġini, lil ktajjen tal-bejgħ bl-imnut, bejjiegħa bl-ingrossa, u atturi oħra tal-ikel madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10876 — BSA (LACTALIS) / AMBROSI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).