31989D0242



Official Journal L 097 , 11/04/1989 P. 0047 - 0047
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0162
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0162


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-5 ta' April 1989

li temenda d-Deċiżjoni 78/774/KEE li tikkonċerna l-attivitajiet ta' ċerti pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar

(89/242/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni mressaq mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Deċiżjoni 78/774/KEE [4] tipprovdi l-bażi għal sistema ta' informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet ta' ċerti pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar;

Billi l-Artikolu 2 ta' dik id-Deċiżjoni jipprovdi li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta'l-informazzjoni għal flotot tal-pajjiżi terzi jittieħdu unanimament,

Billi huwa meħtieġ li tiġi emendata din il-proċedura fid-dawl ta' l-Artikolu rivedut 84 (2) tat-Trattat, li jipprovdi għall-votazzjoni b'maġġoranza kkwalifikata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

"(1) Il-Kunsill, b'maġġoranza kkwalifikata, għandu jiddeċiedi lil liema flotot ta' pajjiżi terzi s-sistema ta'l-informazzjoni għandha tiġi applikata b'mod konġunt"

.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-5 ta' April 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Chaves Gonzalez

[1] ĠU C 28, tat-3.2.1989, p. 10.

[2] ĠU C 69, ta' l-20.3.1989.

[3] ĠU C 71, ta' l-20.3.1989, p. 25.

[4] ĠU L 258, tal-21.9.1978, p. 35.

--------------------------------------------------