|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2413 |
5.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2413
tal-20 ta’ Novembru 2025
dwar il-konklużjoni, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 113 u 115, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (2) (“il-Ftehim”) tejjeb l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet fiskali bejn il-Partijiet Kontraenti u tejjeb il-konformità fiskali internazzjonali. |
|
(2) |
Ġew approvati bidliet importanti fil-livell internazzjonali fl-Istandard Komuni ta’ Rappurtar (CRS) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi fis-26 ta’ Awwissu 2022 u dawn ġew inkorporati fil-leġi tal-Unjoni permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 (3), li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (4). |
|
(3) |
Għalhekk, il-Ftehim jeħtieġ li jiġi emendat biex jiġi żgurat li l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Żvizzera (“l-Iżvizzera”) ikun allinjat mas-CRS aġġornat mill-1 ta’ Jannar 2026 u jkompli jsir f’konformità miegħu. Il-Ftehim jeħtieġ ukoll li jiġi emendat biex jipprovdi lill-Istati Membri dispożizzjonijiet ġodda dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud. |
|
(4) |
It-test tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (5) (“il-Protokoll Emendatorju”), li huwa r-riżultat tan-negozjati, jirrifletti kif xieraq id-direttivi ta’ negozjati maħruġa mill-Kunsill. |
|
(5) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2325 (6), il-Protokoll Emendatorju ġie ffirmat fl-20 ta’ Ottubru 2025, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(6) |
Il-Protokoll Emendatorju jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni. |
|
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/518/KE (8) ddikjarat li, għall-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-Iżvizzera hija kkunsidrata li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali ttrasferita mill-Unjoni. Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Jannar 2024 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ewwel rieżami tal-funzjonament tad-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE jikkonferma li l-Iżvizzera tkompli tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha (10).
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) L-opinjoni tat-13 ta’ Novembru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 385, 29.12.2004, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/911/oj.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L, 2023/2226, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2226/oj).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/16/oj).
(5) ĠU L, 2025/2326, 20.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_prot/2025/2326/oj.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2325 tal-10 ta’ Ottubru 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali (ĠU L, 2025/2325, 20.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2325/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/518/KE tas-26 ta’ Lulju 2000 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali previst fl-Iżvizzera (ĠU L 215, 25.8.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/518/oj).
(9) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/46/oj).
(10) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2413/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)