<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-332/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0332</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:721">EU:C:2018:721</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180913">13.9.2018</DATE> – Kawża C-332/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Starman</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Estonjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/83/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni bit-telefon</KEYWORD><KEYWORD>Prattika ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li tikkonsisti f’li jiġi offrut lill-klijenti tiegħu li jkunu diġà kkonkludew kuntratt numru ta’ assistenza speed dial suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑332/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Riigikohus (il-Qorti Suprema, l‑Estonja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20170526">26 ta’ Mejju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20170602">2 ta’ Ġunju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Starman AS</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Tarbijakaitseamet,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn J. Malenovský, President tal-Awla, M. Safjan u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Starman AS, minn A. Jõks u C. Ginter, vandeadvokaadid,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan,, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Cleenewerck de Crayencour, K. Toomus u N. Ruiz García, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 64</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn it-Tarbijakaitseamet (L-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi, l-Estonja) u Starman AS, fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni u tal-internet, dwar ordni li permezz tagħha dan l-uffiċċju ordna lill-imsemmija kumpannija li ma tkomplix toffri lill-konsumaturi li jkunu diġà kkonkludew kuntratt magħha numru ta’ assistenza speed dial suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 5 u 7 tad-Direttiva 2011/83 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(4)</NO.P><TXT>[…] L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-kuntratti tal-konsumatur mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju hija meħtieġa għall-promozzjoni ta’ suq intern realment tal-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li jiżgura r-rispett għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>[…] Għalhekk l-armonizzazzjoni sħiħa tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta’ reċess f’kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għat-tħaddim aħjar tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>L-armonizzazzjoni sħiħa ta’ wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti. Kemm il-konsumaturi kif ukoll il-kummerċjanti għandhom ikunu jistgħu jorbtu fuq qafas regolatorju uniku bbażat fuq kunċetti legali definiti b’mod ċar li jirregolaw ċerti aspetti ta’ kuntratti fl-Unjoni tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. L-effett ta’ tali armoniżżazzjoni għandu jkun li jinqerdu l-ostakli mnissla mill-frammentazzjoni tar-regoli u biex jitlesta s-suq intern f’dan il-qasam. Dawk l-ostakli jistgħu jinqerdu biss billi jitwaqqfu regoli uniformi fil-livell tal-Unjoni. Barra dan il-konsumaturi għandhom igawdu minn livell komuni għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/83 jiddefinixxi l-għan ta’ din tal-aħħar kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Livell ta’ armonizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri m’ għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprovdix mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-kummerċjant għandu jagħti rimbors għall-pagamenti kollha li rċieva mingħand il-konsumatur, inklużm jekk ikun il-każ, l-ispejjeż tal-kunsinna mingħajr dewmien mhux dovut u f’kull każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn dak li fih ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jirreċedi mill-kuntratt skont l-Artikolu 11.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Tariffi għall-użu tal-mezz ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jimponu lill-konsumaturi, fir-rigward tal-użu ta’ mezz speċifiku ta’ pagament, tariffi li jaqbżu dawk imġarrba mill-kummerċjant għall-użu tat-tali mezzi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Komunikazzjoni bit-telefon<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li, fejn il-kummerċjant juża linja telefonika għall-iskop li jikkuntattja lill-konsumatur bit-telefon dwar il-kuntratt konkluż, il-konsumatur mhuwiex marbut iħallas aktar mit-tariffa bażika, meta jikkuntattja lill-kummerċjant.</ALINEA><ALINEA>L-ewwel subparagrafu Dan huwa bla ħsara għad-dritt tal-operaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li japplikaw tariffa għal dawn it-telefonati.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Natura imperattiva tad-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet konferiti fuqhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe klawżola kuntrattwali li teskludi jew tillimita, direttament jew indirettament, id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma għandhiex torbot lill-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Estonjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 28<HT TYPE="SUP">1</HT> tal-Võlaõigusseadus (il-Liġi dwar id-Dritt tal-Obbligi) tas‑<DATE ISO="20010926">26 ta’ Settembru 2001</DATE> (RT I 2001, 81,487, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>VÕS<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Limitazzjonijiet fil-qasam ta’ fatturazzjoni fir-rigward ta’ kuntratt konkluż ma’ konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jistipula, fil-paragrafi 3 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kummerċjant jippermetti lill-konsumatur jikkuntattjah sabiex jibgħatlu messaġġi jew dikjarazzjonijiet ta’ rieda marbuta ma’ kuntratt, jew dwar ċirkustanzi oħrajn marbuta mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, billi jċempel numru tat-telefon li huwa indika, l-imsemmi kummerċjant ma jistax jeżiġi mill-konsumatur li dan iħallas prezz addizzjonali għal dan l-għan.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe ftehim li jidderoga mir-rekwiżiti previsti f’dan l-artikolu b’detriment għall-konsumatur huwa invalidu.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Starman hija fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni u tal-internet. Din il-kumpannija tpoġġi fid-dispożizzjoni tal-konsumaturi li jkunu diġà kkonkludew kuntratt magħha, għall-kwistjonijiet marbuta ma’ dan il-kuntratt, minn naħa, numru tat-telefon fiss suġġett għal tariffa bażika, u, min-naħa l-oħra, numru speed dial suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika fil-każ ta’ telefonata minn telefon ċellulari. Dan in-numru tat-telefon speed dial jinġieb għall-attenzjoni tal-konsumaturi kollha, b’mod partikolari fuq il-homepage tas-sit tal-internet ta’ Starman, fil-kuntratti u fil-kundizzjonijiet ġenerali relatati ma’ dawn il-kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150615">15 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi indirizza ordni lil Starman, ibbażata fuq il-konstatazzjoni li tipprovdi li t-tpoġġija f’dispożizzjoni ta’ numru speed dial suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika, għal konsumaturi li jkunu diġà kkonkludew kuntratt ma’ din il-kumpannija, huwa kuntrarju għall-Artikolu 28<HT TYPE="SUP">1</HT>(3) tal-VÕS u għall-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, li din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali hija bbażata fuqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-imsemmi uffiċċju ordna lil Starman tieqaf milli toffri lill-konsumaturi tali numru tat-telefon speed dial u li toffrilhom biss numru tat-telefon fiss jew tal-mowbajl suġġett għal tariffa bażika. Konformement ma’ din l-ordni, numru tat-telefon speed dial jista’ jintuża biss jekk l-ispejjeż addizzjonali relatati miegħu jkunu bi spiża tal-kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Starman ippreżentat rikors intiż għall-annullament tal-imsemmija ordni quddiem it-Tallinna Halduskohus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Tallin, l-Estonja). Din il-kumpannija targumenta, għall-kuntrarju, li l-Artikolu 28<HT TYPE="SUP">1</HT>(3) tal-VÕS u l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 ma jipprekludux li jiġi offrut ukoll lill-konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratt, numru tat-telefon speed dial suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika jekk il-kummerċjant ma jagħmilx profitt minnu u sa fejn huwa offrut, b’mod parallel, numru tat-telefon fiss suġġett għat-tariffa bażika, lill-konsumaturi, b’mod komprensibbli u faċilment aċċessibbli. F’dawn il-kundizzjonijiet, l-imsemmi konsumatur ikun jista’ jagħżel b’mod liberu, fost iż-żewġ numri tat-telefon proposti, dak li huwa biħsiebu juża. Skont Starman, l-istess ordni testendi l-effett ta’ din id-direttiva, peress li din tipprojbixxi, essenzjalment, l-użu ta’ numri tat-telefon speed dial u, għaldaqstant, tmur lil hinn mill-obbligi imposti mill-imsemmija direttiva u mill-għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li din tfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li r-rikors għal annullament ta’ Starman ġie miċħud kemm mit-Tallinna Halduskohus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Tallin) kif ukoll mit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallin), Starman appellat fil-kassazzjoni quddiem ir-Riigikohus (il-Qorti Suprema, l-Estonja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li, sabiex tiġi riżolta t-tilwima fil-kawża prinċipali, huwa neċessarju li jiġi interpretat il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>il-konsumatur mhuwiex marbut iħallas<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jinsab fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83. Dik il-qorti tqis li dan il-kliem jista’ jiġi interpretat fis-sens li konsumatur li jkun diġà kkonkluda kuntratt ma għandux ikollu bħala l-unika għażla raġonevoli, sabiex jikkuntattja lill-kummerċjant, l-użu ta’ numru suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika. Din l-interpretazzjoni ma teskludix il-possibbiltà li wieħed jeżiġi mill-imsemmi konsumatur li huwa jbati l-ispejjeż addizzjonali meta huwa, fuq għażla tiegħu stess, juża n-numru suġġett għal tali tariffa ogħla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk huwiex possibbli li l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-użu ta’ numru tat-telefon speed dial suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika jiġu imposti fuq il-konsumatur li jkun diġà kkonkluda kuntratt, meta huwa jkun għażel dan il-metodu ta’ komunikazzjoni, minkejja li, b’mod parallel, tkun ġiet offruta l-possibbiltà lilu li juża numru suġġett għat-tariffa bażika. Fil-fatt, jekk dawn l-ispejjeż addizzjonali kellhom jiġu imposti fuq il-kummerċjant, tista’ tirriżulta minn dan, skont il-qorti tar-rinviju, sitwazzjoni li fiha l-kummerċjanti ma jibqgħux joffru n-numri tat-telefon speed dial għall-konsumaturi kollha, li jkun imur lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 u mill-għan imfittex minn din tal-aħħar. Barra minn hekk, ma tkunx deċiża l-kwistjoni dwar sa liema punt il-kummerċjant għandu jinforma<?PAGE NO="5"?> lill-konsumatur bl-eżistenza ta’ numru suġġett għat-tariffa bażika u bid-differenzi fil-prezz bejn it-telefonati, meta dan juża numru tat-telefon speed dial suġġett għal tariffa ogħla għal kwistjonijiet mhux marbuta mal-kuntratt konkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinvoka s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑568/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:154">EU:C:2017:154</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja tat deċiżjoni dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83. Issa, dik il-qorti tqis li, peress li l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali u dawk fl-oriġini tal-kawża li tat lok għal dik is-sentenza huma differenti, din tal-aħħar bl-ebda mod ma twieġeb il-mistoqsijiet tagħha. L-imsemmija qorti targumenta b’mod partikolari li f’din is-sentenza tal-aħħar, il-konsumaturi ma kellhomx, kuntrarjament għal dak li huwa l-każ fil-kawża prinċipali, l-għażla bejn diversi numri tat-telefon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Riigikohus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tad-Direttiva [2011/83], għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur jista’ jagħmel disponibbli numru tat-telefon li għalih tapplika tariffa ogħla mit-tariffa normali jekk il-fornitur, flimkien man-numru tat-telefon b’tariffa ogħla, joffri wkoll lill-konsumaturi, b’mod li jista’ jinftiehem sewwa u faċilment aċċessibbli, numru tat-telefon b’linja fissa bit-tariffa normali sabiex huwa jikkuntattja lil fornitur fir-rigward ta’ kuntratt konkluż?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 21 tad-Direttiva [2011/83] jipprekludi sitwazzjoni fejn konsumatur li juża volontarjament numru tat-telefon b’tariffa ogħla sabiex jikkuntattja lil fornitur fir-rigward ta’ kuntratt konkluż, minkejja l-provvista mill-fornitur ta’ numru tat-telefon bit-tariffa normali b’mod li jista’ jinftiehem sewwa u faċilment aċċessibbli, huwa obbligat iħallas l-ogħla tariffa sabiex jikkuntattja lill-fornitur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-limitazzjoni fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 tobbliga lill-fornitur, flimkien ma’ numru qasir, jippreżenta kullimkien ukoll numru tat-telefon b’linja fissa bit-tariffa normali u informazzjoni dwar id-differenzi fil-prezz?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, jekk kummerċjant ikun poġġa fid-dispożizzjoni tal-klijenti tiegħu kollha numru tat-telefon speed dial wieħed jew diversi suġġetti għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika, il-konsumaturi li jkunu diġà kkonkludew kuntratt ma’ dan il-kummerċjant iħallsu iktar mit-tariffa bażika meta jikkuntattjaw lill-imsemmi kummerċjant, bit-telefon, dwar dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-kummerċjant jopera linja tat-telefon biex jiġi kkuntattjat dwar kuntratt konkluż mal-konsumatur, dan tal-aħħar ma jkollux iħallas iktar mit-tariffa bażika għat-telefonati lejn din il-linja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, il-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni ma tippermettix, waħedha, li jiġi ddeterminat jekk, meta l-kummerċjant jopera diversi linji tat-telefon, fost liema hemm ukoll linji aċċessibbli permezz ta’ numri speed dial, dawn il-linji kollha għandhom ikunu suġġetti għal tariffa li ma taqbiżx it-tariffa bażika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll il-kuntest li jidħol fih u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li jagħmel parti minnha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑568/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:154">EU:C:2017:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kuntest li tidħol fih l-imsemmija dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet mill-Artikoli 13 u 19 tad-Direttiva 2011/83 li, bħala prinċipju, ma huwiex il-konsumatur li għandu jbati spejjeż minbarra l-ispejjeż abitwali, jekk jeżerċita d-drittijiet tiegħu stabbiliti minn din id-direttiva, u li spejjeż addizzjonali eventwali għandhom, konsegwentement, jaqgħu fuq il-kummerċjant (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑568/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:154">EU:C:2017:154</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-kuntest li jidħol fih l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 jirriżulta li l-kummerċjant jista’ jattribwixxi lill-konsumatur, li jeżerċita d-drittijiet li huma mogħtija lilu minn din id-direttiva, biss l-ispejjeż li ma jeċċedux l-ispiża li tikkorrispondi mat-tariffa bażika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-għan imfittex mid-Direttiva 2011/83, mill-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jirriżulta li din hija intiża li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-għan, id-Direttiva 2011/83 twettaq, bħalma jirriżulta mill-premessi 4, 5 u 7, armonizzazzjoni kompleta ta’ ċerti aspetti essenzjali tal-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-kummerċjanti. Din l-armonizzazzjoni għandu jkollha l-effett li telimina l-ostakoli kkawżati mill-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, sabiex tippermetti lill-konsumaturi jgawdu minn livell komuni għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/83 jirriżulta li l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi żgurat mid-dispożizzjonijiet nazzjonali previsti mill-Istati Membri ma jistax jinjora dak stabbilit minn din id-direttiva, ħlief jekk din tipprovdi mod ieħor. Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 ma jikkostitwixxix eċċezzjoni għall-obbligu impost b’dan il-mod fuq l-Istati Membri, li ma jinjorawx il-livell ta’ protezzjoni stabbilit minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-għan imfittex mid-Direttiva 2011/83 ta’ livell komuni għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fl-Unjoni kollha jkun imminat jekk il-konsumatur ikollu jħallas iktar mit-tariffa bażika meta jċempel in-numru speed dial tal-kummerċjant li jkun ikkonkluda kuntratt miegħu, b’mod partikolari fis-sitwazzjoni meta dan il-konsumatur jikkuntattja lil dan il-kummerċjant sabiex jikkjarifika kwistjonijiet dwar l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt jew sabiex jargumenta dwar drittijiet iggarantiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li kummerċjant ikun jista’ jġiegħel lill-konsumatur li jkun diġà kkonkluda kuntratt miegħu jħallas tariffa ogħla mit-tariffa bażika, meta dan tal-aħħar jikkuntattjah bit-telefon dwar dan il-kuntratt, ikun xi jkun il-format tan-numri tat-telefon proposti mill-imsemmi kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni bl-ebda mod ma hija mminata miċ-ċirkustanza li l-kummerċjant informa lill-konsumatur b’mod li jinftiehem u faċilment aċċessibbli bl-eżistenza ta’ numru tat-telefon suġġett għat-tariffa bażika. Fil-fatt, din l-informazzjoni ma tistax tneħħi lill-kummerċjant mill-obbligu tiegħu li ma jġiegħelx lill-konsumatur li jkun diġà kkonkluda kuntratt miegħu jħallas iktar mit-tariffa bażika, meta dan jikkuntattjah bit-telefon dwar dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Bl-istess mod, iċ-ċirkustanza li, sabiex jikkuntattja lill-kummerċjant, il-konsumatur ikun għażel volontarjament li juża n-numru tat-telefon speed dial suġġett għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika hija irrilevanti għall-imsemmija interpretazzjoni. Fil-fatt, minn qari flimkien tal-Artikoli 21 u 25<?PAGE NO="7"?> tad-Direttiva 2011/83 jirriżulta li l-konsumatur ma jistax jirrinunċja volontarjament għad-drittijiet li huma mogħtija lilu minn din id-direttiva u jħallas iktar mit-tariffa bażika meta huwa jikkuntattja kummerċjant bit-telefon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, jekk kummerċjant ikun poġġa fid-dispożizzjoni tal-klijenti tiegħu kollha numru tat-telefon speed dial wieħed jew diversi suġġetti għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika, il-konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratt ma’ dan il-kummerċjant iħallsu iktar mit-tariffa bażika meta huma jikkuntattjaw lill-imsemmi kummerċjant, bit-telefon, dwar dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, jekk kummerċjant ikun poġġa fid-dispożizzjoni tal-klijenti tiegħu kollha numru tat-telefon speed dial wieħed jew diversi suġġetti għal tariffa ogħla mit-tariffa bażika, il-konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratt ma’ dan il-kummerċjant iħallsu iktar mit-tariffa bażika meta huma jikkuntattjaw lill-imsemmi kummerċjant, bit-telefon, dwar dan il-kuntratt.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>