|
21.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 223/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 49/2008
tal-25 ta’ April 2008
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/53/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 76/68/KEE dwar il-prodotti kożmetiċi għall-iskop li tadatta l-Anness III għall-progress tekniku (2), korretta mill-ĠU L 22, 25.1.2008, p. 21, għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/54/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 76/68/KEE dwar il-prodotti kosmetiċi għall-iskop li tadatta l-Annessi II u III għall-progress tekniku (3), korretta mill-ĠU L 258, 4.10.2007, p. 44, għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI ta’ l-Anness II tal-Ftehim.
|
“— |
32007 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/53/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 226, tat-30.8.2007, p. 19), korretta bil-ĠU L 22, 25.1.2008, p. 21, |
|
— |
32007 L 0054: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/54/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 226, tat-30.8.2007, p. 21), korretta bil-ĠU L 258, 4.10.2007, p. 44,” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/53/KE u 2007/54/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 124, 8.5.2008, p. 19.
(2) ĠU L 226, 30.8.2007, p. 19.
(3) ĠU L 226, 30.8.2007, p. 21.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.