Official Journal L 292 , 21/11/2000 P. 0030 - 0031
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2000 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tat-tecnazene fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva (notifikata bin-numru tad-dokument K(2000) 3354) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2000/725/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda l-ħruġ fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE [2], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar il-ħruġ fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1972/1999 [4], u partikolarment l-Artikolu 7(3a)(b) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], ippreskriva s-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, nominati mill-Istat Membru (li jagħmilha ta’) rapporteur sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 u identifika n-notifikaturi għal kull sustanza attiva. (2) It-tecnazene huwa wieħed mid-90 sustanza attiva koperta bl-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol provdut fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. (3) B’konformità ma’ l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, ir-Renju Unit, l-Istat Membru nominat (biex jagħmilha ta’) rapporteur, issottometta fil-15 ta’ Mejju 1996 lill-Kummissjoni, ir-rapport ta’ l-istima tiegħu dwar it-tagħrif sottomess min-notifikatur waħdieni b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament. (4) Malli rċeviet ir-rapport ta’ l-Istat Membru (li jagħmilha ta’) rapporteur, il-Kummissjoni daħlet għal konsultazzjoniet ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri kif ukoll man-notifikatur waħdieni li kien fadal ((id-ditta) Hickson & Welch) kif provvdut fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. (5) Ġie rivedut ir-rapport sottomess mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. Din ir-reviżjoni kienet finalizzata fit-12 ta’ April 2000 fil-għamla tar-rapport Komunitarju ta’ reviżjoni għat-tecnazene, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 3600/92. (6) Mill-istimi magħmula deher illi t-tagħrif sottomess mhux biżżejjed sabiex juri illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva interessata jissodisfaw il-ħtiġijiet preskritti fl-Artikoli 5(1)(a) u (b) u 5(2)(b) tad-Direttiva 91/414/KEE. (7) In-notifikatur waħdieni għarraf lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru (li jagħmilha ta’) rapporteur illi ma jixtieqx jieħu sehem iktar fil-programm tax-xogħol dwar din is-sustanza attiva. Għalhekk, mhux se jkun sottomess iktar tagħrif meħtieġ sabiex jitħarsu bis-sħiħ il-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. (8) Għal din ir-raġuni, mhux possibbli li din is-sustanza attiva tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. (9) Jeħtieġ li jiġi provdut perjodu ta’ żmien ta’ grazzja għad-disponiment, il-ħażna, il-ħruġ fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE. (10) Din id-deċiżjoni ma tippreġudika l-ebda azzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu fi stadju iktar tard rigward din is-sustanza attiva fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE [7]. (11) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 It-tecnazene mhux inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi: 1. L-awtorizzazzjonijiet dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tecnazene jridu jiġu rtirati fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti; 2. Mid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti ma għandha tiġi konċessa jew imġedda l-ebda awtorizzazzjoni rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom it-tecnazene skond id-deroga provduta fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jikkonċedu perjodu ta’ żmien ta’ grazzja għad-disponiment, il-ħażna, il-ħruġ fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, li jrid ikun qasir kemm jista’ jkun u mhux itwal minn 20 xahar mid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Novembru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [2] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28. [3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10. [4] ĠU L 244, tas-16.9.1999, p. 41. [5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8. [6] ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1. [7] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36. --------------------------------------------------