31999R2278



Official Journal L 279 , 29/10/1999 P. 0003 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2278/1999

tal-21 ta' Ottubru 1999

li jistabilixxi ċerti regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/86 dwar il-ħarsien tal-foresti tal-Komunità mit-tniġġis tal-arja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/86 taż-17 ta' Novembru 1986 dwar il-ħarsien tal-foresti tal-Komunità mit-tniġġis tal-arja [1] kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 307/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 3528/86 jagħmel provvediment għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-miżuri skond l-iskema Komunitarja għall-ħarsien tal-foresti mit-tniġġis tal-arja.

(2) l-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament jistipula li l-konrtibut tal-Komunità għandu jkopri l-inventarju perjodiku tal-ħsara ikkaġunata lill-foresti, b'mod partikolari mit-tniġġis tal-arja, is-sistema ta' punti ta' osservazzjoni għas-sorveljanza intensiva u kontinwa tal-ekosistemi tal-foresti, esperimenti u proġetti ta' prova u tad-dimostrazzjoni biex jiġi mtejjeb l-ħarsien tal-foresti kontra t-tniġġis tal-arja.

(3) Fl-interess tal-effikaċja u sabiex jiġu simplifikati u razzjonalizzati l-proċeduri fil-livell nazzjonali u Komunitarju, id-dviersi miżuri li għalihom l-għajnuna finanzjarja Komunitarja tkun meħtieġa għandhom jinġabru fi' programm annwali nazzjonali għal kull Stat Membru.

(4) Regoli ddettaljati għandhom jiġu adottati dwar kif l-applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt il-programmi nazzjonali għandhom jiġu ppreżentati u l-informazzjoni li għandhom jikkontjenu sabiex jiġi mħaffef l-eżami.

(5) Sistem ta' ħlasijiet bil-quddiem ta' għajnuna Komunitarja għandha tiġi introdotta sabiex tassisti lill-Istati Membri fl-immaniġġar finanzjarju xieraq tal-programmi nazzjonali tagħhom.

(6) L-applikazzjonijiet mogħtija lill-Kummissjoni mill-awtorità kompetenti għal ħlas ta' pagamenti u bilanċi skond il-programm nazzjonali għandhom ikollhom fihom ċerta informazzjoni li tgħin biex tiġi stabbilita ir-regolarità tal-infiq.

(7) Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata li l-miżuri qed jiġu implimentati skond il-kundizzjonijiet u fil-limitu taż-żmien stipulat fid-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna.

(8) L-Istati Membri għandhom jadottaw il-proveddimenti neċessarji sabiex jiġi żgurat li kontrolli effettivi qed jiġu mwettqa fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri skond il-programmi nazzjonali.

(9) L-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [3] jeħtieġu lill-Istati Membri li jiżguraw in-natura effettiva u regolari tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Komunità u biex jirkupraw is-somom mitlufa bhala riżultat ta' irregolaritajiet jew negliġenza. Dawn is-somom jirrappreżentaw infiq mhux iġġustifikat mill-pjan ta' nfiq tal-Komunità u għalhekk għandhom jiġu rimborsati lill-Komunità.

(10) Jekk il-kontrolli li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 imwettqa mill-Kummissjoni jiżvelaw xi irregolarità, L-Istat Membru għandu jkun jista jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni innutata. Fejn l-irregolarità tkun ikkonfermata u is-somom in kwistjoni jirrappreżentaw infiq mhux ġustifikat mill-pjan ta' nfiq tal-Komunità, dawn għandhom jiġu rimborsati lill-Komunità.

(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 526/87(4), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1696/87 [4] kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1398/95 [5] u L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/94 [6], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1545/1999 [7] għandhom jiġu mħassra.

(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1697/87 [8] tal-10 ta' Ġunju 1987 għandu jiġi mħassar ukoll. Dak ir-Regolament jibqa japplika għal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji skond ir-Regolament (KEE) Nru 3528/86 deċiżi qabel l-1 ta' Novembru 1999.

(13) Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Foresti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-miżuri li hemm provvediment għalihom fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 għandhom jiġu implimentati skond programmi li għandhom jitfasslu kull sena mill-Istati Membri. Il-programmi nazzjonali għandhom ikopru l-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi skond dawk l-Artikoli. Għandu jkollhom fihom l-informazzjoni u id-dokumenti ta' sosteniment indikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandhom ikollhom x'jaqsmu mal-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 2. Kull sena, qabel 1 ta' Novembru, L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni żewġ kopji tal-programmi tagħhom għas-sena ta' wara.

2. Programmi nazzjonali kif imsemmijja fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ikkompletati mhux iżjed tard minn tliet snin wara d-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-iffinanzjar u ma jistgħux jiġu estiżi.

Artikolu 2

Il-Programmi kif imsemmijja fl-Artikolu 1 għandhom ukoll jikkonsistu:

- fi' skeda ta' dokumenti ta' sosteniment li għandhom jiġu pprovduti mill-benefiċjarji; "dokumenti ta' sosteniment" tfisser kwalunkwe dokument imfassal skond jew il-liġijiet u r-Regolamenti tal-Istat Membru in kwistjoni, jew skond il-miżuri adottati mill-awtorità kompetenti, li jagħtu xiehda li l-kundizzjonijiet mehmuża ma' kull applikazzjoni individwali ġew milħuqa. L-iskeda għandha tagħti deskrizzjoni ta' kull dokument u d-dispożizzjonijiet jew miżuri li bihom dan ikun imfassal u deskrizzjoni qasira tal-kontenut ta' dawn id-dokumenti;

- kampjuni tal-formoli li fihom il-benefiċjarji għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ħlas. Dawn il-formuli għandhom jinkludu mill-anqas sommarju tal-ispejjez magħmula u skeda komparattiva li tagħti deskirzzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-miżuri li hemm provvediment għalihom u ta' dawk implimentati;

- deskrizzjoni tal-metodi ta' kontroll u tal-imaniġġar iffissati sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta' skond dan il-programm, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) No 3528/86

L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-aġġornamenti sussegwenti tad-dokumentazzjoni imsemmijja f'dan l-Artikolu.

Artikolu 3

1. Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86, L-Istat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti li għandha jkollha l-poter li twettaq dan il-programm.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw għal ħlas bil-quddiem sa 50 % tal-għajnuna Komunitarja lill programm nazzjonali mhux qabel l-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data tal-avviż lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-iffinanzjar tal-programm.

3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw għat-tieni ħlas bil-quddiem ta' mhux iżjed minn 30 % la darba dawn ikun taw xiehda li 60 % tal-ewwel ħlas bil-quddiem tagħhom għall-istess programm ġie utilizzat.

4. Il-bilanċ għandu jitħallas wara li l-Kummissjoni tkun irċiviet u approvat ir-rapport finali, rendikont finanzjarju definittiv u l-applikazzjoni għall-ħlas finali għall-programm nazzjonali.

Artikolu 4

1. Mill-1 ta' Lulju tas-sena li tiġi wara d-data tan-notifikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-programm, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu rendikonti għal kull sitt xhur tal-pagamenti magħmul lill-benefiċjarji, skond l-Anness II u akkumpanjati b'rendikont li jiddeskrivi l-istat u l-progress tax-xogħol.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ħlas bil-quddiem ta' pagamenti u bilanċi għall-programm nazzjonali tal-Kummissjoni, f'żewġ kopji, skond l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1. Kwalunkwe ammonti mitlufa minħabba irregolaritajiet jew nigliġenza u irkuprati minn Stat Membru għandhom jiġu rimborsati lill-Komunità.

2. Jekk il-Kummissjoni, fi'żmien erbat ijiem wara l-ħlas tal-bilanċ, tinnota xi irregolarità f'xi operazzjoni ffinanzjata mill-Komunità fejn l-ammont in kwistjoni ma ġiex rimborsat lill-Komunità skond il-paragrafu 1, din għandha tinforma lill-Istat Membru b'dan u ttieh l-opportunità li jagħti il-kummenti tiegħu.

3. Jekk l-analiżi tas-sitwazzjoni u ta' xi kummenti mill-Istat Membru tirriżulta fil-konferma tal-irregolarità mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandhu jirrimborsa l-ammonti in kwistjoni.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KEE) Nru 526/87, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 169/87 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1091/94 qed jiġu mħassra.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KEE) Nru 1697/87 qed jiġi minnufiħ mħassar. Madankollu, dak ir-Regolament għandu jibqa japplika għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji skond ir-Regolament (KEE) Nru 3528/86 deċiżi qabel l-1 ta' Novembru 1999.

Artikolu 8

Dan-ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandhu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Ottubru 1993.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 326, tal-31.12.1994, p. 2.

[2] ĠU L 51, tat-2.12.1999, p. 9.

[3] ĠU L 312, ta' l-10.12.1998, p. 1.

[4] ĠU L 53, tat-2.12.1999, p. 14.

[5] ĠU L 161, ta' l-10.3.1994, p. 1.

[6] ĠU L 139, tad-9.12.1999, p. 4.

[7] ĠU L 125, ta' l-10.3.1994, p. 1.

[8] ĠU L 180, tat-2.12.1999, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS I

PROTEZZJONI TAL-FORESTI TAL-KOMUNITÀ KONTRA TNIĠĠIŻ MILL-ATMOSFERA (REGOLAMENT (KE) Nru 3528/86

Informazzjoni dwar il-programm nazzjonali għall-20..

STAT MEMBRU

1. Deskrizzjoni qasira tal-programm: Kuntatt għall-awtorità kompetenti: (isem, indirizz, numri tat-telefon u tal-fax, indirizz tal-posta elettronika tal-persuna/korp ta' kuntatt), id-dati tal-bidu u tal-għeluq għall-implimentazzjoni tal-programm, in-nefqa totali tal-programm u li għajnuna li ssir applikazzjoni għaliha (perċentwal tan-nefqa totali), it-tqassim tan-nefqa skond il-miżura, l-iskedar provviżorju tal-implimentazzjoni u l-aġenzija li lilha għandha titħallas l-assistenza finanzjarja tal-Komunità (isem, dettalji tal-bank), konferma li x-xogħol ma għandux jinbeda qabel ma jkun intbagħat il-programm, konferma li ebda applikazzjonijiet taħt il-programm ma għandhom jintbagħtu lil xi Fondi oħra tal-Komunità, proggrammar finanzjarju tal-programm nazzjonali: uża l-formloli 1 u 1b.

2. Applikazzjonijiet individwali għall-għajnuna taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 (immonitorjar intensiv u kontinwu tal-ekosistemi tal-foresti): uża l-formoli 2 u 2a u/jew 2b u/jew 2c u/jew 2d.

3. Applikazzjonijiet individwali għall-għajnuna taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 (esperimenti, proġetti pilota u wirjiet): jużaw il-formoli 3 u 3a.

Noti ta' spjegazzjoni

L-esperimenti u l-attivitajiet ta' mmonitorjar presentati lill-Kummissjoni bil-ħsieb tal-finanzjament tagħhom f'parti taħt ir-Regolament (KEE Nru 3528/86 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità kontra t-tniġġiż mill-atmosfera għandhom jinġabru kull sena fi programm wieħed għal kull Stat Membru, bl-għajnuna finanzjarja tal-Komunità titħallas għal kull programm lill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istati Membri li mbagħard għandhom jirrimburżaw lill-korpi rispettivi responsabbli.

L-attivitajiet kollha għandhom jiġu realizzati taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86 u l-emendi għalih li għalihom jintalab l-iffinanzjar f'parti lill-Komunità għandhom jiġu inklużi fil-programm bħala applikazzjonijiet individwali.

Tipi ta' attivitajiet:

Programmi li jkopru żewġ tiġi u erba' sub-tipi ta' attività:

Tip A: | Immonitorjar tal-ekosistemi tal-foresti (Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86) |

Sub-tip A1: | Grilja sistematika (16 × 16 km) u osservazzjoni ta' kull sena tal-quċċati, ir-stħarriġ tar-repetizzjoni possibbli tal-ħamrija u stħarriġ tal-komposizzjoni kimika tal-weraq. |

Sub-tip A2: | Osservazzjonijiet f'punti ta' osservazzjoni ntensa: |

Sub-tip A3: | Kull attività addizzjonali meħtieġa għall-immonitorjar intensiv jew kontinwu (bħal testijiet tal-metodi, studji speċjali, eċċ.) |

Sub-tip A4: | Proposti għall-evalvazzjoni tat-tagħrif kollu mill-grilja sistematika jew minn immonitorjar intensiv f'livell Ewropew jew reġjonali (inklużi evalwazzjoni esterna). |

Tip B: | Attivitajiet esperimentali (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86) |

Prijoritajiet:

L-attivitajiet huma diviżi fi tlett prijoritajiet:

Prijorità 1: | Osservazzjonijiet obbligatorji u analiżi bl-eżattezza meħtieġa (QC/QA). |

Prijorità 2: | Osservazzjonijiet importanti jew analiżi li ma humiex obbligatorji (per eżempju l-analiżi tal-parametri mhux obbligatorji). Sforzi addizzjonali u temporanji biex jiggarantixxu l-kwalità huma wkoll inklużi hawnhekk. |

Prijorità 3: | Il-miżuri l-oħra kollha mhux speċifikati fil-ktejjeb jew fir-regolament ta' implimentazzjoni. Dawn jinkludu l-osservazzjonijiet u l-analiżi mwettqa bl-użu ta' metodu mhux speċifikati fir-regolament ta' implimentazzjoni jew fil-ktejjeb u attivitajiet esperimentali (l-Artikolu 4). |

L-assistenza finanzjarja mitluba għandha tiġi indikata separatament fil-programm għal kull waħda mit-tlett kategoriji ta' prijorità.

Formoli

Il-formoli li ġejjin għandhom jintużaw għall-presentazzjoni tal-programmi:

- deskrizzjoni qasira tal-programm (formola 1);

- pjan finanzjarju tal-programm (formola 1b);

- informazzjoni ġenerali (formoli 2 u 3);

- informazzjoni speċifika (formoli 2a, 2b, 2c u2d).

Il-formola tad-deskrizzjoni tal-programm fiha informazzjoni amministrattiva lill-awtorità kompetenti nazzjonali u informazzjoni sommarja dwar l-applikazzjonijiet varji individwali fil-programm flimkien ma' orarju. Il-formola għandha ġġorr it-timbru tal-awtorità kompetenti nazzjonali u għandha tkun debitament iffirmata u datata minnha, bl-isem tal-firmatarju jintwera taħt il-firma. Il-pjan finanzjarju tal-programm fih informazzjoni dwar l-użu ppjanat tal-assistenza finanzjarja tal-Komunità. Il-formola għall-informazzjoni ġenerali (li jkun fiha informazzjoni ġenerali dwar l-applikazzjonijiet individwali) u l-formola għall-informazzjoini speċifika (li jkun fiha informazzjoni teknika dwar l-applikazzjonijiet individwali) għandhom jimtlew għal kull applikazzjoni individwali għall-għajnuna (il-formalo 2 għall-attivitajiet tal-Artikolu 2, il-formola 3 għall-Artikolu 4, il-formoli 2a u/jew 2b, u/jew 2ċ u/jew 2d għall-informazzjoni teknika). Il-formoli għall-informazzjoni ġenerali għandhom iġorru s-siġill tal-awtorità kompetenti nazzjonali u għandhom ikunu debitament iddirmati u datati minnha, bl-isem tal-firmatarju jintwera taħt il-firma.

Formola1: | Il-formola tad-deskrizzjoni tal-programm għandu jkun fiha informazzjoni amministrattiva dwar l-awtorità kompetenbti nazzjonali u sommarju tal-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet varji individwali fil-programm, flimkien ma' orarju |

Formola 1b: | Pjan finanzjarju għall-programm nazzjonali |

Formola 2: | L-applikazzjonijiet kollha li jirrelataw mal-attivitajiet ta' l-immonitorjar (l-Artikolu2): Formola dwar l-informazzjoni ġenerali (attivitajiet A1/A2/A3/A4) |

Formola 2a: | Applikazzjonijiet għall-attivitajiet tat-tip A1: Informazzjoni teknika dwar il-grilja sistematika (livell 1) |

Formola 2b: | Applikazzjonijiet għall-attivitajiet tat-tip A2: Informazzjoni teknika dwar l-osservazzjonijiet f'punti ta' osservazzjoni intensiva (livell II) |

Formola 2ċ: | Applikazzjonijiet għall-attivitajiet tat-tip A3: Informazzjoni teknika dwar aspetti addizzjonali li jirrelataw mal-immonitorjar intensiv (livell II) |

Formola 2d: | Applikazzjonijiet għall-attivitajiet tat-tip A4: Informazzjoni teknika dwar l-attivitajiet ta' evalwazzjoni li jirrelataw ma' mmonitorjar intensiv (livell II) |

Formola 3: | L-applikazzjonijiet kollha għal attivitajiet esperimentali (l-Art. 4): Formola dwar informazzjoni ġenerali (attivitajiet ta-tip B) |

Formola 3a: | L-applikazzjonijiet kollha gaħl attivitajiet esperimentali (l-Art. 4): Formola dwar informazzjoni speċifika (sommarju tekniku) |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

Rimarki introduttorji

L-applikazzjonijiet għall-avvanzi u l-ħlas, dikjarazzjonijiet ta' kull sitt xhur u rapporti ta' progress għandhom jintbagħtu f'żewġ kopji lill-

Kummissjoni Ewropea:

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura

Unit VI FII 2

Rue de la Loi/Wetstraat 200

B-1049

Brussels

Prospett tal-ħlas ta' kull sitt xhur

uża l-formola fit-Tabella 1.

Stat tal-progress tax-xogħol

Użu l-formola fit-Tabella 2.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------