31989R0790



Official Journal L 085 , 30/03/1989 P. 0006 - 0006
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0197
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0197


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89

ta’ l-20 ta’ Marzu 1989

li jiffissa l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata waħda għat-twaqqif ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat sabiex jgħin it-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq fis-settur tat-tkabbir tal-ġewż u l-locust-bean

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 789/89 [2], u partikolarment l-Artikoli 14b (4) u 14d (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata waħda mmirata sabiex tinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ġewż u/jew locust-bean għandha tiġi fissata f’tali mod illi tipprovdi inċentiv ġenwin, filwaqt li jitqiesu kemm il-perċentwali baxx tal-produzzjoni marketed fis-suq permezz ta’ l-organizzazzjonijiet tal produtturi u kemm id-daqs żgħir ta’ l-organizzazzjonijiet eżistenti;

Billi, fil-każ ta’ l-għajnuna għat-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq provvduta fl-Artikolu 14d tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, l-ammont massimu mqiegħed għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u mill-Komunità għandu jiġi stabbilit f’livell realistiku li jqis il-għan ewlieni tat-titjib ġenetiku u kulturali u taż-żona tal-ġonna tal-frott li jistgħu jiġu konvertiti kull sena,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rata waħda addizzjonali għat-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-ġewż u/jew il-locust-bean provvduta fl-Artikolu 14b tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 hija hawnhekk fissata kif ġej:

- 60 Ecu/t għall-porzjon sa 1000 tunnellata.

- 70 Ecu/t għall-porzjon bejn il-1000 u l-2000 tunnellata.

- 75 Ecu/t għall-porzjon ‘il fuq minn 2000 tunnellata

ta’ ġewż u/jew locust-beans marketed minn organizzazzjoniet tal-produtturi matul l-ewwel sena ta’ marketing tagħhom.

Artikolu 2

L-ammont massimu għal kull ettaru li għalih hemm riferenza fl-Artikolu 14d (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 huwa hawnhekk iffissat għal 300 ECU għall-ewwel ħames snin u għal 210 ECU għall-ħames snin ta’ wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 1989.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Marzu 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Romero Herrera

[1] ĠU L 118, tal-20.5.1972, p. 91.

[2] Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali

--------------------------------------------------