28.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/49


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/872

tal-20 ta’ April 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja

(notifikata bid-dokument C(2023) 2749)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2333 (2) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza għal Spanja b’rabta mat-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, li nstabu fir-reġjuni ta’ Andalusia u Castilla-La Mancha, fejn jiffurmaw żewġ clusters distinti, wieħed f’kull reġjun.

(2)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, li jridu jiġu stabbiliti minn Spanja wara t-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3), iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Minbarra ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, ġiet stabbilita żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fir-reġjun ta’ Andalusia u fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha, fejn Spanja jeħtieġ tapplika ċerti miżuri rigward ir-restrizzjonijiet fil-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż barra minn din iż-żona, ħalli tevita t-tixrid tal-marda fil-bqija tat-territorju tagħha u fil-bqija tal-Unjoni.

(4)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni bi tmien tifqigħat addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu annimali ovini u/jew kaprini, li jinsabu fir-reġjun Castilla-La Mancha. Minħabba f’hekk, komplew jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u żoni ristretti ulterjuri fi Spanja, fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333, u l-aħħar emenda ta’ dak l-Anness saret bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/836 (4).

(5)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/836 sal-lum, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa oħra tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti li jżommu annimali ovini u/jew kaprini, fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha, b’mod konkret fil-Provinċja ta’ Ciudad Real, fiż-żona ta’ protezzjoni diġà stabbilita f’dak ir-reġjun.

(6)

L-awtorità kompetenti ta’ Spanja ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom bl-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat ġodda. Spanja żammet ukoll iż-żoni ristretti stabbiliti qabel, madwar it-tliet tifqigħat preċedenti, irreġistrati sa mill-bidu tal-2023 f’Castilla-La Mancha.

(7)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri għal Spanja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333, jenħtieġ li jiġu emendati, fl-ispazju u fil-ħin, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha.

(8)

Barra minn hekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, jeħtieġ jiġu stabbiliti miżuri aktar stretti rigward il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miżmuma fiż-żoni ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza, biex ikun evitat it-tixrid tal-marda fil-bqija tat-territorju ta’ Spanja u fil-bqija tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miżmuma fiż-żoni ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza jenħtieġ li jitħallew biss lejn biċċerija għat-tbiċċir immedjat fl-istess żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza rispettivament, bħal tal-istabbiliment tal-oriġini. Barra minn hekk, jeħtieġ ikun żgurat li n-nagħaġ u l-mogħoż li jridu jiċċaqilqu jkunu soġġetti għal spezzjoni klinika minn qabel, biex ikun żgurat li ma jkunx hemm suspett ta’ mard, il-mezz tal-ġarr irid jitnaddaf u jiġi diżinfettat qabel u wara l-ġarr u jrid jinkludi biss nagħaġ u mogħoż tal-istess stat ta’ saħħa li jinżammu fl-istess stabbiliment.

(9)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(10)

Barra minn hekk, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni rigward il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Ottubru 2023.

(11)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ristretti ulterjuri

1.   Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż fiż-żona ta’ protezzjoni għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 7 u 8.

2.   Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miżmuma fiż-żona ta’ protezzjoni jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti meta dawk il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż ikunu direttament lejn biċċerija li tinsab fl-istess żona ta’ protezzjoni bħall-istabbiliment tal-oriġini, għat-tbiċċir immedjat.

3.   Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4, 7 u 8.

4.   Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miżmuma fiż-żona ta’ sorveljanza jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti meta dawk il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż ikunu direttament lejn biċċerija li tinsab fl-istess żona ta’ sorveljanza bħall-istabbiliment tal-oriġini, għat-tbiċċir immedjat.

5.   Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żona ristretta ulterjuri lejn destinazzjoni barra dik iż-żona ristretta ulterjuri għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 u 8.

6.   Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miżmuma fiż-żona ristretta ulterjuri barra minn dik iż-żona ristretta ulterjuri jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti meta dawk il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż ikunu direttament lejn biċċerija għat-tbiċċir immedjat.

7.   In-nagħaġ u l-mogħoż li jridu jinġarru għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni klinika mill-awtorità kompetenti 24 siegħa jew inqas qabel id-data tal-ġarr.

8.   Il-mezzi tal-ġarr użati għall-moviment tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza jew ristretti ulterjuri, stabbliti fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandhom:

(a)

jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-mezzi tal-ġarr stabbiliti fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b)

jitnaddfu u jiġu diżinfettati qabel kull ġarr tal-annimali bil-kontroll jew bis-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(c)

jitnaddfu u jiġu diżinfettati f’konformità mar-rekwiżiti għall-mezzi tal-ġarr stabbiliti fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 bil-kontroll jew bis-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(d)

ikunu jinkludu biss nagħaġ u mogħoż tal-istess stat ta’ saħħa miżmuma fl-istess stabbiliment;

(e)

jiġu ssiġillati mill-awtorità kompetenti fl-istabbiliment tal-oriġini wara t-tagħbija tal-annimali, u t-tneħħija tas-siġilli tagħmilha l-awtorità kompetenti fil-biċċerija tad-destinazzjoni.”

;

2.

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2023.”

;

3.

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2333 tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1913 (ĠU L 308, 29.11.2022, p. 22).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/836 tal-11 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja (ĠU L 105, 20.4.2023, p. 51).


ANNESS

“ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fi Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha

ES-CAPRIPOX-2023-00003

ES-CAPRIPOX-2023-00004

ES-CAPRIPOX-2023-00005

ES-CARPIPOX-2023-00006

Żona ta’ protezzjoni:

Żona ta’ protezzjoni li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

—

Alcázar de San Juan

—

Campo de Criptana

31.5.2023

Żona ta’ sorveljanza:

Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

—

Villarta de San Juan

—

Villarrubia de los Ojos

—

Tomelloso

—

Socuéllamos

—

Puerto Lápice

—

Pedro Muñoz

—

Manzanares

—

Llanos del Caudillo

—

Las Labores

—

Herencia

—

Daimiel

—

Argamasilla de Alba

—

Arenas de San Juan

—

Arenales de San Gregorio

Fil-provinċja ta’ Toledo, il-muniċipalitajiet ta’:

—

Villafranca de los Caballeros

—

Villacañas

—

Quintanar de la Orden

—

Quero

—

Miguel Esteban

—

Madridejos

—

La Villa de Don Fabrique

—

La Puebla de Almoradiel

—

El Toboso

—

Camuñas

Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalità ta’:

—

Mota del Cuervo

15.6.2023

Żona ta’ sorveljanza:

Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

—

Alcázar de San Juan

—

Campo de Criptana

1.6.2023–15.6.2023

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Reġjun

Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti ulterjuri, parti miż-żoni ristretti fi Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha

Żona ristretta ulterjuri li tinkludi l-provinċji li ġejjin:

—

Albacete

—

Ciudad Real

—

Cuenca

—

Toledo

31.7.2023

”