2002D0627 — MT — 16.09.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-29 ta' Lulju ta' l-2002

li jistabbilixxi l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għan-Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/627/KE)

(ĠU L 200, 30.7.2002, p.38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-14 ta' Settembru 2004

  L 293

30

16.9.2004




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-29 ta' Lulju ta' l-2002

li jistabbilixxi l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għan-Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/627/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Qafas regolatorju ġdid għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ġie stabbilit b'konformità mad-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) ( 1 ), 2002/19/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' Aċċess) ( 2 ), 2002/20/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) ( 3 ) u 2002/22/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizzi universali u drittijiet ta' l-utenti li għandhom x'jaqsmu man-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Servizz Universali) ( 4 ).

(2)

Awtoritajiet regolatorji nazzjonali ġew stabbiliti fl-Istati Membri kollha sabiex iwettqu l-ħidmiet regolatorji speċifikati f'dawn id-Direttivi u sabiex ikunu notifikati lill-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva Kwadru. B'konformità mad-Direttiva Kwadru, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali billi jassiguraw li huma legalment distinti minn u funzjonalment indipendenti mill-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu n-networks, tagħmir jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri li jżommu d-dritt tal-propjetà jew kontroll ta' negozji li jipprovdu n-networks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jassiguraw ukoll separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mad-dritt tal-propjetà jew kontroll.

(3)

Ir-responsabbilitajiet dettaljati u l-ħidmiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jvarjaw bejn l-Istati Membri varji, iżda kollha kemm hum'għandhom għall-inqas awtorità waħda regolatorja nazzjonali li hija inkarigata mill-applikazzjoni tar-regoli ġaladarba jkunu ġew trasposti fil-liġi nazzjonali, b'mod partikolari r-regoli li jikkonċernaw is-superviżjoni ta' kuljum tas-suq.

(4)

Il-ħieġa li r-regoli relevanti jkunu applikati konsistentament fl-Istati Membri kollha hija essenzjali għall-iżvilupp b'suċċess ta' suq intern għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-qafas regolatorju l-ġdid jistabbilixxi l-miri li għandhom jintlaħqu u jipprovdi qafas għall-azzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, filwaqt li jagħtihom flessibilita' f'ċerti sferi li japplikaw ir-regoli fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali.

(5)

Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għan-Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ bħala l-Grupp) għandu jkun stabbilit sabiex jipprovdi interface għal għotja ta' konsulenza u għajnuna lill-Kummissjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika.

(6)

Il-Grupp għandu jipprovdi interface bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni b'tali mod li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern. Għandu wkoll jippermetti l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni b'mod trasparenti sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha tal-qafas regolatorju tan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(7)

Il-Grupp għandu jservi bħala organu għar-riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Kummissjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż fuq materji li jirrigwardaw l-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta' Rakkommandazzjoni fuq is-Swieq ta' Prodott u ta' Servizzi u fit-tħejjija tad-Deċiżjoni dwar is-swieq transnazzjonali.

(8)

Il-kooperazzjoni mill-qrib għandha tkun miżmuma bejn il-Grupp u l-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit taħt id-Direttiva Kwadru. Ix-xogħol tal-Grupp m'għandux ifixkel ix-xogħol tal-Kumitat.

(9)

Il-koordinazzjoni għandha tkun assigurata mall-Kumitat ta' l-Ispektrum tar-Radju stabbilit taħt id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika ta' spectrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni ta' l-Ispektrum tar-Radju) ( 5 ), il-Grupp tal-Politika ta' l-Ispektrum tar-Radju stabbilit taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-6 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp ta' Politika ta' l-Ispektrum tar-Radju ( 6 ) u l-Kumitat tal-Kuntatt tat-Televiżjoni Mingħajr Fruntjieri, maħluq bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament u tal-Kunsill ( 7 ) dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li jikkonċernaw l-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' xandir televiżiv,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:



L-Artikolu 1

Materja tas-suġġett

Grupp konsultattiv ta' l-awtoritajiet indipendenti regolatorji nazzjonali dwar networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, imsejjaħ il-Grupp ta' Regolaturi Ewropew għan-Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (hawn aktar 'l isfel imsejjaħ bħala l-Grupp), huwa b'dan stabbilit.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 3

Għanijiet

Ir-rwol tal-Grupp għandu jkun li jagħti konsulenza u jgħin lill-Kummissjoni fil-konsolidazzjoni tas-suq intern għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

Il-Grupp għandu jipprovdi interface bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni b'tali mod li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u għall-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha tal-qafas regolatorju tan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

▼M1

Il-Grupp ser jagħti konsulenza u jassisti lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni li għandha x’taqsam man-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-kompetenzi tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni.

▼M1

Artikolu 4

Sħubija

1.  Il-Grupp ser ikun magħmull mill-kapijiet ta' l-awtoritajiet regolaturi nazzjonali indipendenti stabiliti f'kull Stat Membru bir-responsabbilità primarja li jikkontrolla minn jum għall-ieħor l-operat fuq is-suq tan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, jew ir-rappreżentanti tagħhom.

Ser ikun hemm membru wieħed għal kull Stat Membru. Il-Kummissjoni ser tkun rappreżentata fuq livell xieraq u ser tipprovdi s-segretarjat għall-Grupp.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali relevanti msemmija f paragrafu 1 huma mniżżla fl-Anness. Il-Kummissjoni ser iżżomm din il-lista taħt reviżjoni fid-dawl ta' kull bidla introdotta minn Stati Membri lill-ismijiet jew responsabilitajiet ta' dawn l-awtoritajiet.

▼B

L-Artikolu 5

Arranġamenti Operattivi

▼M1 —————

▼B

Il-Grupp għandu jaħtar president minn fost il-membri tiegħu. Ix-xogħol tal-grupp jista' jkun organizzat f'subgruppi u gruppi ta' ħidma ta' esperti kif jixraq.

Il-president għandu jżomm il-laqgħat tal-Grupp bi qbil mal-Kummissjoni.

Il-Grupp għandu jaddotta r-regoli tiegħu ta' proċedura permezz ta' konsensus jew, fl-assenza ta' konsensus, permezz ta' vot b'maġġoranza ta' żewġ terzi, b'vot wieħed għal kull Stat Membru, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tkun rappresentata fil-laqgħat kollha tal-Grupp u għandha tkun tista' tattendi l-laqgħat kollha tas-subgruppi tiegħu u l-gruppi ta' ħidma ta' esperti.

►M1  Esperti mill-Istati taż-ŻEE li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea u ta' dawk l-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-Grupp. ◄ Il-Grupp jista' jistieden esperti u osservaturi oħra sabiex jattendu għall-laqgħat tiegħu.

L-Artikolu 6

Konsultazzjoni

Il-Grupp għandu jikkonsulta b'mod estensiv u fi stadju bikri mall-parteċipanti tas-suq, konsumaturi u konsumaturi finali b'mod miftuħ u trasparenti.

L-Artikolu 7

Konfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 287 tat-Trattat, fejn il-Kummissjoni tinfurmahom li l-konsulenza mitluba jew il-kwistjoni mqajjma hija ta' natura konfidenzjali, l-membri tal-Grupp kif ukoll l-osservaturi u kull persuna oħra għandhom ikunu taħt obbligu li ma jiżvelawx informazzjoni li jkunu saru jafu biha mix-xogħol tal-Grupp, is-subgruppi tiegħu u l-gruppi ta' l-esperti. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li f'dawk il-każi jistgħu jkunu preżenti għal-laqgħat il-membri tal-Grupp biss.

L-Artikolu 8

Rapport annwali

Il-Grupp għandu jibgħat rapport annwali ta' l-attivitajiet tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn xieraq flimkien mal-kummenti.

L-Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjonj tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Grupp għandu jassumi d-dmirijiet tiegħu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

▼M1




ANEXO — PŘÍLOHA — BILAG — ANHANG — ANNEKS — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ — ANNEX — ANNEXE — ALLEGATO — PIELIKUMS — PRIEDAS — MELLÉKLET — ANNESS — BIJLAGE — ZAŁĄCZNIK — ANEXO — PRÍLOHA — PRILOGA — LIITE — BILAGA



Lista tal-membri ta' l-ERG

Pajjiż

Awtorità Nazzjonali Regolatorja

Belgique/België

Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

Belgisch Instituut voor postdiensten en telecommunicatie (BIPT)

Česká Republika

Český telekomunikační úřad (CTU)

Danmark

IT- og Telestyrelsen - National IT and Telecom Agency (NITA)

Deutschland

Regulierungsbehörde für Telekommunikation und Post (Reg TP)

Eesti

Sideamet (SIDEAMET)

Elláda

National Telecommunications and Post Commission (EETT)

España

Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones (CMT)

France

Autorité de Régulation des Télécommunications (ART)

Ireland

Commission for Communications Regulation (ComReg)

Italia

Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM)

Kypros

Office of the Commissioner of Telecommunications and Postal Regulation (OCTPR)

Latvija

Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija (SPRK)

Lietuva

Rysiu reguliavimo tarnyba (RRT)

Luxembourg

Institut Luxembourgeois de Régulation (ILR)

Magyarország

Nemzeti Hirkozlesi Hatosag (NHH)

Malta

Malta Communications Authority (MCA)

Nederland

Onafhankelijke Post en Telecommunicatie Autoriteit (OPTA)

Österreich

Rundfunk und Telekom Regulierungs-GmbH (RTR)

Polska

Urząd Regulacji Telekomunikacji i Poczty (URTIP)

Portugal

ICP - Autoridade Nacional de Comunicações (ICP-ANACOM)

Slovenija

Agencija za telekomunikacije, radiodifuzijo in pošto Republike Slovenije (ATRP)

Slovensko

Telekomunikačný úrad Slovenskej republiky (TU SR)

Suomi Finland

Viestintävirasto Kommunikationsverket (FICORA)

Sverige

Post- och telestyrelsen (PTS)

United Kingdom

Office of Communications (Ofcom)



( 1 ) ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 33.

( 2 ) ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 7.

( 3 ) ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 21.

( 4 ) ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 51.

( 5 ) ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 1.

( 6 ) ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 49.

( 7 ) ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 60.