|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/638 |
28.3.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/638
tal-25 ta’ Marzu 2025
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/525
(notifikata bid-dokument C(2025) 1939)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2025/525 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija b’reazzjoni għal tifqigħa kkonfermata f’Bihor. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/525 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti fir-Rumanija, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara dik it-tifqigħa jridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/525, ir-Rumanija pprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni aġġornata dwar id-data tal-qtil u t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari tat-tifqigħa fil-kontea ta’ Bihor. |
|
(6) |
Sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-marda, u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni jew kwalunkwe ostaklu mhux ġustifikat għall-kummerċ impost minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu identifikati malajr, fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni fejn jenħtieġ li tiġi stabbilita fir-Rumanija żona ristretta għall-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, li jenħtieġ li tinkludi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(7) |
Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir ta’ aktar tixrid tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, fir-Rumanija u fil-bqija tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, skont l-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija, hemm rikorrenza ta’ dik il-marda f’żona li qatt ma ġiet affettwata qabel, aktar minn 5 xhur mill-aħħar tifqigħa rrapportata fir-Rumanija u aktar minn xahrejn mit-tneħħija tal-miżuri restrittivi kollha b’rabta ma’ dik il-marda f’dak l-Istat Membru, bi ftit li xejn informazzjoni dwar l-oriġini tat-tifqigħa u t-tixrid possibbli bejn it-tifqigħat, li jindika li l-marda setgħet diġà ċċirkolat f’diversi żoni tar-Rumanija, mingħajr ma ġie individwata u mingħajr l-ebda miżura restrittiva fis-seħħ biex jiġi evitat jew jitnaqqas it-tixrid tagħha. |
|
(8) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u taż-żona ristretta ulterjuri, kif ukoll id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati kif stipulat f’din id-deċiżjoni f’dawk iż-żoni huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali fir-Rumanija, kif ukoll il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health). |
|
(9) |
Minħabba s-severità u l-urġenza tas-sitwazzjoni, u sabiex jiġi limitat b’mod effettiv it-tixrid tal-marda, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-movimenti tal-annimali kaprini u ovini miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri ma jseħħux, u li tiġi eskluża kwalunkwe deroga minn dik il-projbizzjoni fuq tali movimenti skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għal ċertu perjodu ta’ żmien. |
|
(10) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-inċertezza u n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, fejn l-infezzjoni bil-pesta tar-ruminanti żgħar reġgħet seħħet b’mod mhux mistenni, aktar minn erba’ xhur mill-eradikazzjoni tagħha mir-Rumanija, huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-movimenti tal-annimali ovini u kaprini mit-territorju kollu tar-Rumanija lejn Stati Membri oħra għal ċertu perjodu ta’ żmien. |
|
(11) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, jeħtieġ ukoll li jiġu identifikati ż-żoni fir-Rumanija fejn jenħtieġ li japplikaw miżuri ulterjuri, bħal dawk applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u fejn il-movimenti tal-annimali ovini u kaprini barra mill-perimetri esterni ta’ dawk iż-żoni, jenħtieġ li jiġu pprojbiti, għal ċertu perjodu ta’ żmien, wara l-iskadenza tad-dati għall-miżuri li japplikaw fiż-żoni kollha ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. |
|
(12) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fir-Rumanija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(13) |
Jenħtieġ li tiġi sostitwita dd-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/525. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Rumanija għandha tistabbilixxi minnufih, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, żona ristretta, li tinkludi kemm żona ta’ protezzjoni kif ukoll żona ta’ sorveljanza, kif ukoll żona ristretta ulterjuri, u li tkopri mill-inqas iż-żona elenkati fl-Anness I.
Barra minn hekk, ir-Rumanija għandha tiżgura li
|
(a) |
il-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u fiż-żona ristretta ulterjuri elenkati fl-Anness I, ikunu applikati mill-inqas sad-dati elenkati f’dak l-Anness; li |
|
(b) |
il-movimenti tal-annimali kaprini u ovini miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u miż-żona ristretta ulterjuri elenkati fl-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab barra l-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri, kif stabbilit fil-Pari B tal-Anness I, ikunu pprojbiti sad-dati elenkati għal kull żona f’dak l-Anness; u li |
|
(c) |
il-movimenti tal-annimali kaprini u ovini mit-territorju kollu tar-Rumanija lejn destinazzjoni li tinsab fi Stat Membru ieħor ikunu pprojbiti sad-9 ta’ Ġunju 2025. |
Artikolu 2
Ir-Rumanija għandha tapplika l-miżuri li huma applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fiż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u f’konformità mad-dati stabbiliti f’dak l-Anness.
|
|
Il-movimenti ta’ annimali kaprini u ovini miż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern ta’ dawn iż-żoni, huma pprojbiti sad-dati elenkati għal kull żona f’dak l-Anness. |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/525 hija b’dan imħassra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/525 tal-14 ta’ Marzu 2025 rigward ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fir-Rumanija ġie ppubblikat illum, is-17 ta’ Marzu 2025, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L, 2025/525, 17.3.2025), ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/525/oj).
ANNESS I
Parti A Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata
|
Pajjiż |
Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-Rumanija |
Il-kontea ta’ Bihor RO-PPR-2025-00001 |
Żona ta’ protezzjoni: The communes of Cefa, Gepiu, Husasău de Tinca, Mădăras, Nojorid and Sânnicolau Român. |
01.04.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: The communes of Batăr, Biharia, Borș, Cetariu, Ciumeghiu, Girișu de Criș, Hidișelu de Sus, Holod, Lăzăreni, Oradea, Oșorhei, Paleu, Salonta, Sânmartin, Sântandrei, Tinca, Toboliu and Tulca, |
10.4.2025 |
||
|
Żona ta’ sorveljanza: The communes of Cefa, Gepiu, Husasău de Tinca, Mădăras, Nojorid and Sânnicolau Român. |
2.4.2025 – 10.4.2025 |
Parti B Żona ristretta ulterjuri
|
Pajjiż |
Żona amministrattiva |
Żoni stabbiliti bħala żona ristretta ulterjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-Rumanija |
Il-kontea ta’ Bihor |
The entire territory of Bihor county excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
10.4.2025 |
|
Il-kontea ta’ Arad |
The entire territory of Arad county |
10.4.2025 |
ANNESS II
|
Pajjiż |
Żona amministrattiva |
Żoni msemmijin fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-Rumanija |
Il-kontea ta’ Bihor |
The entire territory of Bihor county |
11.4.2025–10.5.2025 |
|
Il-kontea ta’ Arad |
The entire territory of Arad county |
11.4.2025–10.5.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/638/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)