<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑50/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CO0050</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:406">EU:C:2016:406</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>4</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20160602">2.6.2016</DATE> – KAWŻA C‑50/16</P><P>GRODECKA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet Tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Rispett tad-dritt għall-proprjetà</KEYWORD><KEYWORD>Skema speċjali ta’ suċċessjoni fir-rigward tal-irziezet agrikoli</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD><KEYWORD>Fatti fil-kawża prinċipali preċedenti għad-data tal-adeżjoni tal-Istat Membru kkonċernat mal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑50/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy w Koninie (qorti distrettwali ta’ Konin, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160112">12 ta’ Jannar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, fil-proċeduri mibdija minn</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Halina Grodecka</HT></P></PLAINTIFS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Józef Konieczka <HT TYPE="ITALIC">et ,</HT></HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, A. Borg Barthet u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 8 TFUE, tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem, rispettivament, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Protokoll Nru 1<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tal-Artikolu 14 tal-KEDB kif ukoll tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri mibdija minn Halina Grodecka, dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ suċċessjoni, wara l-mewt ta’ Kazimierz Konieczka fl-<DATE ISO="20001010">10 ta’ Ottubru 2000</DATE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikoli 1058 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-Kodeks cywilny (kodiċi ċivili), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kienu jipprevedu skema speċjali għat-trasferiment legali, wara suċċessjoni, ta’ rziezet agrikoli li jinkludu art agrikola ta’ superfiċji ikbar minn 1 ha. Għaldaqstant, l-Artikolu 1059 tal-kodiċi ċivili essenzjalment kien jipprovdi li biss l-eredi li, fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni, kienu jaħdmu fis-settur tal-produzzjoni agrikola jew kellhom, b’mod partikolari, taħriġ professjonali sabiex jeżerċitaw attività ta’ produzzjoni agrikola setgħu jirtu legalment ir-razzett agrikolu, bl-esklużjoni tal-eredi li ma kinux jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet. L-Artikolu 1064 ta’ dan il-kodiċi kien jipprevedi li d-definizzjoni, b’mod partikolari, tat-taħriġ professjonali meqjus adatt għall-eżerċizzju ta’ attività agrikola, li kien jippermetti li jintiret razzett agrikolu, kienet stabbilita minn regolament tal-kunsill tal-ministri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1063 tal-kodiċi ċivili, razzett agrikolu kien ittrasferit lill-eredi, b’applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali, biss jekk la l-konjuġi tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> u lanqas wieħed mill-ġenituri legalment intitolati għas-suċċessjoni ma kienu jissodisfaw il-kundizzjonjiet previsti sabiex jirtu tali razzett agrikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-aħħar, l-Artikolu 925 tal-kodiċi ċivili jipprovdi li l-patrimonju ereditarju huwa ttrasferit lill-eredi fid-data tal-mewt tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tilwima pendenti quddiem is-Sąd Rejonowy w Koninie (qorti distrettwali ta’ Konin, il-Polonja), tirrigwarda talba għal dikjarazzjoni ta’ suċċessjoni, imressqa minn H. Grodecka wara l-mewt ta’ K. Konieczka fl-<DATE ISO="20001010">10 ta’ Ottubru 2000</DATE>. Is-suċċessjoni inkwistjoni hija komposta, b’mod partikolari, minn razzett agrikolu ta’ iktar minn 1 ha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-proċedura ta’ dikjarazzjoni ta’ suċċessjoni, abbażi tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija intiża sabiex tistabbilixxi, b’mod partikolari, l-istatus bħala razzett agrikolu tal-patrimonju ereditarju jew ta’ parti minn dan il-patrimonju, kif ukoll l-eredi. Ir-rekwiżit li dan l-istatus għandu jiġi stabbilit jikkonċerna biss is-suċċessjonijiet li l-ftuħ tagħhom, bħal f’dan il-każ, jippreċedi l-<DATE ISO="20010214">14 ta’ Frar 2001</DATE>, data li fiha ġiet ippubblikata sentenza tat-Trybunał Konstytucyjny (qorti kostituzzjonali, il-Polonja), tal-<DATE ISO="20010131">31 ta’ Jannar 2001</DATE>, li tiddikjara inkostituzzjonali d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskema speċjali inkwistjoni, li sussegwentement tħassru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-konformità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mal-Protokoll Nru 1 u mal-Artikolu 17(1) tal-Karta. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet iċaħħdu lill-eredi minn wirt li huma għandhom dritt għalih, billi jistabbilixxu limitazzjonijiet sostantivi għas-suċċessjonijiet relatati ma’ razzett agrikolu. Għaldaqstant, eredi li ma jkollux il-kwalifiki neċessarji sabiex ikun jista’ jiret razzett agrikolu jiġi <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> esproprijat, mill-Istat Pollakk, minn din il-parti tal-patrimonju tad-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, peress li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jkunu kuntrarji għall-Artikolu 14 tal-KEDB u għall-Artikolu 8 TFUE, tqum il-kwistjoni dwar jekk il-fatt li ssir distinzjoni bejn l-eredi intitolati għas-suċċessjoni skont il-kriterji sostantivi previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata huwiex iġġustifikat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy w Koninie (qorti distrettwali ta’ Konin) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Artikoli 2 u 8 TFUE, l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1, l-Artikolu 14 tal-KEDB, l-Artikolu 17(1) tal-Karta, li jistabbilixxu l-prinċipji ta’ supremazija tad-dritt, ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-proprjetà, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrestrinġu t-trasferiment, wara suċċessjoni, ta’ rziezet agrikoli meta l-eredi, ta’ nazzjonalità Pollakka jew ċittadin barrani, ma jissodisfax ċerti kriterji sostantivi previsti mil-liġi u ppreċiżati f’att ta’ implementazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrestrinġu t-trasferiment, wara suċċessjoni, ta’ razzett agrikolu meta l-eredi ma jissodisfax ċerti kriterji sostantivi relatati mal-kapaċità tiegħu li jħaddem tali razzett agrikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża hija tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt tal-Unjoni, f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tiegħu fi Stat Membru ġdid, biss mid-data tal-adeżjoni ta’ dan tal-aħħar mal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990615">15 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Andersson u Wåkerås‑Andersson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑321/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:307">EU:C:1999:307</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Ynos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:9">EU:C:2006:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>VG Vodoopskrba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑254/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2354">EU:C:2014:2354</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma preċedenti għad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni, jiġifieri l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Fil-fatt id-<HT TYPE="ITALIC">de cujus</HT> li s-suċċessjoni tiegħu hija s-suġġett tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali miet fl-<DATE ISO="20001010">10 ta’ Ottubru 2000</DATE>. Skont l-Artikolu 925 tal-kodiċi ċivili, il-patrimonju ereditarju ġie ttrasferit lill-eredi f’din l-aħħar data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-interpretazzjoni mitluba tal-Artikoli 2 u 8 TFUE u tal-Artikolu 17 tal-Karta, mill-Artikolu 51(1) tal-Karta jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tagħha huma indirizzati lill-Istati Membri biss meta dawn ikunu qegħdin jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. L-Artikolu 6(1) TUE, l-istess bħall-Artikolu 51(2) tal-Karta, jispeċifika li d-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar bl-ebda mod ma għandhom jestendu l-kompetenzi tal-Unjoni kif iddefiniti mit-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Issa, il-proċeduri fil-kawża prinċipali jirrigwardaw talba għal dikjarazzjoni ta’ suċċessjoni, abbażi ta’ dispożizzjonijiet sostantivi u proċedurali tad-dritt Pollakk, mingħajr ma ebda element tad-deċiżjoni tar-rinviju ma jippermetti li jiġi konkluż li dawn id-dispożizzjonijiet jimplementaw id-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, jew li dawn jirrigwardaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>azzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 8 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula sa fejn din tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 8 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 17 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċemrbu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Omalet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:808">EU:C:2010:808</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Fierro u Marmorale</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/13</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:357">EU:C:2013:357</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-aħħar, fir-rigward tal-interpretazzjoni mitluba tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 kif ukoll tal-Artikolu 14 tal-KEDB, huwa ċertament veru li dawn id-dispożizzjonijiet parzjalment jikkoinċidu mal-Artikolu 17 tal-Karta, li jistabbilixxi l-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà, kif ukoll mal-Artikolu 21 tagħha, li jirrigwarda l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni. Madankollu, hekk kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 17 ta’ dan id-digriet, id-deċiżjoni tar-rinviju ma fiha ebda element konkret li jippermetti li jitqies li s-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali għandu rabta mad-dritt tal-Unjoni. F’din is-sitwazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal talba għal deċiżjoni preliminari (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110301">1 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chartry</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑457/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:101">EU:C:2011:101</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li jiġi kkonstatat, abbażi tal-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din tal-aħħar manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domanda magħmula mis-Sąd Rejonowy w Koninie (qorti distrettwali ta’ Konin).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domanda magħmula mis-Sąd Rejonowy w Koninie (qorti distrettwali ta’ Konin, il-Polonja).</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>