|
26.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ: M.9005 — Booking Holdings/HotelsCombined)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 344/03)
1.
Fit-18 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Booking Holdings Inc. (“Booking Holdings”, l-Istati Uniti) |
|
— |
HotelsCombined Pty Ltd (“HotelsCombined”, l-Awstralja) |
Booking Holdings takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ HotelsCombined kollha.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Booking Holdings: provvista ta’ servizzi onlajn fis-settur tal-ivvjaġġar u servizzi relatati. Id-ditti prinċipali tagħha jinkludu Booking.com, priceline.com, agoda.com, KAYAK, Rentalcars.com u OpenTable. Il-kwartieri ġenerali tagħha jinsabu fl-Istati Uniti u toffri s-servizzi tagħha f’aktar minn 220 pajjiż u territorju fl-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika t’Isfel, ir-reġjun Asja-Paċifiku, il-Lvant Nofsani u l-Afrika.
— għal HotelsCombined: attiva fis-settur tal-ivvjaġġar u tipprovdi servizzi ta’ metariċerka unikament fir-rigward ta’ lukandi u akkomodazzjonijiet oħra. Il-kwartieri ġenerali tagħha huma fl-Awstralja u toffri servizzi f’aktar minn 50 pajjiż.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9005 — Booking Holdings/HotelsCombined
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).