|
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Jannar 2010
dwar il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għal programm għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut għall-2010
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 320)
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
(2010/52/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (1) u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(3),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/609/KE tal-10 ta’ Settembru 2007 dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti f’dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira (2) tiddefinixxi l-miżuri eliġibbli għall-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut, fl-Ażores u fil-Madeira. |
|
(2) |
L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw programm lill-Kummissjoni għall-2010 li jistipula l-miżuri tas-saħħa tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut. Dan il-programm jispeċifika l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riżultati mistennija, il-miżuri li jridu jiġu mwettqa, id-dewmien tagħhom u l-ispiża tagħhom bil-ħsieb tal-possibilità ta’ kontribut finanzjarju Komunitarju. Il-miżuri stipulati f’dak il-programm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2007/609/KE. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (3), il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Garanzija Agrikola. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta’ dawk il-miżuri, l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir- Regolament għandhom japplikaw. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 fir-rigward tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit generali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi ppreċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjar adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li għaliha jkunu ġew iddelegati l-poteri, filwaqt li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa. |
|
(5) |
Id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjar għan-nefqa provduta fit-talbiet ta’ kofinanzjar ippreżentati mill-Istati Membri. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribut finanzjarju tal-Unjoni lil Franza għall-programm uffiċjali għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut għall-2010, kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness, huwa approvat.
Għandu jkun limitat għal 60 % tal-ispiża eliġibbli totali, kif speċifikat fil-Parti B tal-Anness, b’massimu ta’ EUR 240 000 (eskluża l-VAT).
Artikolu 2
1. Għandhom jiġu mħallsa EUR 100 000 bil-quddiem fi żmien 60 jum minn wara li tasal talba ta’ ħlas minn Franza.
2. Il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju għandu jitħallas sakemm ikun intbagħat rapport finali ta’ implimentazzjoni dwar il-programm lill-Kummissjoni f’forma elettronika sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2011.
Dan ir-rapport għandu jkun fih:
|
(a) |
valutazzjoni teknika konċiża tal-programm sħiħ, inkluż il-grad ta’ kisba tal-għanijiet fiżiċi u kwalitattivi u l-progress miksub, u evalwazzjoni tal-impatt immedjat fitosanitarju u ekonomiku, kif ukoll |
|
(b) |
dikjarazzjoni tal-ispiża finanzjarja li tindika n-nefqa proprja mqassma skont is-sottoprogramm u l-miżura. |
3. Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit speċifikat fil-Parti B tal-Anness, Franza tista’ taġġusta l-finanzjament bejn il-miżuri differenti fl-istess sottoprogramm f’limitu ta’ 15 % tal-kontribut tal-Unjoni għal dan is-sottoprogramm, sakemm l-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabiżx u li b’hekk l-għanijiet ewlenin tal-programm ma jiġux kompromessi.
Hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe aġġustament li jsir.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 242, 15.9.2007, p. 20.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS
PROGRAMM U TQASSIM INDIKATTIV TAL-BAĠIT GĦALL-2010
PARTI A
Programm
Il-programm għandu jikkonsisti f’erba’ sottoprogrammi:
|
(1) |
sottoprogramm interdipartimentali: Miżura 1: żvilupp ta’ metodi ta’ detezzjoni għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara bbażati fuq reazzjoni katina ta’ polymerase (PCR) |
|
(2) |
sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Martinique: Miżura 2: stħarriġiet fitosanitarji u taħriġ ta’ bdiewa tal-imxietel |
|
(3) |
sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Guyane: Miżura 3: tmexxija ta’ sistema agrikola fitosanitarja ta’ twissija għall-produzzjoni tar-ross; |
|
(4) |
sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Guadeloupe:
|
PARTI B
Tqassim indikattiv tal-baġit b’indikazzjoni tar-riżultati varji mistennija
|
(F’EURO) |
||||
|
Sottoprogrammi |
Riżultati (S: forniment ta’ servizzi, R: riċerka jew xogħol ta’ studju) |
Spejjeż eliġibbli |
Kontribut finanzjarju |
Kontribut finanzjarju massimu tal-Unjoni |
|
Sottoprogramm inter-DOM |
|
|||
|
Mżura 1 |
Metodu ta’ PCR kwantitattiv (R) |
120 000 |
48 000 |
72 000 |
|
Subtotal |
120 000 |
48 000 |
72 000 |
|
|
Martinique |
|
|||
|
Miżura 2 |
Stħarriġiet fitosanitarji u taħriġ ta’ bdiewa tal-imxietel (S) |
110 000 |
44 000 |
66 000 |
|
Subtotal |
110 000 |
44 000 |
66 000 |
|
|
Guyane |
|
|||
|
Mżura 3 |
Tmexxija ta’ sistema fitosanitarja agrikola ta’ twissija (S) |
119 500 |
47 800 |
71 700 |
|
Subtotal |
119 500 |
47 800 |
71 700 |
|
|
Guadeloupe |
|
|||
|
Miżura 4.1 |
Tmexxija ta’ netwerk ta’ stħarriġ għall-ferminelli (S) |
15 500 |
6 200 |
9 300 |
|
Miżura 4.2 |
stħarriġiet fitosanitarji fil-produzzjoni tat-tadam (S) |
20 000 |
8 000 |
12 000 |
|
Miżura 4.3 |
Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku dwar ir-riskji ta’ introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara (S) |
15 000 |
6 000 |
9 000 |
|
Subtotal |
50 500 |
20 200 |
30 300 |
|
|
Total |
400 000 |
160 000 |
240 000 |
|