|
3.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/962
tat-2 ta’ Lulju 2020
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal ċerti prodotti tal-bini
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti tal-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiki essenzjali tagħhom. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika (korpi VT) fasslet u adottat 19-il Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni. |
|
(3) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti tal-bini li ġejjin:
|
|
(4) |
Filwaqt li d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni dwar il-pjanċi tridimensjonali għat-tismir u d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni dwar it-travi u l-kolonni magħmula minn materjali kompożiti b’bażi tal-injam inħarġu biex jissostitwixxu l-Linji Gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea li ntużaw qabel, id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni mfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika relatati mas-17-il prodott tal-bini huma bbażati biss fuq it-talbiet ta’ manifatturi individwali għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej. |
|
(5) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni mfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk, huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġodda jiżdiedu ma’ dik il-lista. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:
|
030400-00-0605 |
Kits ta’ impermeabilizzazzjoni bbażati fuq membrani polimeriċi għall-ħitan ta’ ġewwa u ta’ barra u għall-art ta’ żoni mxarrbin u pixxini |
|
040465-00-0404 |
Sistemi tal-iżolament termali esterni b’materjali kompożiti (ETICS) b’kisi fuq ħitan tal-injam b’saff wieħed jew diversi saffi |
|
040729-00-1201 |
Iżolament termali magħmul minn suf minerali mhux ippakkjat b’mod kompatt |
|
041389-00-1201 |
Bords magħmula minn sufra naturali agglomerata għall-iżolament termali u akustiku |
|
130186-00-0603 |
Pjanċi tridimensjonali għat-tismir (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 015”) |
|
130118-01-0603 |
Viti u vireg bil-kamin għall-użu f’kostruzzjonijiet tal-injam (li tissostitwixxi l-EAD 130118-00-0603) |
|
130287-00-0603 |
Imsiemer tal-aluminju profilati għall-użu fi strutturi tal-injam |
|
130308-00-0304 |
Prodotti strutturali magħmula minn materjali kompożiti tal-injam: Twavel laminati magħmula minn biċċiet tal-injam (LSL) |
|
130336-00-0603 |
Ġonot ta’ konnessjoni – ġonot tal-plywood għall-injam b’saffi inkroċjati |
|
130367-00-0304 |
Travi u kolonni magħmula minn materjali kompożiti b’bażi tal-injam (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 011”) |
|
160055-00-0301 |
Travi kannizzati għaż-żieda fis-saħħa tar-reżistenza f’ċangaturi ċatti u kolonni |
|
170011-00-0305 |
Elementi tal-bini ta’ iżolament għall-ħitan tal-ġebel |
|
180023-00-0704 |
Regolaturi tal-fluss tal-ilma tal-maltemp vertikali ċentrifugi |
|
200050-02-0102 |
Gaġeġ f’għamla ta’ kaxxa tawwalija u gaġeġ f’għamla ta’ xkora magħmula minn malji eżagonali regolari mibrumin tal-metall, miksija jew mhux miksija minn qabel b’kisja organika addizzjonali; (tissostitwixxi l-EAD 200050-01-0102) |
|
220010-01-0402 |
Folji ċatti tal-plastik għat-tisqif magħmula minn plastik riċiklat li jsostnu lilhom infushom u/jew tisqif mhux kontinwu sostnut għalkollox u/jew kisi estern (tissostitwixxi l-EAD 220010-00-0402) |
|
220062-00-0401 |
Tamboċċi b’għotjien tal-ħġieġ imwaħħla b’legatur jew b’mezzi mekkaniċi |
|
220116-00-0401 |
Twieqi tas-soqfa fissi u reżistenti għan-nar |
|
332001-00-0602 |
Sistemi tal-ikklampjar għall-konnessjoni ta’ partijiet tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel |
|
340275-00-0104 |
Sistemi b’materjali kompożiti b’legatur estern b’matriċi inorganika għat-tisħiħ ta’ strutturi tal-konkrit u tal-ġebel |