28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/28


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10231 — AerCap/GECAS/SES)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 251/10)

1.   

Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AerCap Holdings N.V. (“AerCap”, in-Netherlands),

—

GE Capital Aviation Services (“GECAS”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għall-grupp GE,

—

Shannon Engine Support Limited (“SES”, l-Irlanda), ikkontrollata bi sħab minn GE u Safran Aircraft Engines.

AerCap takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GECAS u fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll bi sħab ta’ SES.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AerCap: attiva primarjament fil-kiri ta’ ajruplani kummerċjali, fuq bażi dinjija. AerCap tbigħ ukoll inġenji tal-ajru użati u tipprovdi servizzi inċidentali għall-attivitajiet globali tagħha ta’ negozjar tal-inġenji tal-ajru,

—

GECAS: attiva fil-kiri ta’ inġenji tal-ajru kummerċjali u fl-industrija finanzjarja, li toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi ta’ kiri u finanzjament għal inġenji tal-ajru kummerċjali, turboprops, magni, ħelikopters u materjali fuq bażi dinjija,

—

SES: attiva fil-kiri ta’ magni tal-inġenji tal-ajru fuq bażi dinjija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10231 — AerCap/GECAS/SES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).