<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-186/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0186</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:638">EU:C:2020:638</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20200903">3.9.2020</DATE> – Kawża C‑186/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Supreme Site Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenzi esklużivi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 24(5)</KEYWORD><KEYWORD>Tilwim fil-qasam ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenzi</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali bbażata fuq l-immunità minn eżekuzzjoni intiża għar-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju kif ukoll għall-projbizzjoni li din twettaq dan mill-ġdid</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑186/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190222">22 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Supreme Site Services GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Supreme Fuels GmbH &amp; Co KG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Supreme Fuels Trading Fze</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Supreme Headquarters Allied Powers Europe,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, M. Safjan, L. Bay Larsen, C. Toader (Relatur) u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Supreme Fuels Trading FZE, Supreme Fuels GmbH &amp; Co KG u Supreme Site Services GmbH, minn J. van de Velden, G. van der Bend u B. Korthals Altes-van Dijk, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għal Supreme Headquarters Allied Powers Europe, minn G. den Dekker, advocaat, kif ukoll minn D. Waelbroeck, D. Slater u I. Antypas, avocats,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman, A. M. de Ree u J. Hoogveld, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet, C. Van Lul u J.‑C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn V. Karra, S. Papaioannou u S. Charitaki, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Grumetto, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u F. Koppensteiner, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u M. Heller, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat‑<DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-prezenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura bejn Supreme Site Services GmbH, stabbilita fl-Isvizzera, Supreme Fuels GmbH &amp; Co KG, stabbilita fil-Ġermanja, u Supreme Fuels Trading Fze, stabbilita fl-Emirati Għarab Magħquda (iktar ’il quddiem, flimkien il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kumpanniji Supreme<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ma’ Supreme Headquarters Allied Powers Europe (iktar ’il quddiem ix-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>SHAPE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), stabbilita fil-Belġju, dwar ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skontl-Artikolu I(a) tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Kwartieri Ġenerali Militari Internazzjonali Maħluqa Abbażi tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, iffirmat f’Pariġi fit‑<DATE ISO="19520828">28 ta’ Awwissu 1952</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Protokoll ta’ Pariġi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser il-Konvenzjoni ffirmata f’Londra fid‑<DATE ISO="19510619">19 ta’ Ġunju 1951</DATE> mill-Istati li huma partijiet fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana dwar l-istatus tal-forzi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu XI tal-Protokoll ta’ Pariġi jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.P><TXT>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni, kwartier ġenerali suprem jista’ jkollu <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT>, kemm bħala rikorrent kif ukoll bħala konvenut. Madankollu, jista’ jiġi miftiehem bejn il-kwartier ġenerali suprem jew kwalunkwe kwartier ġenerali alleat subordinat awtorizzat minnu, minn naħa, u l-Istat ta’ residenza, min-naħa l-oħra, li dan tal-aħħar jaġixxi f’isem il-kwartier ġenerali suprem quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat fil-kontenzjuż li jkun parti fih.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ebda miżura ta’ implimentazzjoni jew miżura intiża għall-konfiska jew għall-qbid tal-propjetà jew ta’ fondi tagħha ma tista’ tittieħed kontra kwartier ġenerali alleat, ħlief għall-finijiet tal-Artikolu 7(6a) u tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 10, 34 u 36 tar-Regolament Nru 1215/2012 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(10)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri l-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali prinċipali kollha barra ċerti kwistjonijiet definiti sew […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni [ta’ Brussell tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>)], ir-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 44/2001 [tat‑<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42),] u dan ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal‑1968 u r-Regolamenti li jissostitwixxieha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(36)</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont it-Trattati, dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet u ftehimiet bilaterali bejn Stat terz u Stat Membru li ġew konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 u li jirrigwardaw kwistjonijiet regolati minn dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Huwa m’għandux jestendi, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul, dawk doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat (<HT TYPE="ITALIC">acta iure imperii</HT>).<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-istess regolament huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dawn il-qrati li ġejjin ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, independentement mid-domiċilju tal-partijiet:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, il-qrati tal-Istat Membru li fih is-sentenza kienet jew għandha tiġi eżegwita.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Tista’ ssir talba lill-qrati ta’ Stat Membru għal miżuri proviżorji bħal dawn, inklużi miżuri kawtolatorji, previsti mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru, anki jekk, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni rigward is-sustanza tal-kwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 73(3) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet u ftehimiet bilaterali bejn Stat terz u Stat Membru li ġew konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 li jkopru kwistjonijiet irregolati b’dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 700 tan-Nederlandse Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Olandiż, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="700.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>L-impożizzjoni ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju teħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinsabu wieħed jew iktar mill-beni kkonċernati u, jekk il-mandat ta’ qbid ma jirrigwardax beni, tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jkunu ddomiċiljati d-debitur jew il-persuna jew waħda mill-persuni li jkunu s-suġġett tal-mandat ta’ qbid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="700.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorizzazzjoni hija mitluba permezz ta’ rikors li fih huma indikati n-natura tal-qbid li għandu jitwettaq, kif ukoll in-natura tad-dritt invokat mir-rikorrent u, fil-każ fejn dan id-dritt huwa kreditu pekunjarju, anki l-ammont jew, jekk dan ma jkunx għadu ġie iddeterminat, l-ammont massimu tiegħu, bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi imposti mil-liġi għat-tip ta’ qbid ikkonċernat. L-Imħallef għal miżuri provviżorji għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu wara eżami sommarju. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 705(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Imħallef għal miżuri provviżorji li jkun awtorizza l-mandat ta’ qbid jista’, permezz ta’ miżuri provviżorji, jannulla l-mandat ta’ qbid fuq talba ta’ kwalunkwe persuna interessata, bla ħsara għall-ġurisdizzjoni tal-qrati ordinarji.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ix-SHAPE hija organizzazzjoni internazzjonali stabbilita f’Mons (il-Belġju) skont il-Protokoll ta’ Pariġi. Kwartier ġenerali reġjonali, jiġifieri l-Allied Joint Force Command Brunssum (il-Kmand ta’ Forzi Konġunti Alleati Brunssum, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>JFCB<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), imqiegħed taħt l-awtorità tax-SHAPE, huwa stabbilit fi Brunssum (il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ riżoluzzjoni tal‑<DATE ISO="20011220">20 ta’ Diċembru 2001</DATE>, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti awtorizza l-ħolqien tal-Forza Internazzjonali ta’ Assistenza għas-Sigurtà (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>FIAS<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) sabiex tissaħħaħ is-sigurtà fl-Afganistan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>NATO<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) assumiet, mill‑<DATE ISO="20030811">11 ta’ Awwissu 2003</DATE>, il-kmand strateġiku, it-tmexxija u l-koordinazzjoni tal-FIAS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-elementi tal-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-kumpanniji Supreme, abbażi taż-żewġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Ftehimiet Ġenerali ta’ Għoti ta’ Ordni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (Basic Ordering Agreements, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ftehimiet BOA<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) iffirmati rispettivament fl‑<DATE ISO="20060201">1 ta’ Frar 2006</DATE> u fil‑<DATE ISO="20070315">15 ta’ Marzu 2007</DATE>, ipprovdew karburanti lix-SHAPE għall-bżonnijiet tal-missjoni tal-FIAS fl-Afganistan. Il-ftehimiet BOA spiċċaw fit‑<DATE ISO="20141130">30 ta’ Novembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ggarantit il-ħlas tal-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-imsemmija ftehimiet, matul ix-xahar ta’ Novembru 2013, il-JFCB u l-kumpanniji Supreme iffirmaw ftehim ta’ amministrazzjoni fiduċjarja, li fil-kuntest tiegħu dawn tal-aħħar huma wkoll indikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>fornitur<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont it-termini ta’ dan il-ftehim:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>PREAMBOLU:</P><P>[…]</P><P>B. Mal-iskadenza tal-kuntratti, ċerti aġġustamenti mill-ġdid, fatturi mhux imħallsa jew spejjeż ulterjuri […] jistgħu jkunu dovuti [lill-kumpanniji] Supreme mill-klijenti NATO awtorizzati […], jew ammonti dovuti minħabba ħlas żejjed jibqgħu dovuti u jistgħu jiġu rkuprati min-NATO u mill-klijenti NATO awtorizzati.</P><P>C. Il-partijiet jirrikonoxxu li l-ħlas tal-ispejjeż eventwali previsti fil-kuntratti fl-iskadenza tal-[ftehimiet] BOA jibbenefika minn mekkaniżmi ta’ fatturazzjoni limitati.</P><P>Barra minn hekk, huwa possibbli li mal-iskadenza tal-kuntratti, in-NATO jew il-klijenti NATO awtorizzati ma jkollhomx il-fondi neċessarji sabiex iħallsu l-ispejjeż approvati. Sabiex jirregolaw dawn il-kwistjonijiet ta’ natura prattika, il-partijiet qablu li jistabbilixxu kont ta’ amministrazzjoni fiduċjarja skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ amministrazzjoni fiduċjarja sabiex jiġu koperti t-talbiet għal kumpens jew l-aġġustamenti mill-ġdid l-oħra u li jikkonkludu l-ftehim ta’ amministrazzjoni fiduċjarja kif spjegat hawn isfel.</P><P>IL-PARTIJIET FTEHMU kif ġej:</P><P>[…]</P><P>2. Il-ħolqien ta’ kont ta’ amministrazzjoni fiduċjarja</P><P>[…]</P><P>2.2 Hemm lok li jiġi kkonstatat li n-NATO u l-klijenti NATO awtorizzati jibqgħu proprjetarji tal-fondi ddepożitati, li huma kkalkolati skont id-depożitu fiduċjarju (punt 3.2), mill-ħlas min-NATO jew mill-klijenti NATO awtorizzati. Kull trasferiment ta’ proprjetà tal-fondi ddepożitati jista’ jsir biss sabiex ikopri talbiet għal kumpens awtorizzati jew aġġustamenti mill-ġdid oħra.</P><P>[…]</P><P>4. L-obbligi tal-fornitur</P><P>[…]</P><P>4.4 Il-fornitur jibgħat it-talbiet direttament lill-grupp ta’ ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>rilaxx ta’ fondi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u ma għandu l-ebda pretensjoni, dritt jew titolu fuq id-depożitu fiduċjarju.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara l-verifiki finanzjarji mwettqa mill-JFCB mal-kumpanniji Supreme, dawn tal-aħħar, għas-sena 2013, wettqu rimbors ta’ madwar 122 miljun dollaru Amerikan (USD) (madwar EUR 112 miljun) lin-NATO minħabba ammonti miġbura żejda. L-ammont irrimborsat tħallas f’kont ta’ amministrazzjoni fiduċjarja miftuħ, skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ amministrazzjoni fiduċjarja, mal-bank BNP Paribas, fi Brussell (il-Belġju).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-kumpanniji Supreme ressqu kawża kontra x-SHAPE u l-JFCB quddiem ir-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) għall-finijiet tal-ġbir tal-ammonti mitluba fuq fondi ddepożitati f’dan il-kont ta’ amministrazzjoni fiduċjarja (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>proċedura fuq il-mertu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Il-kumpanniji Supreme sostnew din it-talba billi affermaw li huma kienu ipprovdew karburanti lil SHAPE abbażi tal-ftehimiet BOA għall-finijiet tal-missjoni tal-FIAS fl-Afganistan u li x-SHAPE u l-JFCB ma kinux osservaw l-obbligi ta’ ħlas li kienu jaqgħu fuqhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ix-SHAPE u l-JFCB qajmu eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tar-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg), billi invokaw l-immunità minn ġurisdizzjoni. Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>, din il-qorti ddikjarat li kellha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet tal-kumpanniji Supreme. Fl‑<DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, SHAPE appellat minn din id-deċiżjoni. Hekk kif ġie ppreċiżat waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20191210">10 ta’ Diċembru 2019</DATE>, il-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’ ‘s-Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi) annullat is-sentenza tar-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) u ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża minħabba l-immunità minn ġurisdizzjoni li jgawdu minnha x-SHAPE u l-JFCB. Din is-sentenza ġiet ikkontestata quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-istess ħin ma’ din il-proċedura fuq il-mertu, inbdew żewġ proċeduri oħra quddiem ir-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fuq talba tal-kumpanniji Supreme, fil-kuntest tal-ewwel proċedura mhux kontradittorja, l-Imħallef għal miżuri provviżorji tar-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>, awtorizza lill-kumpanniji Supreme sabiex iwettqu mandat ta’ qbid kawtelatorju mal-bank BNP Paribas, fi Brussell fuq il-fondi ddepożitati fil-kont ta’ amministrazzjoni fiduċjarja fl-ammont ta’ USD <FT TYPE="NUMBER">217857167</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">200855593</FT>). Il-mandat ta’ qbid kawtelatorju ġie eżegwit fit‑<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170317">17 ta’ Marzu 2017</DATE>, fil-kuntest tat-tieni proċedura, jiġifieri l-azzjoni għal miżuri provviżorji fil-kawża prinċipali, ix-SHAPE adixxiet lir-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) sabiex tikseb ir-revoka tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju awtorizzat permezz tad-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE> u sabiex il-kumpanniji Supreme jiġu pprojbiti milli jipproċedu mill-ġdid għal mandat ta’ qbid kawtelatorju abbażi ta’ fatti identiċi. Insostenn tat-talbiet tagħha, ix-SHAPE invokat l-immunità minn eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE>, ir-Rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) laqgħet it-talbiet ta’ SHAPE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata fis‑<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE> mill-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’ ‘s-Hertogenbosch) li bbażat il-kompetenza tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet tax-SHAPE fuq l-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012 kif ukoll fuq l-Artikolu 705 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, li jipprovdi li jekk il-qorti Olandiża tat awtorizzazzjoni għal mandat ta’ qbid, hija għandha ġurisdizzjoni sabiex tannullaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’ ‘s-Hertogenbosch) iddeċidiet li l-interess tax-SHAPE li żżomm l-immunità minn eżekuzzjoni kien jipprevali fuq l-interess tal-kumpanniji Supreme fl-irkupru tal-kreditu tagħhom u ma kienx imur kontra l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20170821">21 ta’ Awwissu 2017</DATE>, il-kumpanniji Supreme ippreżentaw appell fil-kassazzjoni kontra din l-aħħar deċiżjoni quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din il-qorti tesponi, l-ewwel nett, li l-mandat ta’ qbid kawtelatorju eżegwit mill-kumpanniji Supreme fil-Belġju diġà ġie rrevokat, wara li qorti Belġjana kienet, b’applikazzjoni tal-ftehim konkluż bejn ir-Renju tal-Belġju u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar il-ġurisdizzjoni ġudizzjarja territorjali, dwar il-falliment, u dwar l-awtorità u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, tas-sentenzi arbitrali u tal-atti awtentiċi, iffirmata fi Brussell fit‑<DATE ISO="19250328">28 ta’ Marzu 1925</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ftehim bilaterali tal-1925<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), tat l-awtorizzazzjoni sabiex teżegwixxi d-deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE> tar-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) u tas‑<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE> tal-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’ ‘s-Hertogenbosch). Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kumpanniji Supreme għandhom interess ġuridiku peress li r-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) ma awtorizzatx biss ir-revoka tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju, iżda pprojbixxiet ukoll lill-kumpanniji Supreme milli jwettqu mill-ġdid tali miżura fuq il-kont ta’ amministrazzjoni fiduċjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) tippreċiża li hija obbligata teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk il-qorti ta’ Stat Membru ieħor kellhiex ġurisdizzjoni esklużiva, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012. Madankollu, qabel ma twettaq tali analiżi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk l-azzjoni għal miżuri provviżorji mressqa mix-SHAPE taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-fatt li, fil-proċedura ta’ revoka, ix-SHAPE ibbażat ruħha fuq l-immunità minn eżekuzzjoni setax iwassal sabiex jitqies li hija kienet aġixxiet fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, b’tali mod li t-tilwima ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 1215/2012. Din il-qorti tqajjem ukoll il-kwistjoni dwar liema effett jista’ jkollu, fuq il-klassifikazzjoni tal-kawża bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, il-fatt li l-mandat ta’ qbid kawtelatorju ġie awtorizzat abbażi ta’ kreditu li jirriżulta minn relazzjoni kuntrattwali li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-każ li t-tilwima taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fit-tieni lok, dwar jekk ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid li twettaq bl-awtorizzazzjoni ta’ qorti jaqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva li tirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni, prevista fl-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012. Id-dubji ta’ din il-qorti jirriżultaw mill-fatt li, minn naħa, l-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu interpretati b’mod strett u, min-naħa l-oħra, il-proċeduri li għandhom rabta mill-qrib mal-proċedura ta’ eżekuzzjoni jaqgħu taħt l-Artikolu 24(5) ta’ dan ir-regolament. Din il-qorti tistaqsi wkoll dwar l-effett li jista’ jkollha, għall-analiżi ta’ din it-tieni domanda, iċ-ċirkustanza li x-SHAPE kienet invokat l-immunità minn eżekuzzjoni. Fil-fehma tal-imsemmija qorti, jista’ jitqies li l-qrati tal-Istat Membru li fih ġie eżegwit mandat ta’ qbid kawtelatorju kontra organizzazzjoni internazzjonali huma fl-aħjar pożizzjoni sabiex jevalwaw jekk il-mandat ta’ qbid huwiex kuntrarju għall-immunità minn eżekuzzjoni li tinvoka din l-organizzazzjoni abbażi ta’ trattat jew tad-dritt internazzjonali konswetudinarju li jorbot lil dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fil-każ fejn l-immunità minn eżekuzzjoni invokata mix-SHAPE tista’ tinfluwenza l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, sa fejn il-qorti adita għandha tevalwa jekk l-użu ta’ din l-immunità huwiex fondat. B’mod iktar partikolari, hija tistaqsi kif tapplika f’dan il-każ ir-regola li l-qorti għandha tevalwa l-elementi kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi l-kontestazzjonijiet magħmula mill-konvenuta f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Ir-Regolament [Nru 1215/2012] għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża bħal dik ineżami, li fiha organizzazzjoni internazzjonali titlob</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju impost fi Stat Membru ieħor mill-parti avversarja u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>li l-parti avversarja tiġi pprojbita milli timponi mandat ta’ qbid kawtelatorju ġdid, abbażi tal-istess fatti,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>u tinvoka insostenn tat-talbiet tagħha l-immunità minn eżekuzzjoni, għandha titqies, totalment jew parzjalment, bħala kwistjoni ċivili jew kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1(1) [ta’ dan ir-r]egolament […]?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Il-fatt li qorti ta’ Stat Membru awtorizzat il-qbid fuq il-bażi ta’ kreditu li l-parti avversarja tiddikjara li għandha fil-konfront tal-organizzazzjoni internazzjonali, kreditu li huwa s-suġġett ta’ proċedura pendenti fuq il-mertu f’dan l-Istat Membru fil-kuntest ta’ tilwima kuntrattwali dwar il-ħlas ta’ karburanti pprovduti għall-finijiet ta’ operazzjoni għaż-żamma tal-paċi mwettqa minn organizzazzjoni internazzjonali konnessa ma’ dik tal-ewwel, għandu effett fuq ir-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda, u, jekk iva, liema effett?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-punt (a) tal-ewwel domanda, il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-qorti ta’ Stat Membru tagħti awtorizzazzjoni li jiġi impost mandat ta’ qbid kawtelatorju u meta dan il-mandat jiġi sussegwentement impost fi Stat Membru ieħor, il-qrati tal-Istat Membru fejn jiġi impost il-mandat ta’ qbid kawtelatorju għandhom il-ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ talba għar-revoka ta’ dan il-mandat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Il-fatt li l-organizzazzjoni internazzjonali invokat l-immunità minn eżekuzzjoni insostenn tat-talba tagħha għar-revoka tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju għandu effett fuq ir-risposta għall-punt (a) tat-tieni domanda, u, jekk iva, liema effett?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk il-fatt li l-organizzazzjoni internazzjonali invokat l-immunità minn eżekuzzjoni insostenn tat-talbiet tagħha għandu effett fuq ir-risposti, minn naħa, għall-kwistjoni dwar jekk hijiex kwistjoni ċivili jew kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, u, min-naħa l-oħra, għall-kwistjoni dwar jekk hijiex talba li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, sa liema punt il-qorti adita hija obbligata tevalwa jekk l-invokazzjoni tal-immunità minn eżekuzzjoni hijiex fondata u, f’dan ir-rigward, għandha tiġi applikata r-regola li tgħid li hija għandha tevalwa l-elementi kollha disponibbli għaliha, inklużi, f’dan il-każ, il-kontestazzjonijiet magħmula mill-konvenuta, jew kwalunkwe regola oħra?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Wara li ngħataw il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ix-SHAPE, permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, talbet li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Insostenn tat-talba tagħha, hija ssostni, essenzjalment, li l-Avukat Ġenerali, fil-punti 90 u 100 sa 103 tal-konklużjonijiet tiegħu, ibbaża l-evalwazzjoni tiegħu fuq interpretazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi marbuta mal-funzjonament tal-organizzazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma jkollhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tinqata’ fuq il-bażi ta’ argument li ma jkunx ġie indirizzat mill-partijiet jew mill-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Carratù</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:830">EU:C:2013:830</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bosworth u Hurley</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:310">EU:C:2019:310</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà li l-partijiet jippreżentaw osservazzjonijiet bħala risposta għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170215">15 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>W u V</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:118">EU:C:2017:118</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-argument invokat mix-SHAPE insostenn tat-talba tagħha għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura jikkonsisti fi kritika tal-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali f’din il-kawża. Issa, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex marbuta minnhom, ma huwiex indispensabbli li jsir il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali kull darba li l-Avukat Ġenerali jqajjem punt li fuqu l-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux miegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, tikkunsidra li f’dan il-każ, għandha l-elementi kollha meħtieġa sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju u li l-argumenti kollha neċessarji sabiex tiġi deċiża l-kawża inkwistjoni ġew diskussi bejn il-partijiet u l-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ix-SHAPE teċċepixxi l-inammissibbiltà tal-ewwel u tat-tieni domandi sa fejn dawn jikkonċernaw it-talba għar-revoka, jiġifieri il-punt (a)(i) tal-ewwel domanda u l-punti (a) u (b) tat-tieni domanda, minħabba li dawn saru ipotetiċi sa fejn il-mandat ta’ qbid kawtelatorju mogħti fuq talba tal-kumpanniji Supreme permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE> tar-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) diġà tneħħa wara d-deċiżjonijiet mogħtija fl-ewwel istanza u fl-appell, mill-istess qorti u mill-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’ ‘s-Hertogenbosch) rispettivament fit‑12 u fis‑<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, u eżegwiti insegwitu għall-awtorizzazzjoni mogħtija minn qorti Belġjana skont il-ftehim bilaterali tal‑1925.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi relatati mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li l-eżattezza tiegħu ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Huwa biss possibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja li tirrifjuta li tiddeċiedi dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, meta, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut tat-talba għal deċiżjoni preliminari previst fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura ma jkunux osservati jew meta jkun jidher, b’mod manifest, li l-interpretazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-validità ta’ regola tal-Unjoni, mitluba mill-qorti nazzjonali, ma jkollhom l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Online Games <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑685/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:452">EU:C:2017:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, miċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali ma jirriżultax li d-domandi preliminari li jirrigwardaw it-talba għar-revoka tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju, magħmula mill-qorti tar-rinviju, ma għandhom ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża, iktar u iktar peress li hija esklużivament din il-qorti li għandha tiddetermina l-limiti tal-istħarriġ li hija għandha fil-kuntest tar-rikors fil-kassazzjoni kontra d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE> tal-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’<?PAGE NO="10"?> ‘s-Hertogenbosch) li kkonfermat id-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE> mogħtija mir-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) u li tilqa’ t-talba għar-revoka tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju magħmul mix-SHAPE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hekk kif ġie rrilevat ukoll mill-Avukat Ġenerali fil-punt 31 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kwistjoni dwar jekk il-qrati Olandiżi għandhomx ġurisdizzjoni internazzjonali skont ir-Regolament Nru 1215/2012 sabiex jiddeċiedu dwar din it-talba għal revoka la tidher ipotetika u lanqas manifestament nieqsa minn rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, azzjoni għal miżuri provviżorji, imressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru, li fil-kuntest tagħha organizzazzjoni internazzjonali tinvoka l-immunità minn eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb kemm ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju, eżegwit fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti, kif ukoll il-projbizzjoni li jitwettaq mill-ġdid tali mandat ta’ qbid abbażi tal-istess fatti, u li tinbeda fl-istess ħin proċedura fuq il-mertu bbażata fuq kreditu li jirriżulta minn allegat nuqqas ta’ ħlas ta’ karburanti pprovduti għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ żamma tal-paċi żgurata minn din l-organizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, sa fejn ir-Regolament Nru 1215/2012 iħassar u jissostitwixxi r-Regolament Nru 44/2001 li huwa stess issostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Brussell tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, kif emendata bil-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Konvenzjoni ta’ Brussell tal‑1968<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-aħħar strumenti legali tapplika wkoll għar-Regolament Nru 1215/2012 meta dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Tibor-Trans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:635">EU:C:2019:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, hemm lok li l-eżami tal-ewwel domanda jinqasam fi tliet punti u li jiġi analizzat, qabel kollox, l-effett tan-natura tal-azzjoni għal miżuri provviżorji fil-kawża prinċipali fuq ir-rabta tagħha mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, sabiex sussegwentement jiġu eżaminati l-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza sabiex azzjoni tiġi kklassifikata bħala li taqa’ taħt l-istess qasam u, fl-aħħar nett, ir-rwol li għandu l-privileġġ tal-immunità fil-kuntest ta’ din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-influwenza tan-natura tal-azzjoni għal miżuri provviżorji fil-kawża prinċipali fuq ir-rabta tagħha mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, għandu l-ewwel nett jiġi kkonstatat, kif jirriżulta mill-elementi tal-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, li din il-kawża hija intiża għall-kisba ta’ miżuri provviżorji sabiex tiġi protetta sitwazzjoni ta’ fatt suġġetta għall-evalwazzjoni tal-qorti fil-kuntest tal-proċedura dwar il-mertu mressqa bejn l-istess partijiet. Għalhekk, jista’ jiġi kkunsidrat li tali azzjoni tirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>miżuri provviżorji jew kawtelatorji<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012, bil-kundizzjoni li din taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal‑1968, li tista’ tiġi trasposta għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ekwivalenti li jinsabu fl-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012, jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>miżuri provviżorji jew kawtelatorji<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tfisser il-miżuri li, fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi<?PAGE NO="11"?> regolament, huma intiżi sabiex iżommu sitwazzjoni ta’ fatt jew ta’ liġi sabiex jitħarsu d-drittijiet li r-rikonoxximent tagħhom huwa, barra minn hekk, mitlub mill-qorti li tiddeċiedi fuq il-mertu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920326">26 ta’ Marzu 1992</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:149">EU:C:1992:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, sussegwentement, ir-rabta bejn il-proċedura fuq il-mertu u l-miżuri provviżorji u kawtelatorji, għandu jiġi osservat li l-partijiet u l-persuni kkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jaqblux fuq il-kwistjoni dwar jekk l-azzjoni għal miżuri provviżorji tirrigwardax materji ċivili u kummerċjali u taqax, f’dan ir-rigward, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012. F’dan ir-rigward, il-kumpanniji Supreme u l-Gvern Elleniku sostnew, essenzjalment, li, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-azzjoni għal miżuri provviżorji fil-kawża prinċipali taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, għandha ssir referenza għall-karatteristiċi tal-proċedura fuq il-mertu, filwaqt li x-SHAPE sostniet li l-analiżi għandha tirrigwarda l-karatteristiċi proprji tal-miżura provviżorja u kawtelatorja inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Olandiż u l-Gvern Belġjan ippreferew l-analiżi tad-drittijiet li l-miżura provviżorja u kawtelatorja tagħhom hija intiża li tiżgura s-salvagwardja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri provviżorji jew kawtelatorji jistgħu jissalvagwardjaw drittijiet ta’ natura differenti ħafna, b’tali mod li l-appartenenza tagħhom għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal‑1968 hija ddeterminata mhux min-natura tagħhom stess, iżda min-natura tad-drittijiet li tagħhom jiżguraw is-salvagwardja (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790327">27 ta’ Marzu 1979</DATE>, <NAME.CASE>de Cavel</NAME.CASE>, <NO.CASE>143/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:83">EU:C:1979:83</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920326">26 ta’ Marzu 1992</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:149">EU:C:1992:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, peress li s-suġġett ta’ talba għal miżuri provviżorji jirrigwarda kwistjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal‑1968, din tal-aħħar tapplika u, għaldaqstant, l-Artikolu 24 tagħha jista’ jservi bħala bażi għall-ġurisdizzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji, anki jekk ikunu diġà nbdew jew jistgħu jinbdew proċeduri dwar il-mertu, peress li l-miżuri provviżorji jiġu adottati fl-istess ħin ma’ tali proċedura u huma intiżi, essenzjalment, għas-salvagwardja tal-istess drittijiet bħal dawn (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981117">17 ta’ Novembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Van Uden</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:543">EU:C:1998:543</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza, li tista’ tiġi trasposta, hekk kif tfakkar fil-punt 47 ta’ din is-sentenza, għall-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012 jirriżulta li l-appartenenza tal-miżuri provviżorji u kawtelatorji għall-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ dan ir-regolament għandha tiġi ddeterminata mhux min-natura tagħhom stess, iżda min-natura tad-drittijiet li tagħhom huma intiżi li jiżguraw il-ħarsien fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza sabiex azzjoni tiġi kklassifikata bħala li taqa’ jew le taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat l-elementi li jikkaratterizzaw in-natura tar-relazzjonijiet ġuridiċi bejn il-partijiet fil-kawża jew is-suġġett tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021114">14 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Baten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑271/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:656">EU:C:2002:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Realchemie Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑406/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:668">EU:C:2011:668</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:349">EU:C:2020:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata) jew, alternattivament, il-bażi u l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tal-azzjoni mressqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sapir <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑645/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:228">EU:C:2013:228</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sunico <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:545">EU:C:2013:545</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:349">EU:C:2020:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm ċertu tilwim bejn awtorità pubblika u persuna rregolata mid-dritt privat jista’ jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 meta l-azzjoni ġudizzjarja tirrigwarda atti mwettqa <HT TYPE="ITALIC">iure gestionis</HT>, dan ma jkunx il-każ meta l-awtorità pubblika taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħa pubblika tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:349">EU:C:2020:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika minn waħda mill-partijiet fit-tilwima, minħabba l-eżerċizzju minn din ta’ setgħat eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi, jeskludi tali tilwima mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:349">EU:C:2020:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-invokazzjoni, fil-kuntest ta’ tilwima, minn organizzazzjoni internazzjonali tal-privileġġ ibbażat fuq l-immunità minn eżekuzzjoni, teskludix <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> din il-kawża mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-prinċipju tad-dritt internazzjonali konswetudinarju dwar l-immunità ġudizzjarja tal-Istati, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fl-istat attwali tal-prassi internazzjonali, l-immunità ġudizzjarja tal-Istati ma għandhiex valur assolut, iżda hija ġeneralment irrikonoxxuta meta t-tilwima tikkonċerna atti ta’ sovranità mwettqa <HT TYPE="ITALIC">iure imperii</HT>. Min-naħa l-oħra, din tista’ tiġi eskluża jekk l-azzjoni ġudizzjarja tirrigwarda atti li ma jaqgħux taħt l-awtorità pubblika (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:349">EU:C:2020:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-immunità ġudizzjarja tal-organi rregolati mid-dritt privat, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din ma tipprekludix l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, meta l-qorti adita tikkonstata li tali organi ma użawx il-prerogattivi tal-awtorità pubblika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:349">EU:C:2020:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza dwar l-immunità ġudizzjarja tal-Istati u tal-organi tad-dritt privat tista’ tiġi trasposta fil-każ fejn il-privileġġ ibbażat fuq l-immunità jiġi invokat minn organizzazzjoni internazzjonali, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk din hijiex l-immunità ġudizzjarja jew l-immunità minn eżekuzzjoni. Il-fatt li, b’differenza mill-immunità ġudizzjarja tal-Istati, ibbażata fuq il-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">par in parem non habet imperium</HT> (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:349">EU:C:2020:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-immunitajiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali huma, bħala prinċipju, mogħtija mit-trattati li jikkostitwixxu dawn l-organizzazzjonijiet, ma huwiex ta’ natura li jikkontesta din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għalhekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-privileġġ tal-immunità invokat minn organizzazzjoni internazzjonali skont id-dritt internazzjonali ma jikkostitwixxix <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ostakolu għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex jiġi ddeterminat jekk tilwima li tinvolvi organizzazzjoni internazzjonali li invokat il-privileġġ ibbażat fuq l-immunità minn eżekuzzjoni taqax jew le fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ dan ir-regolament, hemm lok li jiġi eżaminat jekk, fid-dawl tal-kriterji msemmija fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, din l-organizzazzjoni teżerċitax prerogattivi ta’ awtorità pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sempliċi fatt li l-qorti nazzjonali tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012, ma jippreġudikax il-protezzjoni tal-immunità invokata, abbażi tad-dritt internazzjonali, mill-organizzazzjoni internazzjonali li hija parti f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-elementi tal-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-għan tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju, li ntalab ir-revoka tiegħu permezz ta’ azzjoni għal miżuri provviżorji fil-kawża prinċipali, kien jikkonsisti f’li tiġi żgurata s-salvagwardja tad-drittijiet ta’ kreditu li jirriżultaw minn relazzjoni ġuridika ta’ natura kuntrattwali, jiġifieri l-ftehimiet BOA konklużi bejn ix-SHAPE u l-kumpanniji Supreme. Dawn il-ftehimiet, għalkemm jirrigwardaw il-provvista ta’ karburanti lix-SHAPE għall-bżonnijiet ta’ operazzjoni militari mmexxija min-NATO għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà fl-Afganistan, huma l-bażi, bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali, ta’ relazzjoni ġuridika tad-dritt privat li fil-kuntest tagħha huma taw liberament il-kunsens tagħhom sabiex jassumu drittijiet u obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>L-użu ulterjuri mix-SHAPE tal-karburanti pprovduti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-ftehimiet BOA ma huwiex, hekk kif ġie sostnut mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u hekk kif ġie rrilevat ukoll mill-Avukat Ġenerali fil-punt 103 tal-konklużjonijiet tiegħu, ta’ natura li jinfluwenza n-natura ta’ tali relazzjoni ġuridika. Fil-fatt, l-għan pubbliku ta’ ċerti attivitajiet ma jikkostitwixxix, fih innifsu, element suffiċjenti sabiex dawn l-attivitajiet jiġu kklassifikati bħala mwettqa <HT TYPE="ITALIC">iure imperii</HT>, sa fejn dawn ma jikkorrispondux għall-eżerċizzju ta’ setgħat eżorbitanti fid-dawl tar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-individwi (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Rina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:349">EU:C:2020:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-bażi u l-modalitajiet tal-eżerċizzju tal-azzjoni ppreżentata, għandu wkoll jiġi osservat li r-revoka tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju huwa mfittex quddiem il-qorti tar-rinviju permezz ta’ azzjoni għal miżuri provviżorji li hija bbażata fuq ir-regoli tad-dritt komuni, jiġifieri l-Artikolu 705(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, la r-relazzjoni ġuridika eżistenti bejn il-partijiet f’azzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali u lanqas il-bażi u l-modalitajiet ta’ tali azzjoni ma jistgħu jitqiesu li jiżvelaw l-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li azzjoni ta’ dan it-tip taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 u tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal miżuri provviżorji, imressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru, li fil-kuntest tagħha organizzazzjoni internazzjonali tinvoka l-immunità minn eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb kemm ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju, eżegwit fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti, kif ukoll il-projbizzjoni li jitwettaq mill-ġdid tali mandat ta’ qbid abbażi tal-istess fatti, u li tinbeda fl-istess ħin proċedura fuq il-mertu bbażata fuq kreditu li jirriżulta minn allegat nuqqas ta’ ħlas ta’ karburanti pprovduti għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ żamma tal-paċi żgurata minn din l-organizzazzjoni, jaqa’ fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>materji ċivili jew kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> sa fejn din l-azzjoni ma tiġix eżerċitata taħt il-prerogattivi ta’ awtorità pubblika, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal miżuri provviżorji, imressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru, li fil-kuntest tagħha organizzazzjoni internazzjonali tinvoka l-immunità minn eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb kemm ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju, eżegwit fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti, kif ukoll il-projbizzjoni li jitwettaq mill-ġdid tali mandat ta’ qbid abbażi tal-istess fatti, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fih l-mandat ta’ qbid kawtelatorju ġie eżegwit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Mill-kliem tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012 jirriżulta li l-qrati tal-Istat Membru tal-post tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi għandhom, fil-qasam tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi, ġurisdizzjoni mingħajr kunsiderazzjoni tad-domiċilju tal-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-azzjonijiet intiżi sabiex tiġi deċiża oppożizzjoni dwar l-użu ta’ forza, limitazzjoni jew qbid ta’ proprjetà mobbli jew immobbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet u tal-atti jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012 (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑722/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:577">EU:C:2019:577</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, ix-SHAPE ma tikkontestax il-miżuri meħuda mit-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża, il-Belġju), b’applikazzjoni tal-ftehim bilaterali tal‑1925, sabiex teżegwixxi rispettivament id-deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE> tar-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) u tas‑<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE> tal-Gerechtshof ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti tal-Appell ta’ ‘s-Hertogenbosch), iżda titlob lill-qorti tar-rinviju tipproċedi għar-revoka tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju mogħti preċedentement fil-kuntest ta’ proċedura <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT> mir-rechtbank Limburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Limburg) kif ukoll il-projbizzjoni li jitwettaq mill-ġdid tali mandat ta’ qbid abbażi tal-istess fatti. Issa, għandu jiġi kkonstatat li proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha nnifisha ma tirrigwardax l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fis-sens tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma hijiex koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u għalhekk ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fih il-mandat ta’ qbid kawtelatorju ġie eżegwit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li organizzazzjoni internazzjonali, bħax-SHAPE, tinvoka, insostenn tal-azzjoni tagħha għal miżuri provviżorji, l-immunità minn eżekuzzjoni ma jipprekludix l-eżami mill-qorti tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha skont ir-Regolament Nru 1215/2012. Fil-fatt, il-kwistjoni dwar jekk l-immunità invokata minn organizzazzjoni internazzjonali tipprekludix il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tali azzjoni jew li tadotta miżuri ta’ implementazzjoni kontra tali organizzazzjoni sseħħ fi stadju ulterjuri, wara d-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal miżuri provviżorji, imressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru, li fil-kuntest tagħha organizzazzjoni internazzjonali tinvoka l-immunità minn eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb kemm ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju, eżegwit fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti, kif ukoll il-projbizzjoni li jitwettaq mill-ġdid tali mandat ta’ qbid abbażi tal-istess fatti, ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fih il-mandat ta’ qbid kawtelatorju ġie eżegwit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>It-tielet domanda tirrigwarda, essenzjalment, il-portata tal-istħarriġ eżerċitat mill-qorti nazzjonali fuq il-fondatezza tal-invokazzjoni ta’ immunità minn eżekuzzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, fl-ipoteżi fejn mir-risposta mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda jirriżulta li l-immunità minn eżekuzzjoni hekk invokata hija determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ azzjoni għal miżuri provviżorji bħal dik fil-kawża prinċipali bħala li taqa’ taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>materji ċivili jew kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, jew għall-finijiet tal-eventwali applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva prevista fl-Artikolu 24(5) tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li ngħatat risposta għal dawn id-domandi fis-sens li l-invokazzjoni ta’ immunità minn eżekuzzjoni ma teskludix <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tali azzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 u ma taffettwax il-kriterji ta’ determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ qorti ta’ Stat Membru sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din l-azzjoni, ma hemmx lok li tiġi eżaminata t-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal miżuri provviżorji, imressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru, li fil-kuntest tagħha organizzazzjoni internazzjonali tinvoka l-immunità minn eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb kemm ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju, eżegwit fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti, kif ukoll il-projbizzjoni li jitwettaq mill-ġdid tali mandat ta’ qbid abbażi tal-istess fatti, u li tinbeda fl-istess ħin proċedura fuq il-mertu bbażata fuq kreditu li jirriżulta minn allegat nuqqas ta’ ħlas ta’ karburanti pprovduti għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ żamma tal-paċi żgurata minn din l-organizzazzjoni, jaqa’ fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>materji ċivili jew kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> sa fejn din l-azzjoni ma tiġix eżerċitata taħt il-prerogattivi ta’ awtorità pubblika, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għal miżuri provviżorji, imressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru, li fil-kuntest tagħha organizzazzjoni internazzjonali tinvoka l-immunità minn eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb kemm ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju, eżegwit fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti, kif ukoll il-projbizzjoni li jitwettaq mill-ġdid tali mandat ta’ qbid abbażi tal-istess fatti, ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fih il-mandat ta’ qbid kawtelatorju ġie eżegwit.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>