|
7.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9416 — Bolloré Group/M7 Group)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 265/05)
1.
Fil-31 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Groupe Canal + SA (“Canal +”, Franza), ikkonftrollat mill-Bolloré Group (“Bolloré”, Franza), |
|
— |
M7 Group SA (“M7”, il-Lussemburgu). |
Canal + jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ M7 kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Canal +: il-provvista ta’ servizzi tal-pay-TV lill-konsumaturi f’għadd ta’ pajjiżi mad-dinja kollha, inklużi Franza u l-Polonja fiż-ŻEE; il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kontenut awdjo-viżiv; xandir ta’ kanali televiżivi; bejgħ online u offline ta’ twieqi ta’ pubbliċità.
— M7: provvista ta’ servizzi lill-konsumatur ta’ pay-TV fl-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Ungerija, in-Netherlands, ir-Rumanija u s-Slovakkja; ix-xandir ta’ kanali televiżivi fir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u r-Rumanija; distribuzzjoni ta’ kanali televiżivi bl-ingrossa fil-Ġermanja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9416 — Bolloré Group/M7 Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).