European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2794

22.5.2026

Avviż dwar l-iskadenza ta’ ċerti miżuri antisussidji

(C/2026/2794)

B’referenza għall-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (1), li warajha ma ġiet ippreżentata l-ebda talba għal rieżami sostanzjata kif dovut, il-Kummissjoni tavża li l-miżura antisussidji msemmija hawn taħt se tiskadi.

Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2).

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ċerta trota qawsalla

It-Turkija

Dazju kumpensatorju

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/823 tal-20 ta’ Mejju 2021 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 183, 25.5.2021, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/823/oj)

26.5.2026

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


(1)   ĠU C, C/2025/5018, 16.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5018/oj.

(2)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2794/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)