<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-653/17 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0653</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:406">EU:C:2019:406</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190515">15.5.2019</DATE> – Kawża C‑653/17 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">VM Vermögens-Management vs EUIPO</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2015/2424</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark verbali Vermögensmanufaktur</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ xieraq</KEYWORD><KEYWORD>Eżami <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-fatti</KEYWORD><KEYWORD>Retroattività</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Motivazzjoni tas-sentenzi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑653/17 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fil-<DATE ISO="20171121">21 ta’ Novembru 2017</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">VM Vermögens-Management GmbH</HT>, stabbilita f’Düsseldorf (il‑Ġermanja), irrappreżentata minn T. Dolde u P. Homann, Rechtsanwälte,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn S. Hanne, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">DAT Vermögensmanagement GmbH</HT>, stabbilita f’Baldham (il‑Ġermanja),</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan (Relatur), President tal-Awla, C. Lycourgos, E. Juhász, M. Ilešič u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, VM Vermögens-Management GmbH qiegħda titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>VM vs EUIPO – DAT Vermögensmanagement (Vermögensmanufaktur</NAME.CASE>) (<NO.CASE>T‑374/15</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:589">EU:T:2017:589</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-<DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE> (Każ R 418/2014‑5) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn DAT Vermögensmanagement GmbH u VM Vermögens-Management.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Raġunijiet assoluti għal rifjut<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu rreġistrati:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>trade marks li jikkonsistu esklussivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw fil-kummerċ sabiex jindikaw ix-xorta, il-kwalità, il-kwantità, l-użu intenzjonat, il-valur, l-oriġini ġeografika jew il-ħin ta’ produzzjoni tal-prodotti jew ta’ meta ingħata s-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-prodotti jew servizzi;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 65 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="065.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jistgħu jinfetħu kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell dwar appelli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="065.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kawża tista’ tinfetaħ fuq raġunijiet ta’ nuqqas ta’ kompetenza, vjolazzjoni ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, vjolazzjoni tat-Trattat, ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kull regola tal-liġi li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħhom jew abbuż ta’ poter.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="065.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni li tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni kontestata.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 75 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Stqarrija tar-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjonijiet huma bbażati<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom jistqarru r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Dawn għandhom ikunu bbażati biss fuq raġunijiet jew fuq xiehda fir-rigward ta’ liem il-partijiet konċernati kellhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 76 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-eżaminazzjoni tal-fatti mill-Uffiċċju fuq inizzjattiva tiegħu stess<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="076.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fi proċedimenti quddiemu l-Uffiċċju għandu jeżamina l-fatti fuq l-inizzjattiva tiegħu stess; madanakollu, fi proċedimenti li jirrigwardaw raġunijiet relattivi għal ċaħda ta’ reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jkun ristrett għal eżaminazzjoni ta’ fatti, ta’ provi u ta’ argumenti ppreżentati mill-partijiet u tar-rimedji mitluba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="076.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Uffiċċju jista’ ma jikkunsidrax fatti jew provi li ma jiġux preżentati fil-ħin preskritt mill-partijiet konċernati.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) 2015/2424</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 28 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 341, p. 21</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="322" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 71, p. 322</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 110, p. 4</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 1</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Artikolu 28 [tar-Regolament Nru 207/2009] huwa sostitwit b’dan li ġej:</P><P><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Artikolu 28</HT></P><P>Denominazzjoni u klassifikazzjoni ta’ oġġetti u servizzi</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proprjetarji ta’ trademarks tal-UE li għalihom tkun saret applikazzjoni qabel it-<DATE ISO="20120622">22 ta’ Ġunju 2012</DATE> li huma rreġistrati fir-rigward tal-intestatura sħiħa ta’ klassi ta’ Nizza, jistgħu jiddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom fid-data tal-preżentazzjoni kienet li jfittxu protezzjoni fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi lil hinn minn dawk li huma koperti mit-tifsira litterali tal-intestatura ta’ dik il-klassi, sakemm l-oġġetti jew is-servizzi hekk denominati jkunu inklużi fil-lista alfabetika għal dik il-klassi fl-edizzjoni tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Id-dikjarazzjoni għandha ssir fl-Uffiċċju sal-<DATE ISO="20160924">24 ta’ Settembru 2016</DATE>, u għandha tindika, b’mod ċar, preċiż u speċifiku, l-oġġetti u s-servizzi, għajr dawk koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet tal-intestatura tal-klassi, oriġinarjament koperti mill-intenzjoni tal-proprjetarju. L-Uffiċċju għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jemenda r-Reġistru skont dan. Il-possibbiltà li ssir dikjarazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15, l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 57(2).</ALINEA><ALINEA>It-trademarks tal-UE li għalihom ma ssir l-ebda dikjarazzjoni fi żmien il-perijodu msemmi fit-tieni subparagrafu għandhom jitqiesu li jestendu, minn meta jiskadi dak il-perijodu, biss għal oġġetti jew servizzi koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet inklużi fl-intestatura tal-klassi rilevanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn ir-reġistru jkun emendat, id-drittijiet esklużivi mogħtija mit-trademark tal-UE skont l-Artikolu 9 ma għandhomx jipprevjenu lil parti terza milli tkompli tuża trademark fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi meta u sa fejn l-użu tat-trademark għal dawk l-oġġetti jew servizzi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jkun beda qabel ma ġie emendat ir-reġistru; u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ma kisirx id-drittijiet tal-proprjetarju abbażi tat-tifsira litterali tar-rekord tal-oġġetti u s-servizzi fir-reġistru f’dak il-mument.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Barra minn hekk, l-emenda tal-lista ta’ oġġetti jew servizzi rreġistrati fir-reġistru m’għandhiex tagħti lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE d-dritt li jopponi jew li japplika għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trademark sussegwenti meta u sa fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-trademark sussegwenti kienet jew qed tintuża, jew kienet saret applikazzjoni biex tiġi rreġistrata t-trademark, għal oġġetti jew servizzi qabel ma ġie emendat ir-reġistru; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-użu tat-trademark fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti jew servizzi ma kisirx, jew ma kienx ser jikser, id-drittijiet tal-proprjetarju abbażi tat-tifsira litterali tar-rekord tal-oġġetti u s-servizzi fir-reġistru f’dak il-mument.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Komunikazzjonijiet Nri 4/03 u 2/12</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-punt IV tal-Komunikazzjoni Nru 4/03 tal-President tal-EUIPO tas-<DATE ISO="20030616">16 ta’ Ġunju 2003</DATE> dwar l-użu tat-titoli tal-klassijiet fil-listi ta’ prodotti u servizzi għall-applikazzjonijiet u għar-reġistrazzjonijiet ta’ trade mark Komunitarja, kien jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-34 klassi ta’ prodotti u l-11-il klassi ta’ servizzi jinkludu t-totalità tal-prodotti u tas-servizzi, u għalhekk l-użu tal-indikazzjonijiet ġenerali kollha mogħtija fit-titolu ta’ klassi ta’ klassi partikolari jikkostitwixxi pretensjoni fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi kollha li jaqgħu f’din il-klassi partikolari.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>, il-President tal-EUIPO adotta l-Komunikazzjoni Nru 2/12, li tħassar il-Komunikazzjoni Nru 4/03 u li tikkonċerna l-użu tat-titoli tal-klassijiet fil-listi ta’ prodotti u servizzi għall-applikazzjonijiet u għar-reġistrazzjonijiet ta’ trade mark Komunitarja. Il-punt V ta’ din il-komunikazzjoni kien jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fir-rigward tat-trade marks [tal-Unjoni Ewropea] irreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ tal-[Komunikazzjoni Nru 2/12] u li jużaw l-indikazzjonijiet ġenerali kollha mogħtija fit-titolu ta’ klassi partikolari, l-[EUIPO] iqis li l-intenzjoni tal-applikant, fid-dawl tal-kontenut tal-Komunikazzjoni Nru 4/03, kienet li jkopri l-prodotti jew is-servizzi kollha elenkati fil-lista alfabetika ta’ din il-klassi fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fil-mument tal-preżentata.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża, esposti fil-punti 1 sa 16 tas-sentenza appellata, jistgħu, għall-ħtiġijiet ta’ din il-proċedura, jiġu deskritti fil-qasir bil-mod segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20091218">18 ta’ Diċembru 2009</DATE>, l-appellanti, VM Vermögens-Management, ippreżentat applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea quddiem l-EUIPO, skont ir-Regolament Nru 207/2009. It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kienet is-sinjal verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Vermögensmanufaktur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>trade mark ikkontestata<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Is-servizzi li fir-rigward tagħhom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kienu jaqgħu fil-klassijiet 35 u 36, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Ftehim ta’ Nice<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), u kienu jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>klassi 35: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Reklamar; servizzi ta’ ġestjoni tan-negozju; amministrazzjoni kummerċjali; xogħol tal-uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 36: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Assigurazzjonijiet; affarijiet finanzjarji; affarijiet monetarji; ġestjoni ta’ portafoll, konsultazzjonijiet finanzjarji; affarijiet marbuta ma’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110208">8 ta’ Frar 2011</DATE>, l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin tat-trade marks Komunitarji</HT> Nru 26/2011. Fit-<DATE ISO="20110518">18 ta’ Mejju 2011</DATE>, it-trade mark ikkontestata ġiet irreġistrata bin-numru 8770042.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120730">30 ta’ Lulju 2012</DATE>, l-intervenjenti fl-ewwel istanza, DAT Vermögensmanagement, ressqet quddiem l-EUIPO talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fil-konfront tat-trade mark ikkontestata fir-rigward tas-servizzi kollha li għalihom kienet ġiet irreġistrata, skont l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) ta’ dan ir-regolament (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE>, l-appellanti ppreżentat osservazzjonijiet fejn talbet li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiġi miċħuda fl-intier tagħha. Fis-<DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE>, l-intervenjenti fl-ewwel istanza ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar dawk ippreżentati mill-appellanti fil-<DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE> u ppreżentat l-Annessi 7 sa 25, imsemmija fil-punt 3 tad-deċiżjoni kontenzjuża. Hija talbet ukoll estensjoni tat-terminu sabiex tipproduċi l-provi addizzjonali li hija kienet talbet li tikkonsulta mingħand id-Deutsches Patent- und Markenamt (l-Uffiċċju tal-Privattivi u tat-Trade Marks Ġermaniż), iżda li kienet għadha ma rċevietx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130812">12 ta’ Awwissu 2013</DATE>, l-appellanti talbet estensjoni tat-terminu sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, estensjoni li ngħatat mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130823">23 ta’ Awwissu 2013</DATE>, l-intervenjenti fl-ewwel istanza ppreżentat osservazzjonijiet ġodda, li magħhom kienu mehmuża l-Annessi 26 sa 30, imsemmija fil-punt 3 tad-deċiżjoni kontenzjuża (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Annessi kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni kklassifikat, b’mod żbaljat, dawn l-osservazzjonijiet bħala dawk tal-appellanti u fit-<DATE ISO="20130902">2 ta’ Settembru 2013</DATE> innotifikathom, bħala tali, lill-intervenjenti fl-ewwel istanza. Barra minn hekk, hija informat liż-żewġ partijiet li l-fażi kontradittorja tal-proċedimenti kienet ingħalqet. Fl-istess jum, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, wara li ndunat bl-iżball tagħha, annullat il-komunikazzjoni tagħha indirizzata lill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20131014">14 ta’ Ottubru 2013</DATE>, l-EUIPO informa lill-appellanti biċ-ċaħda tat-talba għal estensjoni tat-terminu mressqa mill-intervenjenti fl-ewwel istanza fis-<DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE>, għar-raġuni li din tal-aħħar ma kinitx immotivat din it-talba, u bil-fatt li l-osservazzjonijiet ta’ din tal-aħħar tat-<DATE ISO="20130823">23 ta’ Awwissu 2013</DATE> ma kinux ser jittieħdu inkunsiderazzjoni. L-EUIPO speċifika li kopja tal-ittra tal-intervenjenti fl-ewwel istanza tat-<DATE ISO="20130823">23 ta’ Awwissu 2013</DATE> kienet intbagħtitilha biss għal finijiet ta’ informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131030">30 ta’ Ottubru 2013</DATE>, l-appellanti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-intervenjenti fl-ewwel istanza fis-<DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131108">8 ta’ Novembru 2013</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni bagħtet lill-intervenjenti fl-ewwel istanza l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-appellanti fit-<DATE ISO="20131030">30 ta’ Ottubru 2013</DATE>, filwaqt li indikat li dawn l-osservazzjonijiet kienu jikkonċernaw l-osservazzjonijiet tat-<DATE ISO="20130823">23 ta’ Awwissu 2013</DATE> u, għal darba oħra, iddikjarat magħluqa l-fażi kontradittorja tal-proċedimenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20131210">10 ta’ Diċembru 2013</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fl-intier tagħha. Hija essenzjalment ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq il-fatt li l-kelma Ġermaniża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="ITALIC">Manufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ma setax ikollha tifsira konkreta fir-rigward tas-servizzi kkonċernati, minħabba n-natura intanġibbli tagħhom. Għaldaqstant, skont id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, il-kombinazzjoni tal-kliem Ġermaniż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögen</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/><HT TYPE="ITALIC">Manufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> kellha, fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata, karattru distintiv u ma kinitx ta’ natura li tiddeskrivi servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140205">5 ta’ Frar 2014</DATE>, l-intervenjenti fl-ewwel istanza ppreżentat appell quddiem l-EUIPO kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO laqa’ dan l-appell. Huwa qies, fl-ewwel lok, li d-dokumenti prodotti quddiemu mill-appellanti u mill-intervenjenti fl-ewwel istanza kienu biss provi li jikkompletaw u jikkonkretizzaw il-provi diġà prodotti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u li, għalhekk, huwa kien qiegħed jeżerċita, skont l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009, is-setgħa diskrezzjonali tiegħu sabiex jaċċettahom. Huwa qies, fit-tieni lok, li t-trade mark ikkontestata kienet deskrittiva u ma kellhiex karattru distintiv. Għaldaqstant, huwa annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ddikjara invalida t-trade mark ikkontestata fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fid-<DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, l-appellanti ppreżentat rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża. L-appellanti invokat erba’ motivi insostenn ta’ dan ir-rikors, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-intervenjenti fl-ewwel istanza fit-<DATE ISO="20130823">23 ta’ Awwissu 2013</DATE> meta dawn kienu ġew miċħuda minħabba li kienu ġew ippreżentati tard, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 76 ta’ dan ir-regolament, sa fejn il-Bord tal-Appell inkluda <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, fil-kuntest tal-eżami tiegħu, fatti li l-partijiet ma kinux invokaw fil-ħin, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tal-imsemmi regolament li wassal lill-Bord tal-Appell sabiex jikkonkludi li t-trade mark ikkontestata kienet deskrittiva tas-servizzi kkonċernati u, fl-aħħar nett, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tal-istess regolament, sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li t-trade mark ikkontestata ma kellhiex karattru distintiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara l-preżentata tar-rikors, fil-<DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, l-EUIPO informa lill-Qorti Ġenerali bil-fatt li, fit-<DATE ISO="20160923">23 ta’ Settembru 2016</DATE>, l-appellanti kienet ippreżentat dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>dikjarazzjoni tal-2016<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), sabiex tispeċifika s-servizzi li kellha l-intenzjoni tinkludi fil-kuntest tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata. L-EUIPO indika li, skont il-lista ġdida ta’ servizzi, ippubblikata fis-<DATE ISO="20161107">7 ta’ Novembru 2016</DATE> fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea</HT>, minbarra s-servizzi msemmija fil-punt 11 ta’ din is-sentenza, is-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata, li jaqgħu fil-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, kienu jikkorrispondu għal kull waħda minn dawn il-klassijiet bid-deskrizzjoni segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>klassi 35: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Servizzi ta’ bejgħ b’irkant; riċerki marbuta mal-kummerċ; servizzi ta’ informazzjoni u ta’ konsulenza kummerċjali indirizzati lill-konsumaturi [ċentru ta’ informazzjoni għall-konsumaturi]; previżjonijiet ekonomiċi; servizzi ta’ aġenziji ta’ informazzjoni kummerċjali; investigazzjonijiet marbuta mal-kummerċ; studju tas-suq; […] servizzi ta’ ħarsa lejn l-istampa; stħarriġ tal-opinjoni; servizzi ta’ paragun tal-prezzijiet; servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi; riċerka ta’ sponsorships<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 36: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Konsultazzjoni fil-qasam finanzjarju; informazzjoni finanzjarja; konsultazzjoni fil-qasam tal-assigurazzjonijiet; informazzjoni fil-qasam tal-assigurazzjonijiet; servizzi ta’ depożitu f’sejfijiet; sponsorship finanzjarju; depożitu ta’ titoli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar l-ittra tal-EUIPO tal-<DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, l-appellanti talbet lill-Qorti Ġenerali, b’mod sussidjarju, sabiex tikkonferma d-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward biss tas-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, imsemmija fil-punt 11 ta’ din is-sentenza, u sabiex tiddeċiedi li t-trade mark ikkontestata kellha tibqa’ rreġistrata legalment għas-servizzi koperti mid-dikjarazzjoni tal-2016, u, b’mod iktar sussidjarju, sabiex tikkonferma d-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward biss tas-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, imsemmija fil-punt 11 ta’ din is-sentenza, u sabiex tibgħat il-kawża lura quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO sabiex twettaq eżami inizjali fir-rigward tas-servizzi msemmija fid-dikjarazzjoni tal-2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata:</P></ITEM><ITEM><P>tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka sitt aggravji, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), it-tieni wieħed, fuq ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament, il-ħames wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 75 tal-imsemmi regolament u, is-sitt wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 76 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel żewġ aggravji tagħha, l-appellanti targumenta li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikoli 17 u 47 tal-Karta, billi rrifjutat li tirrikonoxxi, essenzjalment, li, minħabba l-portata retroattiva tal-emenda tar-reġistru tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>reġistru<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) wara d-dikjarazzjoni tal-2016 tagħha, id-deċiżjoni kontenzjuża kienet annullat it-trade mark ikkontestata fir-rigward biss tas-servizzi li jaqgħu fit-tifsira letterali tat-titolu tal-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice u li, għalhekk, fl-ebda mument ma kien possibbli li tiġi vverifikata n-natura reġistrabbli ta’ din it-trade mark għas-servizzi miżjuda għall-ewwel darba permezz ta’ din id-dikjarazzjoni. L-appellanti targumenta wkoll li l-Qorti Ġenerali, minħabba f’hekk, ivvizzjat is-sentenza appellata b’nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 152 tas-sentenza appellata, li, permezz tal-argumenti tagħha, l-appellanti kienet qiegħda titlobha tibdel id-deċiżjoni kontenzjuża, kif previst fl-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, fil-punt 153 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, skont l-appellanti, li l-Artikolu 65(2) ta’ dan ir-regolament kien jippermettilha biss tannulla jew tibdel id-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO minħabba nuqqas ta’ kompetenza, minħabba ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, minħabba ksur tat-Trattat, tal-imsemmi regolament jew ta’ kwalunke dispożizzjoni legali oħra dwar l-applikazzjoni tagħhom, jew minħabba użu ħażin ta’ poter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Wara li fakkret li, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali ma tistax tannulla jew tibdel tali deċiżjoni għal raġunijiet li joħorġu wara l-adozzjoni tagħha, fil-punt 154 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali kkonstatat, skont l-appellanti, li d-dikjarazzjoni tal-2016 kienet sussegwenti għad-deċiżjoni kontenzjuża u, għaldaqstant, warrbet bħala inammissibbli, fil-punt 155 ta’ dik is-sentenza, it-talbiet imressqa mill-appellanti fl-osservazzjonijiet tagħha msemmija fil-punt 25 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, l-appellanti ssostni li l-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji għandha tiġi eskluża jekk twassal sabiex l-interessi tagħha, li huma protetti minn prinċipji fundamentali, jintlaqtu mingħajr ġustifikazzjoni fattwali jew motivazzjoni ddettaljata, li huwa l-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, b’reazzjoni għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Chartered Institute of Patent Attorneys</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑307/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:361">EU:C:2012:361</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-Artikolu 28(8) tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424, jipprevedi, sabiex jiġu protetti l-aspettattivi leġittimi tal-proprjetarji ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea, perijodu tranżitorju li matulu dawn il-proprjetarji, li kienu bbażaw ruħhom fuq il-prattika tal-EUIPO li kienet fis-seħħ f’dak iż-żmien u li kienu rreġistraw it-trade marks tagħhom għat-titolu kollu ta’ klassijiet tal-Ftehim ta’ Nice, setgħu jiddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom, fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni tagħhom, kienet li jitolbu l-protezzjoni ta’ prodotti jew ta’ servizzi lil hinn mit-tifsira letterali tat-titolu ta’ dawn il-klassijiet, bil-kundizzjoni li l-prodotti jew is-servizzi hekk indikati jinsabu fil-lista alfabetika ta’ dawn il-klassijiet tal-Ftehim ta’ Nice.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Bir-riferiment, b’mod partikolari, f’din id-dispożizzjoni, għall-intenzjoni tal-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni, kien intiż li l-emenda tar-reġistru, wara dikjarazzjoni magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu 28(8) tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424, tkun retroattiva għad-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kien imissha kkunsidrat it-trade mark ikkontestata daqslikieku, fid-data tad-deċiżjoni kontenzjuża, kienet ġiet irreġistrata mhux biss fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġenerali tat-titoli tal-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, iżda wkoll fir-rigward tas-servizzi miżjuda għall-ewwel darba permezz tad-dikjarazzjoni tal-2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-portata retroattiva tal-emenda tar-reġistru li tirriżulta mid-dikjarazzjoni tal-2016 meta kkonstatat, fil-punt 154 tas-sentenza appellata, li t-talbiet tal-appellanti kienu bbażati fuq fatt li ħareġ wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-appellanti ssostni li b’hekk il-Qorti Ġenerali ċaħditha mill-possibbiltà li tiġi żgurata l-verifika tan-natura reġistrabbli, bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea, tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fir-rigward tas-servizzi li kienu ġew inklużi permezz tad-dikjarazzjoni tal-2016 u, għaldaqstant, kisret b’mod inġustifikat il-protezzjoni tad-dritt tagħha għall-proprjetà intellettwali previst fl-Artikolu 17 tal-Karta u wettqet ksur tad-dritt għal smigħ tagħha li joħroġ mill-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-appellanti targumenta li r-raġunament segwit mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 149 sa 155 tas-sentenza appellata, li wassalha sabiex tiċħad bħala inammissibbli l-argumenti li fuq il-bażi tagħhom l-appellanti kienet talbitha tirrikonoxxi, essenzjalment, li d-deċiżjoni kontenzjuża ma kinitx annullat it-trade mark ikkontestata fir-rigward tas-servizzi koperti mid-dikjarazzjoni tal-2016, huwa vvizzjat b’nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament segwit, b’mod li jippermetti lill-persuni kkonċernati jidentifikaw il-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. L-appellanti tosserva li, għalkemm il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali tista’ tkun impliċita, huwa madankollu meħtieġ li l-Qorti Ġenerali teżamina b’mod suffiċjenti t-talbiet u l-punti prinċipali kollha tal-argumenti tal-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, skont l-appellanti, bħala motivazzjoni, il-Qorti Ġenerali semmiet, fil-punti 152 sa 154 tas-sentenza appellata, il-fatt li hija ma tistax tannulla jew tibdel id-deċiżjoni kontenzjuża fuq il-bażi ta’ raġunijiet li joħorġu wara l-adozzjoni tagħha, mingħajr ma teżamina l-effett retroattiv tal-emenda tar-reġistru minħabba d-dikjarazzjoni tal-2016. B’hekk, minkejja l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-appellanti, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina punt essenzjali tal-argumenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-replika tagħha l-appellanti sostniet li l-motivazzjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-allegata impossibbiltà li tiġi rreġistrata, bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għall-indikazzjonijiet ġenerali tat-titoli tal-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice ma tistax tiġi sempliċement trasposta għas-servizzi li ġew miżjuda permezz tad-dikjarazzjoni tal-2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Tali traspożizzjoni hija possibbli biss, skont l-appellanti, għas-servizzi li għandhom rabta suffiċjentement diretta u konkreta mal-indikazzjonijiet ġenerali tat-titoli tal-klassijiet tal-ftehim ta’ Nice tant li jifformaw kategorija ta’ servizzi omoġena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, la l-EUIPO u lanqas il-Qorti Ġenerali ma wrew li l-motivazzjoni dwar l-allegata impossibbiltà li t-trade mark ikkontestata tiġi rreġistrata ma tapplikax biss għall-indikazzjonijiet ġenerali tat-titoli tal-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice iżda tapplika wkoll għas-servizzi miżjuda għall-ewwel darba permezz tad-dikjarazzjoni tal-2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li l-ewwel żewġ aggravji ma mhumiex fondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Sa fejn l-appellanti targumenta li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 149 sa 155 tas-sentenza appellata, minn naħa, kisret l-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikoli 17 u 47 tal-Karta u, min-naħa l-oħra, ivvizzjat is-sentenza appellata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, għandu jiġi osservat li l-argumenti mqajma minnha huma bbażati fuq il-premessa li r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata, u għalhekk id-deċiżjoni kontenzjuża suġġetta għall-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali, tikkonċerna biss l-indikazzjonijiet ġenerali tat-titoli tal-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, bil-konsegwenza li l-protezzjoni ta’ din it-trade mark kienet ġiet estiża, minħabba d-dikjarazzjoni tal-2016, għas-servizzi miżjuda permezz tagħha, li għaldaqstant ma kinux is-suġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark ikkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li, konformement mal-approċċ espost fl-ewwel paragrafu tal-punt IV tal-Komunikazzjoni Nru 4/03, kif ukoll fil-punt V tal-Komunikazzjoni Nru 2/12, l-indikazzjoni tat-titoli tal-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice fl-applikazzjoni għat-trade mark<?PAGE NO="10"?> Vermögensmanufaktur kienet maħsuba sabiex din it-trade mark tiġi protetta fir-rigward tat-totalità tas-servizzi li jinsabu fil-lista alfabetika ta’ dawn il-klassijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Brandconcern vs EUIPO u Scooters India</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑577/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:122">EU:C:2017:122</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fid-data tar-reġistrazzjoni tagħha, il-protezzjoni li kienet tibbenefika minnha t-trade mark ikkontestata kienet diġà tinkludi s-servizzi msemmija fid-dikjarazzjoni tal-2016. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(8) tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424, jipprevedi li t-trade marks li fir-rigward tagħhom ma ġietx ippreżentata dikjarazzjoni għandhom jitqiesu, b’effett mill-<DATE ISO="20160924">24 ta’ Settembru 2016</DATE>, li jkopru biss il-prodotti jew is-servizzi li jaqgħu b’mod ċar fit-tifsira letterali tal-indikazzjonijiet li jinsabu fit-titolu tal-klassi kkonċernata tal-Ftehim ta’ Nice.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>B’hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li tallega l-appellanti, id-dikjarazzjoni tal-2016 ma kellhiex l-għan li żżid servizzi ġodda mal-protezzjoni li tibbenefika minnha t-trade mark ikkontestata iżda li tiżgura li, b’effett mill-iskadenza tat-terminu previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(8) tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424, is-servizzi koperti minn din id-dikjarazzjoni jibqgħu jibbenefikaw minn din il-protezzjoni minkejja l-fatt li ma jaqgħux b’mod ċar fit-tifsira letterali tal-indikazzjonijiet li jinsabu fit-titolu tal-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif osserva ġustament l-EUIPO fl-atti tiegħu, filwaqt li d-deċiżjoni kontenzjuża ngħatat qabel id-dikjarazzjoni tal-2016, hija kienet tikkonċerna s-servizzi kollha li fir-rigward tagħhom it-trade mark ikkontestata kienet ġiet irreġistrata u għalhekk is-servizzi kollha li jaqgħu fil-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, inklużi dawk koperti minn din id-dikjarazzjoni, b’tali mod li din id-deċiżjoni ddikjarat l-invalidità ta’ din it-trade mark fir-rigward ta’ dawn is-servizzi kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn huma bbażati fuq premessa li ma tikkorrispondix mal-portata tal-protezzjoni li kienet effettivament tibbenefika minnha t-trade mark ikkontestata, l-argumenti żviluppati mill-appellanti fil-kuntest tal-ewwel żewġ aggravji huma bbażati fuq premessa legalment żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li, fil-punt 154 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tat motivazzjoni li tippermetti lill-appellanti tidentifika r-raġunijiet għaliex ċaħdet it-talbiet tagħha għal bidla tad-deċiżjoni kontenzjuża. Għaldaqstant, is-sentenza appellata ma hijiex ivvizzjata, f’dan ir-rigward, minn nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel żewġ aggravji għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti targumenta li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 meta kkonstatat li t-trade mark ikkontestata kienet deskrittiva fir-rigward tas-servizzi kollha koperti minn din it-trade mark, bl-eċċezzjoni tas-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>reklamar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>xogħol tal-uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-appellanti targumenta li s-sentenza appellata hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ineżatti fir-rigward tal-perċezzjoni, mill-pubbliku rilevanti, tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali qieset, minn naħa, fil-punt 53 ta’ din is-sentenza, li dan il-pubbliku kellu l-kapaċità jifhem it-tifsira tal-kliem Ġermaniż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögen</HT><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/><HT TYPE="ITALIC">Manufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Min-naħa l-oħra, fil-punti 57 u 58 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-kombinazzjoni ta’ dawn<?PAGE NO="11"?> iż-żewġ kelmiet kellha tifsira ċara u inekwivoka, jiġifieri dik tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>manifattura ta’ patrimonju<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li ma tmurx lil hinn mis-somma tal-indikazzjonijiet mogħtija minn dawn iż-żewġ elementi, u minn dan iddeduċiet li l-pubbliku rilevanti kellu l-kapaċità jifhem li t-trade mark ikkontestata kienet tirreferi għal struttura jew għal post partikolari fejn kienu prodotti jew proposti, b’mod mhux standardizzat, servizzi b’kontenut tematiku li kien preċiż ħafna u li kellu relazzjoni mill-qrib mal-patrimonju u mal-finanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, skont l-appellanti, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/><HT TYPE="ITALIC">Manufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tintuża fil-lingwa kurrenti fir-rigward tal-merkanzija biss. Għaldaqstant, fir-rigward ta’ servizzi, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tiskatta, għall-pubbliku rilevanti, proċess ta’ riflessjoni u ma tkunx assoċjata direttament u immedjatament ma’ servizzi individwalizzati ta’ kwalità għolja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kkonstatat in-natura deskrittiva tat-trade mark ikkontestata fir-rigward tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>servizzi ta’ ġestjoni tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u tas-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>amministrazzjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, li jaqgħu fil-klassi 35 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fil-punt 73 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali osservat li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/><HT TYPE="ITALIC">Manufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tista’ tirreferi għall-post tal-provvista tas-servizzi u li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> tista’ għalhekk titqies bħala l-indikazzjoni ta’ tali post. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali qieset li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>servizzi ta’ ġestjoni tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> kif ukoll is-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>amministrazzjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jistgħu jiġu pprovduti f’tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>manifattura ta’ patrimonju<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-punt 74 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali indikat li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/><HT TYPE="ITALIC">Manufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> tista’ tirreferi għal servizzi individwalizzati ta’ kwalità għolja, b’tali mod li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>manifattura ta’ patrimonju<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> tiddeskrivi l-użu intenzjonat tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>servizzi ta’ ġestjoni tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u tas-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>amministrazzjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> fis-sens li l-imsemmija servizzi ser jinftiehmu bħala servizzi ta’ kwalità superjuri li jippermettu l-kisba ta’ patrimonju b’mod individwalizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Issa, għall-kuntrarju ta’ dak li jeżiġi l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, it-trade mark ikkontestata ma tikkonsistix esklużivament f’indikazzjoni li tintuża, fil-kummerċ, sabiex jiġi indikat l-użu intenzjonat ta’ tali servizzi. Is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>servizzi ta’ ġestjoni tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u s-servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>amministrazzjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> huma maħsuba sabiex jiġi żgurat is-suċċess operazzjonali u ekonomiku ta’ impriża. Dawn is-servizzi għalhekk ma humiex intiżi għall-kisba ta’ patrimonju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-eventwali indikazzjonijiet dwar servizzi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>kwalità partikolarment għolja<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jew dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>servizzi individwalizzati<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ma jagħtux informazzjoni dwar l-użu intenzjonat ta’ dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, dejjem skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha wkoll fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 meta kkonkludiet, fil-punti 66 sa 69 tas-sentenza appellata, li t-trade mark ikkontestata hija deskrittiva fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu fil-klassi 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Tali raġunament huwa bbażat esklużivament fuq l-allegazzjoni li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> ser tinftiehem bħala l-post fejn jiġu pprovduti s-servizzi li jaqgħu fl-imsemmija klassi 36. Issa, b’dan jiġi identifikat biss, l-iktar l-iktar, il-fornitur ta’ dawn is-servizzi, u mhux karatteristika tal-imsemmija servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-motivazzjoni tas-sentenza appellata hija, skont l-appellanti, kontradittorja. Filwaqt li l-Qorti Ġenerali tqis, fil-punti 46 u 47 tas-sentenza appellata, li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/><HT TYPE="ITALIC">Manufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> ser tinftiehem lil hinn mit-tifsira oriġinali tagħha bħala marbuta ma’ servizzi ta’ kwalità għolja, mill-punt 69 tal-imsemmija sentenza jirriżulta li, fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu fil-klassi 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, din il-kelma għandha żżomm it-tifsira oriġinali tagħha u tirreferi għall-post preċiż fejn jiġu pprovduti s-servizzi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li t-tielet aggravju huwa manifestament infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 256 TFUE u mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appell huwa limitat għall-punti ta’ liġi. Il-Qorti Ġenerali għandha kompetenza esklużiva sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi. Għaldaqstant, ħlief fil-każ ta’ żnaturament tagħhom, l-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti u ta’ dawn il-provi ma hijiex punt ta’ liġi suġġett, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑488/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:673">EU:C:2018:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, filwaqt li tinvoka interpretazzjoni allegatament żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 u motivazzjoni allegatament kontradittorja tas-sentenza appellata, l-appellanti qiegħda tikkontesta biss l-evalwazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-perċezzjoni tat-trade mark ikkontestata mill-pubbliku rilevanti u fir-rigward tal-karattru deskrittiv tagħha fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 35 u 36 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>B’hekk, fil-verità, l-appellanti qiegħda tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi bl-analiżi tagħha l-analiżi magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-evalwazzjoni sovrana tagħha tal-fatti u tal-provi, mingħajr ma tallega madankollu ebda żnaturament tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti targumenta li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u b’hekk ikkonkludiet, fil-punt 113 tas-sentenza appellata, li t-trade mark ikkontestata ma kellhiex karattru distintiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Hija ssostni, l-ewwel nett, li, fil-punt 110 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali indikat biss li, fid-dawl tas-servizzi kkonċernati, din it-trade mark hija pperċepita, b’mod ċar u dirett, mill-pubbliku rilevanti bħala li tirreferi għal servizzi ta’ kwalità għolja u bħala li tippermettilu jittama li l-provvista ta’ dawn is-servizzi ser twassal għal tkattir tal-patrimonju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-punt 111 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali indikat biss li t-trade mark ikkontestata la hija suffiċjentement oriġinali jew notevoli u lanqas ma hija suffiċjentement inabitwali mill-aspett tal-istruttura formali tagħha sabiex teżiġi xi tip ta’ sforz ta’ interpretazzjoni, ta’ riflessjoni jew ta’ analiżi min-naħa tal-pubbliku rilevanti, filwaqt li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Audi vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:29">EU:C:2010:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-eżistenza ta’ tali karatteristiċi ma hijiex kundizzjoni neċessarja sabiex jiġi stabbilit il-karattru distintiv ta’ referenza ta’ tifħir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>B’hekk, b’mod partikolari fil-punti 112 u 113 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, skont l-appellanti, immotivat il-konklużjoni tagħha li t-trade mark ikkontestata ma għandhiex karattru distintiv billi sostniet biss li din kienet ipperċepita mill-pubbliku rilevanti bħala referenza ta’ tifħir jew bħala informazzjoni promozzjonali marbuta mal-effettività tas-servizzi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tosserva l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li minnha jirriżulta li tali konstatazzjoni ma hijiex suffiċjenti sabiex jitqies li trade mark ma għandhiex karattru distintiv, peress li din tista’ tiġi pperċepita fl-istess ħin bħala informazzjoni promozzjonali u bħala indikazzjoni tal-oriġini, li għandha karattru distintiv (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Audi vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:29">EU:C:2010:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali la stabbilixxiet u lanqas ma mmotivat b’mod suffiċjenti l-assenza ta’ karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata, u tali assenza lanqas ma tista’ tiġi ġġustifikata mill-karattru allegatament deskrittiv tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 ma humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li r-raba’ aggravju huwa manifestament infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>L-argument tal-appellanti fis-sens li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, essenzjalment, li t-trade mark ikkontestata ma kellhiex karattru distintiv, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, għas-sempliċi raġuni li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> tikkostitwixxi referenza ta’ tifħir, huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 95 tas-sentenza appellata, li trade mark li hija deskrittiva, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jkollhiex, għal din ir-raġuni, karattru distintiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-punt 96 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, għall-kuntrarju, jekk trade mark ma tkunx deskrittiva fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija ma tkunx, għal din ir-raġuni, neċessarjament distintiva u li, f’tali każ, għandu jiġi eżaminat ukoll jekk, intrinsikament, din it-trade mark hijiex ta’ natura tali li tissodisfa l-funzjoni essenzjali tat-trade mark, jiġifieri li tidentifika l-oriġini kummerċjali tal-prodott jew tas-servizz inkwistjoni sabiex tippermetti lill-konsumatur li jakkwista l-prodott jew is-servizz identifikati mit-trade mark jagħmel, fil-kuntest ta’ akkwist ulterjuri, l-istess għażla jekk l-esperjenza tirriżulta waħda pożittiva jew li jagħmel għażla differenti jekk l-esperjenza tirriżulta waħda negattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 99 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret ukoll li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-konnotazzjoni ta’ tifħir ta’ trade mark verbali ma teskludix li din hija ta’ natura tali li tiggarantixxi lill-konsumaturi l-provenjenza tal-prodotti jew tas-servizzi identifikati minnha. B’hekk, trade mark tista’, fl-istess ħin, tiġi pperċepita mill-pubbliku kkonċernat bħala formola promozzjonali u bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti jew tas-servizzi identifikati minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Audi vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:29">EU:C:2010:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, fil-punt 111 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali osservat li t-trade mark ikkontestata la hija suffiċjentement oriġinali, la hija notevoli, u lanqas ma għandha struttura formalment inabitwali sabiex teżiġi xi tip ta’ sforz ta’ interpretazzjoni, ta’ riflessjoni jew ta’ analiżi min-naħa tal-pubbliku rilevanti, b’tali mod li dan tal-aħħar b’hekk jassoċjaha qabel kollox mas-servizzi identifikati minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali minn dan ikkonkludiet li ma jistax jiġi aċċettat li impriża għandha tkun tista’ timmonopolizza l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/><HT TYPE="ITALIC">Vermögensmanufaktur</HT><QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> bħala trade mark tal-Unjoni meta din l-espressjoni ma tippermettix lill-pubbliku rilevanti jiddistingwi s-servizzi pprovduti minn din l-impriża minn dawk ipprovduti minn impriża oħra fl-istess settur ta’ attività.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 112 tal-imsemmija sentenza, li l-pubbliku rilevanti ma huwiex ser jasal sabiex jipperċepixxi fit-trade mark ikkontestata, lil hinn minn informazzjoni promozzjonali, indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali partikolari li tippermettilu jagħmel, fil-kuntest ta’ akkwist ulterjuri, l-istess għażla jekk l-esperjenza tirriżulta waħda pożittiva jew li jagħmel għażla differenti jekk l-esperjenza tirriżulta waħda negattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-appellanti ma tistax issostni li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali fis-sens li, kif jirriżulta mill-punt 113 tas-sentenza appellata, it-trade mark ikkontestata ma għandhiex karattru distintiv hija motivata biss mill-karattru ta’ tifħir ta’ din it-trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames u s-sitt aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames u tas-sitt aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li, meta kkunsidrat, fil-punti 123 sa 133 u 135 sa 148 tas-sentenza appellata, li l-Annessi kontenzjużi 26 sa 30 prodotti mill-intervenjenti fl-ewwel istanza ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod determinanti mill-Bord tal-Appell fl-evalwazzjoni tiegħu tan-natura reġistrabbli tat-trade mark ikkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret, minn naħa, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, li tipprovdi li d-deċiżjonijiet tal-EUIPO jistgħu jkunu bbażati biss fuq raġunijiet li dwarhom il-partijiet setgħu jieħdu pożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 76(2) ta’ dan ir-regolament, li jipprovdi li l-EUIPO ma jistax jieħu inkunsiderazzjoni fatti li l-partijiet ma jkunux invokaw jew provi li l-partijiet ma jkunux ipproduċew fil-ħin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, fir-rigward tal-Annessi kontenzjużi 27, 29 u 30, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punti 125 u 141 tas-sentenza appellata, li dawn l-annessi ma ssemmewx b’mod espliċitu fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Issa, filwaqt li tammetti li l-Bord tal-Appell ma semmiex espliċitament dawn l-annessi, l-appellanti ssostni li l-punti 29 u 40 tad-deċiżjoni kontenzjuża jirriproduċu t-termini tal-Anness kontenzjuż 29. Għaldaqstant, skont l-appellanti, dan l-anness ittieħed inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell, mingħajr ma kellha l-possibbiltà tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-annessi kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>L-appellanti targumenta, barra minn hekk, li, peress li warrbet l-ilmenti bbażati fuq ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 għas-sempliċi raġuni li l-Annessi kontenzjużi 27, 29 u 30 ma ssemmewx b’mod espliċitu fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali ma vverifikatx jekk dawn l-annessi kinux fatturi determinanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell jew kinux sempliċement provi supplimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Annessi kontenzjużi 26 u 28, il-Qorti Ġenerali qieset, b’mod partikolari fil-punt 128, 132 u 142 tas-sentenza appellata, li dawn ma kinux determinanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni mill-Bord tal-Appell u li kienu biss provi komplementari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tal-Anness kontenzjuż 28, dan jikkonċerna preċiżament l-istess trade mark Ġermaniża Finanzmanufaktur bħal dik imsemmija fl-Anness kontenzjuż 29, li ġie riprodott bl-istess termini mill-Bord tal-Appell. Għaldaqstant, skont l-appellanti, huwa evidenti li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni wkoll dan l-anness 28 fl-evalwazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Anness kontenzjuż 26, dan jikkonċerna deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Privattivi u tat-Trade Marks Ġermaniż dwar in-natura reġistrabbli tat-trade mark Kreditmanufaktur. Peress li l-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni ġiet riprodotta kważi b’mod identiku mill-Bord tal-Appell, l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali li dan l-anness huwa biss prova addizzjonali u ma kienx determinanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell hija, skont l-appellanti, żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni li l-ħames u s-sitt aggravju huma manifestament infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Sa fejn huwa possibbli li jiġi osservat xebh bejn l-Annessi kontenzjużi u l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, kif issostni l-appellanti, ma jistax jiġi nnegat li jista’ jiġi kkritikat il-fatt li ġew riprodotti provi li ma ġewx ippreżentati fil-ħin u li dwarhom il-partijiet ma setgħux jieħdu pożizzjoni. Madankollu, għandu jiġi osservat li, fil-punti 128, 130 u 131 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali osservat li l-Bord tal-Appell seta’ jibbaża r-raġunament tiegħu fuq annessi oħra ppreżentati mill-intervenjenti fl-ewwel istanza, imsemmija b’mod partikolari fil-punti 43 u 50 tas-sentenza appellata, u li fir-rigward tagħhom ma huwiex ikkontestat li ġew ippreżentati fil-ħin, li l-appellanti kienet ħadet konoxxenza tagħhom u li hija setgħet tieħu pożizzjoni dwarhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn dan, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punti 132 u 142 tas-sentenza appellata, li l-Annessi kontenzjużi ma kinux determinanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Appell u li kienu biss provi supplimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest tal-appell tagħha, l-appellanti qiegħda sempliċement ittenni, essenzjalment, l-argumenti li hija kienet ressqet fl-ewwel istanza mingħajr ma tindika b’liema mod il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet, fil-punti 134 u 144 tas-sentenza appellata, li l-motivi bbażati fuq eventwali teħid inkunsiderazzjoni tal-Annessi kontenzjużi mill-Bord tal-Appell kienu ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ħames u s-sitt aggravju għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-imsemmija Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Peress li l-EUIPO talab li l-appellanti tiġi kkundannata għall-ispejjeż u peress li din tal-aħħar tilfet fir-rigward tal-aggravji tagħha, din tal-aħħar għandha tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-EUIPO.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">VM Vermögens-Management GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="16"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>