02017R0375 — MT — 28.04.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/375 tat-2 ta' Marzu 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 058 4.3.2017, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/574 tat-30 ta’ Marzu 2021 |
L 120 |
9 |
8.4.2021 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/375
tat-2 ta' Marzu 2017
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva prosulfuron, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, tiġġedded kif stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 2
Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
|
Isem komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
Prosulfuron Numru CAS 94125-34-5 Numru CIPAC 579 |
1-(4-metossi-6-metil-triażin-2-il)-3-[2-(3,3,3-trifluworopropil)-fenilsulfonil]-urea |
950 g/kg L-impurità 2-(3,3,3-trifluworo-propil)-benżen sulfonammid ma għandhiex taqbeż l-10 g/kg fil-materjal tekniku. |
L-1 ta' Mejju 2017 |
It-30 ta' April 2024 |
►M1
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-prosulfuron, u b’mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F’dik il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dawn li ġejjin: — il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli; — il-protezzjoni tal-konsumaturi, filwaqt li jitqies l-esponiment għall-metaboliti tal-prosulfuron; — ir-riskju għall-pjanti terrestri u akkwatiċi mhux fil-mira. Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, skont kif ikun xieraq. ◄ |
|
(1)
Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni. |
|||||
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
fil-Parti A, titħassar l-entrata 31 dwar il-prosulfuron;
fil-Parti E, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
Isem komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
“6 |
Prosulfuron Numru CAS 94125-34-5 Numru CIPAC 579 |
1-(4-metossi-6-metil-triażin-2-il)-3-[2-(3,3,3-trifluworopropil)-fenilsulfonil]-urea |
950 g/kg L-impurità 2-(3,3,3-trifluworo-propil)-benżen sulfonammid ma għandhiex taqbeż l-10 g/kg fil-materjal tekniku. |
L-1 ta' Mejju 2017 |
It-30 ta' April 2024 |
PARTI A L-użu għandu jkun limitat għal applikazzjoni waħda kull tliet snin fl-istess għalqa f'doża massima ta' 20 g ta' sustanza attiva għal kull ettaru. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-prosulfuron, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil: — il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta' klima vulnerabbli. — ir-riskju għall-pjanti terrestri u akkwatiċi mhux fil-mira. Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju. L-applikant għandu jissottometti informazzjoni konfermatorja rigward il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolit triażinammina (CGA150829), biex jikkonferma li dan il-metabolit mhuwiex ġenotossiku u mhuwiex rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju; L-applikant għandu jissottometti din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Ottubru 2017.” |
|
(*1)
Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni. |
||||||