|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
924 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-20 ta' Ġunju 2006
li ttemm il-proċeduri ta' l-antidumping tal-karbur tas-silikon li joriġina mir-Rumanija
(2006/423/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
|
1) |
Fis-17 ta' Mejju 2005, il-Kummissjoni rċeviet ilment rigward l-allegazzjoni ta' dumping inġurjuż minn importazzjonijiet ta' karbur tas-silikon li joriġina mir-Rumanija. |
|
2) |
L-ilment tressaq mill-Kunsill għall-Industrija Kimika Ewropea (“CEFIC”) f'isem il-produtturi tal-Komunità li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-karbur tas-silikon skond l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
3) |
L-ilment prima facie kien fih evidenza ta' l-eżistenza ta' dumping u ta' ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' proċeduri ta' l-antidumping. |
|
4) |
Permezz ta' avviż (“avviż ta' bidu”) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2), il-Kummissjoni fetħet proċedura ta' l-antidumping rigward l-importazzjonijiet lejn il-Komunità tal-karbur tas-silikon, li attwalment huwa kklassifikat fi ħdan il-Kodiċi NM 2849 20 00 u li joriġina mir-Rumanija. |
|
5) |
Uffiċjalment il-Kummissjoni għarrfet lill-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet ta' importaturi jew l-esportaturi magħrufa li huma kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, l-utenti, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-produtturi tal-Komunità li qed iressqu l-ilment bil-bidu ta' l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet taghħom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta' bidu u ntbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha interessati. |
B. IRTIRAR TA' L-ILMENT U GĦELUQ TAL-PROĊEDURA
|
6) |
Fl-1 ta' Marzu 2006 CEFIC formalment irtirat l-ilment tagħha. |
|
7) |
Skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċedura tista' tintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm tmiem bħal dan tal-proċedura ma jmurx kontra l-interess tal-Komunità. |
|
8) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha tintemm peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda konsiderazzjoni li turi li l-għeluq tal-proċedura ma jkunx fl-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati kif jixraq u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu ebda kummenti li jindikaw li tali tmiem tal-proċedura ma jkunx fl-interess tal-Komunità. |
|
9) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċedura ta' l-antidumping li tikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità tal-karbur tas-silikon li joriġina fir-Rumanija għandha tingħalaq mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri ta' l-antidumping, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-proċeduri anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' karbur tas-silikon, attwalment kklassifikat fi ħdan il-Kodiċi NM 2849 20 00 u li joriġina mir-Rumanija, huwa hawnhekk mitmum.
Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).