<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-580/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0580</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:797">EU:C:2020:797</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑580/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Stadt Offenbach am Main (Servizz ta’ stand-by f’post iżolat)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑580/19</HT></P><P>RJ</P><P>vs</P><P>Stadt Offenbach am Main</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Darmstadt (il-Qorti Amministrattiva ta’ Darmstadt, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ ħin tax-xogħol u ta’ perijodu ta’ mistrieħ</KEYWORD><KEYWORD>Pompieri professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Servizz ta’ stand-by mingħajr post stabbilit mill-persuna li timpjega</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’liema ċirkustanzi l-ħin li ħaddiem jgħaddi f’sitwazzjoni ta’ stand-by jista’ jitqies bħala ħin tax-xogħol?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ ħin tax-xogħol li jinsab fid-Direttiva 2003/88/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</P></NOTE> jista’ jestendi sabiex ikopri sitwazzjonijiet li fihom il-ħaddiem, minkejja li ma jkunx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>qed jaħdem<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, ikun jinsab f’sitwazzjoni tali li ma tippermettilux mistrieħ effettiv? U liema huma l-karatteristiċi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>mistrieħ effettiv<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> skont l-għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiem ta’ din id-direttiva?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jista’ wieħed jimmaġina li jeżistu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>grey areas<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> li fihom il-ħaddiem ma jkunx f’ħin tax-xogħol, iżda lanqas f’perijodu ta’ mistrieħ?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Dawn huma l-mistoqsijiet fl-isfond ta’ din il-kawża li, eżaminata b’mod ikkoordinat flimkien ma’ C‑344/19, tagħti l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tittratta l-klassifikazzjoni ġuridika tal-perijodi on-call u ta’ stand-by fid-dawl tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet diversi drabi dwar dan is-suġġett, iżda din il-kawża, minħabba l-karatteristiċi partikolari tal-każ inkwistjoni (nuqqas ta’ obbligu għall-ħaddiem ta’ preżenza fiżika f’post indikat mill-persuna li timpjega, ħin qasir ta’ reazzjoni għas-sejħa u ċerti restrizzjonijiet addizzjonali meħtieġa mill-karatteristiċi partikolari tax-xogħol), teħtieġ eżami mill-ġdid tal-prinċipji ddikjarati sa issa sabiex jiġu evalwati żviluppi possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, il-kwistjoni hija dwar jekk il-perijodi on-call, bl-obbligu għall-ħaddiem li jkun stand-by fi kwalunkwe mument u li jintervjeni, eventwalment, fi żmien għoxrin minuta, għandhomx jitqiesu bħala ħin tax-xogħol jew bħala perijodu ta’ mistrieħ fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Dan b’rigward, b’mod partikolari, għall-fatt li r-rikorrent, pompier, kien suġġett, fil-każ ta’ sejħa, għall-obbligu li jasal fi ħdan l-imsemmi ħin ta’ reazzjoni limitat fil-limiti tal-belt fejn kellu jipprovdi s-servizz bl-ilbies tax-xogħol u bil-vettura ta’ intervent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tad-Direttiva 2003/88 tistabbilixxi li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-ħaddiema kollha għandhom ikollhom perjodi adekwati ta’ serħan [mistrieħ]. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>serħan<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> [mistrieħ] għandu jkun espress f’unitajiet ta’ ħin, <HT TYPE="ITALIC">i.e</HT>. f’jiem, f’sigħat u/jew frazzjonijiet tagħhom. Il-ħaddiema tal-Komunità għandhom ikunu mogħtija l-perjodi minimi ta’ serħan [mistrieħ] ta’ kull jum u ta’ kull ġimgħa, u waqfien adekwati. Huwa wkoll meħtieġ li f’dan il-kuntest jitqiegħed limitu massimu fuq sigħat tax-xogħol matul kull ġimgha.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> ifisser kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu [ikun] għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi [nazzjonali];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> [mistrieħ] ifisser kwalunkwe perjodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>serħan adekwat [mistrieħ adegwat]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ifisser li l-ħaddiema jkollhom perjodi regolari ta’ serħan [mistrieħ], li t-tul tagħhom huwa espress f’unitajiet ta’ ħin u li huma suffiċjentement twal u kontinwi li jassiguraw li, bħala riżultat ta’ għajja jew tendenzi oħrajn irregolari tax-xogħol, li ma joħolqux xi korriment għalihom, għal ħaddiema sħabhom jew għal oħrajn u li ma jkunux ta’ ħsara għal saħħithom, la f’terminu qasir u l-anqas f’terminu fit-tul<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Anness għall-Verordnung über die Organisation, Mindeststärke und Ausrüstung der öffentlichen Feuerwehren (ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni, il-Limitu Minimu ta’ Forzi u Allokazzjonijiet tal-Korpi Pubbliċi tal-Pompieri), tas‑<DATE ISO="20031217">17 ta’ Diċembru 2003</DATE>, jipprovdi li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-allokazzjonijiet tat-tieni livell, inkluż il-persunal neċessarju għal dan il-għan, għandhom jaslu fuq il-post ta’ intervent, bħala regola ġenerali, f’terminu ta’ 20 minuta wara l-bidu tal-allarm […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Einsatzdienstverfügung der Feuerewehr Offenbach (iċ-Ċirkulari Operattiva tal-Korpi Pubbliċi tal-Pompieri tal-Belt ta’ Offenbach am Main), fil-verżjoni tagħha tat‑<DATE ISO="20180618">18 ta’ Ġunju 2018</DATE>, l-uffiċjal li jwettaq servizz <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Beamter vom Einsatzleitdienst<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>servizz <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>BvE<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) għandu jmur immedjatament fuq il-post ta’ intervent billi juża l-privileġġi tiegħu li jidderogaw mill-Kodiċi tat-Triq u d-drittijiet ta’ preċedenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligi imposti fuq l-uffiċjal li jwettaq servizz <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>BvE<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-imsemmija ċirkulari tipprovdi speċifikament fil-paġna 6:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Matul iż-żmien tas-servizz <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>BvE<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, l-uffiċjal għandu jżomm ruħu għad-dispożizzjoni u jkun f’post li jippermettilu josserva l-ħin ta’ intervent ta’ 20 minuta. Din ir-regola titqies li hija osservata meta, billi jintużaw il-privileġġi proprji li jidderogaw mill-Kodiċi tat-Triq u d-drittijiet ta’ reċedenza proprji, il-ħin tal-vjaġġ mill-post fejn ikun jinsab u l-limiti tal-Belt ta’ Offenbach am Main ikun ta’ 20 minuta jew inqas. Dan il-ħin tal-vjaġġ japplika fil-każ ta’ traffiku medju intensiv u f’kundizzjonijiet normali tat-traffiku u meteoroloġiċi.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>RJ, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, huwa uffiċjal u jeżerċita s-servizz tiegħu bħala pompier mal-Korp tal-Pompieri tal-Belt ta’ Offenbach am Main.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Minbarra s-servizz ordinarju tiegħu, ir-rikorrent, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Korp tal-Pompieri tal-Belt ta’ Offenbach am Main u bħala mexxej ta’ tim, għandu jeżerċita regolarment is-servizz imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>BvE<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>stand-by<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Matul dan is-servizz, RJ għandu jkun dejjem fuq stand-by u jkollu lesti u disponibbli l-ilbies tax-xogħol kif ukoll il-vettura ta’ intervent imqiegħda għad-dispożizzjoni mill-persuna li timpjega. Huwa għandu l-obbligu li jwieġeb għas-sejħiet li jirċievi u li bihom jiġi informat dwar l-okkorrenza ta’ avvenimenti li dwarhom huwa obbligat jieħu deċiżjonijiet. Xi kultant, huwa għandu jmur fl-unità operattiva jew fil-post ta’ servizz tiegħu. Meta jwettaq servizz ta’ stand-by, ir-rikorrent għandu jagħżel il-post fejn ikun jinsab b’mod tali li jkun jista’ jasal bl-ilbies tax-xogħol u bil-vettura ta’ intervent, fil-każ ta’ intervent neċessarju, fil-limiti tal-Belt ta’ Offenbach am Main fi żmien 20 minuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Matul il-ġimgħa, is-servizz ta’ stand-by idum mill‑17:00 sas‑7:00 tal-għada, filwaqt li fi tmiem il-ġimgħa, dan ikun mill‑17:00 tal-Ġimgħa sas‑7:00 tat-Tnejn u jista’ jkun li dan jingħadd ma’ ġimgħa ta’ servizz ta’ 42 siegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Bħala medja, ir-rikorrent wettaq servizz ta’ stand-by fi tmiem il-ġimgħa minn 10 sa 15‑il darba fis-sena. Matul il-perijodu mill‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> sal‑<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, huwa wettaq total ta’ 126 servizz ta’ stand-by, li matulhom huwa kellu jwieġeb għal allarmi jew jintervjeni fiżikament 20 darba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>RJ talab ir-rikonoxximent tal-imsemmija perijodi mwettqa fis-servizz ta’ stand-by bħala ħin tax-xogħol u r-remunerazzjoni relattiva. Min-naħa l-oħra, il-persuna li timpjega, permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20140806">6 ta’ Awwissu 2014</DATE>, ċaħdet tali talbiet billi qieset li tali servizz f’ebda każ ma seta’ jiġi kkunsidrat bħala ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, RJ ippreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju fejn sostna li l-perijodi on-call jistgħu jitqiesu bħala ħin tax-xogħol anki meta, minkejja l-fatt li l-ħaddiem ma jkunx marbut li jkun preżenti fiżikament f’post iddeterminat mill-persuna li timpjega, din tal-aħħar tistabbilixxi madankollu terminu qasir ħafna li fih il-ħaddiem irid imur lura għax-xogħol. F’dan il-każ, RJ isostni li, f’każ ta’ allarm, u sabiex ikun jista’ josserva t-terminu ta’ 20 minuta, huwa għandu immedjatament jitlaq mid-dar tiegħu b’riżultat li ma jkunx f’pożizzjoni li jiddedika ruħu għal attivitajiet li ma jistgħux jiġu interrotti. Barra minn hekk, barra mir-residenza tiegħu, huwa jista’ jeżerċita biss attivitajiet li jippermettulu li jkun jinsab fil-viċinanza immedjata tal-vettura tiegħu. Għalhekk, matul is-servizz ta’ stand-by, huwa jkun suġġett għal limitazzjonijiet kbar fl-għażla libera tal-attivitajiet li għalihom huwa jista’ jiddedika ruħu, b’mod partikolari mat-tfal tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-persuna li timpjega, min-naħa l-oħra, is-servizz <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>BvE<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ħin tax-xogħol peress li RJ ma kienx obbligat li jżomm ruħu għad-dispożizzjoni f’post stabbilit mill-persuna li timpjega u li jinsab barra mill-kuntest tiegħu ta’ ħajja privata. It-terminu ta’ 20 minuta li għandu r-rikorrent sabiex jasal fil-limiti tal-belt joffri lil RJ perimetru ġeografiku xieraq li fih huwa jista’ jiċċaqlaq liberament, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-vettura ta’ intervent tingħata privileġġi ta’ deroga mill-Kodiċi tat-Triq fil-każ ta’ użu tas-sinjali ta’ allarm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>B’mod preliminari, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, l-attivitajiet eżerċitati mill-forzi ta’ intervent ta’ korp tal-Istat tal-pompieri jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Personalrat der Feuerwehr Hamburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑52/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:467">ECLI:EU:C:2005:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u, min-naħa l-oħra, il-kwistjonijiet dwar ir-remunerazzjoni tas-servizzi ta’ stand-by ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Madankollu, hija tqis li l-kwistjoni dwar il-klassifikazzjoni tas-servizz ta’ stand-by bħala ħin tax-xogħol fis-sens tad-Direttiva 2003/88 hija deċiżiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwima pendenti. Fil-fatt, konformement mad-dritt nazzjonali, il-persuna li timpjega lil RJ hija obbligata tagħti remunerazzjoni għas-servizz ta’ stand-by kif mitlub mir-rikorrent biss fil-każ fejn dan tal-aħħar ikun wettaq attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu ħin tax-xogħol bi ksur tal-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa aċċettat mid-Direttiva 2003/88. Barra minn hekk, it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jiġi rrikonoxxut li s-servizz ta’ stand-by jikkostitwixxi ħin tax-xogħol ma tirrigwardax il-kisba ta’ remunerazzjoni differenti eventwali iżda hija intiża sabiex jiġi evitat li fil-futur RJ ikollu jaħdem iktar mill-ħin massimu ta’ xogħol aċċettat mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, sa issa, il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet li tikkunsidra li s-servizz on-call jaqa’ taħt il-ħin tax-xogħol biss meta l-ħaddiem ikun marbut li jkun preżenti fiżikament f’post stabbilit mill-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Madankollu, hija tenfasizza li fis-sentenza Matzak<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li s-servizz on-call imwettaq minn ħaddiem fir-residenza tiegħu għandu, dan ukoll, jiġi kklassifikat bħala ħin tax-xogħol, billi bbażat ruħha, minn naħa, fuq il-fatt li l-ħaddiem kien marbut jibqa’ preżenti fiżikament f’post stabbilit mill-persuna li timpjega (f’dan il-każ, fir-residenza tiegħu stess) u, min-naħa l-oħra, fuq il-limitazzjoni tal-possibbiltajiet għall-ħaddiem li jiddedika ruħu għall-interessi personali u soċjali proprji li jirriżultaw min-neċessità li jasal fuq il-post tax-xogħol fi żmien 8 minuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-konstatazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Matzak ma jeskludux li anki l-perijodi on-call bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża – li matulhom, għalkemm il-persuna li timpjega ma timponi fuq il-ħaddiem ebda post preċiż fejn huwa għandu jkun preżenti, dan tal-aħħar ikun, fi kwalunkwe każ, suġġett għal limitazzjonijiet sinjifikattivi għall-għażla libera tal-post fejn ikun jinsab u fl-organizzazzjoni tal-ħin liberu tiegħu – ikunu jistgħu wkoll jiġu kklassifikati bħala ħin tax-xogħol. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta – bħal f’dan il-każ – billi l-persuna li timpjega timponi ħin qasir li matulu l-ħaddiem irid imur lura għax-xogħol, tistabbilixxi portata ġeografika li fiha l-ħaddiem għandu jkun fiżikament, u b’hekk tillimita l-għażla libera tiegħu fir-rigward tal-post fejn ikun jinsab u l-attivitajiet rikreattivi li għalihom huwa jkun jista’ jiddedika ruħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Tali affermazzjoni hija kkonfermata, skont il-qorti tar-rinviju, fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fil-kawża Matzak, peress li jidher li fehem is-sitwazzjoni li wasslet għas-sentenza Matzak mhux fis-sens li l-pompier inkwistjoni kien marbut jibqa’ preżenti fir-residenza tiegħu stess, iżda li kellu sempliċement ikun f’pożizzjoni li jasal l-istazzjon fi żmien 8 minuti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Din il-qorti tirreferi, barra minn hekk, għall-punt 63 tas-sentenza Matzak u għall-punt 66 tad-digriet Grigore<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Grigoire</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li minnhom jirriżulta li l-kwalità tal-ħin għad-dispożizzjoni tal-ħaddiem hija element rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk perijodu ta’ stand-by għandux jiġi kklassifikat bħala ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Barra minn hekk hija tirrileva li l-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali, il-Ġermanja) affermat li perijodu ta’ stand-by jikkostitwixxi ħin tax-xogħol meta l-ħaddiem ikun obbligat imur lura għax-xogħol fi żmien 20 minuta, irrispettivament mill-fatt jekk il-persuna li timpjega tkunx stabbilixxiet jew le post speċifiku li fih il-ħaddiem huwa marbut li jkun preżenti fiżikament matul tali perijodu. Il-fattur determinanti huwa fil-fatt il-limitazzjoni tal-libertà tal-ħaddiem fir-rigward tal-possibbiltà ta’ għażla tal-post fejn ikun jinsab u tal-organizzazzjoni tal-ħin liberu proprju minħabba l-ħin strett impost mill-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont il-qorti nazzjonali, ikun diskriminatorju li jiġu esklużi s-servizzi on-call mill-ħin tax-xogħol għas-sempliċi raġuni li l-persuna li timpjega ma pprevedietx post speċifiku fejn il-ħaddiem għandu jkun preżenti fiżikament, peress li, għal dan tal-aħħar, l-obbligu li jasal f’post speċifiku (f’dan il-każ il-limiti tal-Belt ta’ Offenbach am Main) fi żmien 20 minuta, bl-uniformi tiegħu u bil-vettura ta’ intervent, jista’ jkollu, fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-ħin liberu tiegħu, effett li b’mod definittiv huwa restrittiv daqs dak li jirriżulta mill-impożizzjoni min-naħa tal-persuna li timpjega ta’ post speċifiku fejn għandu jkun jinsab. Barra minn hekk, hija ssostni li, billi tissuġġetta lill-ħaddiem għal ħin qasir ta’ intervent, il-persuna li timpjega, indirettament, timponi fuq dan tal-aħħar ukoll il-post fejn huwa għandu jkun preżenti fiżikament, u b’hekk tillimita b’mod sinjifikattiv il-possibbiltajiet tiegħu li jgħix il-ħajja privata tiegħu kif iqis xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis ukoll li, fir-rigward tal-kwistjoni tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, minħabba d-diġitalizzazzjoni tax-xogħol u l-eżistenza ta’ telexogħol, l-element tal-impożizzjoni min-naħa tal-persuna li timpjega ta’ lokalizzazzjoni partikolari tal-ħaddiem għandu jkollu rwol sekondarju fid-definizzjoni tal-kunċett inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>B’riferiment għat-tieni domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tfakkar li l-kriterju użat mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja) sabiex tiddetermina jekk is-servizz on-call jaqax taħt il-ħin tax-xogħol huwa marbut mal-prevedibbiltà, skont l-esperjenza, ta’ sejħa tal-ħaddiem li timponilu li jidħol lura għas-servizz. F’tali kuntest, il-fattur determinanti huwa kkostitwit mill-frekwenza li biha l-ħaddiem għandu jistenna li jiġi msejjaħ matul is-servizz on-call u għalhekk, jekk tali servizz jiġi interrott biss b’mod sporadiku min-neċessità ta’ intervent, dan ma jkunx ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi għalhekk jekk, fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala ħin tax-xogħol tas-servizz on-call li ma għandux neċessarjament jingħadda fuq il-post tax-xogħol jew fir-residenza proprja, iżda li, minħabba l-karatteristiċi l-oħra tiegħu, jinvolvi restrizzjonijiet notevoli għall-organizzazzjoni tal-ħin liberu tal-ħaddiema, il-frekwenza tat-talbiet għal intervent tistax jew le tkun element rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Darmstadt (il-Qorti Amministrattiva ta’ Darmstadt, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li għandhom jitqiesu bħala ħin tax-xogħol il-perijodi ta’ stand-by li matulhom l-ħaddiem ikollu l-obbligu li jmur fil-partijiet ta’ barra tal-belt fejn huwa assenjat, bl-uniformi u fil-vettura ta’ intervent tiegħu, fi żmien 20 minuta,<?PAGE NO="6"?> minkejja li l-persuna li timpjegah ma timponix fuqu post li fih għandu jkun preżenti fiżikament, iżda fejn il-ħaddiem ikun madankollu suġġett għal restrizzjonijiet importanti fl-għażla tal-post fejn huwa jinsab u fil-possibbiltajiet li huwa jkollu sabiex jiddedika ruħu għall-interessi personali u soċjali tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fl-ewwel domanda preliminari, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll, fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol, il-punt dwar jekk, u sa fejn, matul il-perijodi ta’ on-call li huwa għandu jwettaq f’post mhux deċiż mill-persuna li timpjega, il-ħaddiem għandu bħala regola ġenerali jistenna li jissejjaħ sabiex imur għal intervent?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/88, ibbażata fuq l-Artikolu 153(2) TFUE, tillimita ruħha li tirregola ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema u ma tapplikax, skont il-paragrafu 5 tal-istess artikolu, għall-kwistjoni tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, bl-eċċezzjoni fil-każ tal-ipoteżi speċifika fir-rigward tal-leave annwali mħallas, imsemmi fl-Artikolu 7(1) tal-istess direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, fl-aħħar lok, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Hälvä <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑175/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:617">EU:C:2017:617</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>; għaldaqstant, bħala prinċipju, din ma tapplikax għar-remunerazzjoni tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-fatt li s-suġġett tal-kawża prinċipali huwa t-talba għall-ħlas tar-remunerazzjoni, bħala ħin tax-xogħol, tas-sigħat stand-by mingħajr interruzzjoni, ma jimplikax li ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-qorti nazzjonali titlob indikazzjonijiet dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88, interpretazzjoni meqjusa neċessarja għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali. Il-fatt li din tal-aħħar tirrigwarda, fl-aħħar mill-aħħar, kwistjoni ta’ remunerazzjoni huwa irrilevanti, peress li hija l-qorti nazzjonali u mhux il-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi dik il-kwistjoni fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, inqis li d-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Għan tad-Direttiva, kunċett ta’ ħin tax-xogħol u ta’ servizz on-call</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/88 għandha l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi maħsuba sabiex tiġi mtejba l-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, għan li jintlaħaq, fost l-oħrajn, permezz tal-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ħin tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Maio Marques da Rosa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑306/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:844">EU:C:2017:844</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Dan l-għan huwa element prinċipali fil-kostruzzjoni tad-dritt soċjali Ewropew. Wara li, abbażi tal-Artikolu 153 TFUE, iffissa l-prinċipji ġenerali għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat‑<DATE ISO="19890612">12 ta’ Ġunju 1989</DATE>, il-leġiżlatur ta forma konkreta lil tali linji gwida permezz ta’ sensiela ta’ direttivi speċifiċi. Fosthom, fil-fatt, id-Direttiva 2003/88 li kkodifikat id-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE preċedenti tat‑<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Fil-fatt, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tafferma b’mod konsistenti li peress li l-Artikoli 1 sa 8 tad-Direttiva 2003/88 huma redatti f’termini essenzjalment identiċi għal dawk tal-Artikoli 1 sa 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE tat‑<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE> dwar xi aspetti ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197), kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 27), l-interpretazzjoni ta’ dawn l-artikoli mill-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiġi trasposta għall-artikoli msemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 2003/88; <HT TYPE="ITALIC">ex multis</HT>, ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Grigore</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 jiffissaw perijodi minimi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa kif ukoll limitu ta’ tmienja u erbgħin siegħa għall-medja tal-ħin tax-xogħol fil-ġimgħa, inkluża s-sahra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Permezz tal-imsemmija dispożizzjonijiet huwa implimentat l-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li, wara li rrikonoxxa, fil-paragrafu 1 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[k]ull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[k]ull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni ta’ sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta’ mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta’ leave imħallas<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Tali dritt huwa marbut direttament mar-rispett tad-dinjità tal-bniedem li hija protetta b’mod iktar wiesa’ fit-Titolu I tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tanchev fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>King</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑214/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:439">EU:C:2017:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest sistematiku li l-Qorti tal-Ġustizzja affermat li r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2003/88 jikkostitwixxu regoli tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandhom importanza partikolari li minnhom għandu jibbenefika kull ħaddiem inkwantu huma regoli minimi meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones Obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dellas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑14/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:728">EU:C:2005:728</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Grigore</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, protezzjoni, li ma taqax biss fl-interess individwali tal-ħaddiem, iżda wkoll ta’ dak tal-persuna li timpjega kif ukoll tal-interess ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:338">EU:C:2018:338</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-ewwel konsegwenza li, fil-fehma tiegħi, tista’ tinsilet mir-rabta ta’ strumentalità bejn id-Direttiva 2003/88 u d-drittijiet soċjali fundamentali rrikonoxxuti mill-Karta hija li l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/88 u d-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandhom ikunu xierqa sabiex jippermettu t-tgawdija sħiħa u effettiva mid-drittijiet suġġettivi li din tirrikonoxxi lill-ħaddiema, filwaqt li jiġi eliminat kull ostakolu li fil-fatt jista’ jillimita jew jippreġudika l-imsemmija tgawdija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:87">EU:C:2019:87</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, fl-interpretazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/88 għandu jitqies li, bħalma enfasizzat diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-ħaddiem għandu jiġi kkunsidrat bħala l-parti dgħajfa fil-kuntratt ta’ xogħol, b’tali mod li huwa neċessarju li tiġi prekluża sitwazzjoni fejn il-persuna li timpjega tgawdi mill-fakultà li timponi fuqu restrizzjoni tad-drittijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-raġuni ta’ protezzjoni kkostitwixxiet id-dawl li ggwida lill-Qorti tal-Ġustizzja fix-xogħol interpretattiv tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Eżempju ċar u sinjifikattiv tal-interpretazzjoni teleoloġika tal-Qorti tal-Ġustizzja jinsab qabel kollox fl-interpretazzjoni li hija tat lid-definizzjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>perijodu ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>; interpretazzjoni li pproduċiet effetti frammentarji fuq l-ekwilibriju leġiżlattiv preżenti f’diversi Stati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>F’dan is-sens, fid-duttrina ara Leccese, V., Directive 2003/88/EC concerning certain aspects of the organisation of working time, f’Ales, E., Bell, M., Deinert, O., Robin-Olivier, S., (edituri), International and European Labour Law. Article-by-Article Commentary, Nomos Verlagsgesellshaft, Baden-Baden, 2018, p. 1285‑1332, b’mod partikolari p. 1291.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Id-Direttiva, meta tiddefinixxi l-kunċett ta’ <HT TYPE="ITALIC">ħin tax-xogħol</HT>, utli għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-protezzjonijiet li din tipprevedi, tirreferi, fil-fatt, għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu [ikun] <HT TYPE="ITALIC">għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> […]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>; b’mod simetriku, <HT TYPE="ITALIC">perijodu ta’ mistrieħ</HT> ifisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kwalunkwe perjodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (Artikolu 2(1) u (2)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Kif ippreċiżat diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>perijodu ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tad-Direttiva 2003/88 jikkostitwixxu kunċetti tad-dritt tal-Unjoni li għandhom jiġu ddefiniti skont karatteristiċi oġġettivi, filwaqt li jsir riferiment għas-sistema u l-iskop ta’ din id-direttiva, intiża sabiex tistabbilixxi rekwiżiti minimi maħsuba sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-ħaddiema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; għaldaqstant, dawn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ma għandhomx jiġu interpretati skond ir-rekwiżiti tal-liġijiet differenti ta’ l-Istati Membri […]. Hija biss interpretazzjoni awtonoma bħal din li tista’ tiżgura lil din id-direttiva l-effikaċità sħiħa tagħha u kif ukoll applikazzjoni uniformi ta’ dawn il-kunċetti fl-Istati Membri kollha. […] [I]l-fatt li d-definizzjoni tal-kunċett tal-ħin tax-xogħol tirreferi għal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>liġijiet u/jew il-prattiki nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> ma jfissirx illi l-Istati Membri jistgħu b’mod unilaterali jiddeterminaw il-portata ta’ dan il-kunċett. Barra minn hekk, dawn l-Istati ma jistgħu jissuġġettaw għal ebda kundizzjoni d-dritt tal-ħaddiema li jkollhom il-perijodi ta’ xogħol u, b’mod korrelattiv, dawk tal-mistrieħ debitament meħuda in kunsiderazzjoni, peress illi dan id-dritt jirriżulta direttament mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Kull interpretazzjoni oħra tostakola l-għan tad-Direttiva 93/104<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>L-istess jgħodd, kif intqal iktar ’il fuq, għad-Direttiva 2003/88 li għaliha għalhekk jibqgħu validi l-interpretazzjonijiet preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tad-direttiva preċedentement fis-seħħ.</P></NOTE> li tarmonizza l-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema permezz ta’ rekwiżiti minimi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Jaeger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑151/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:437">EU:C:2003:437</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk tadotta approċċ deċiżament binarju: il-ħin tal-ħaddiem huwa xogħol jew huwa mistrieħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>perijodu ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fil-fatt, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>huma esklużivi waħda mill-oħra<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Simap</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:528">EU:C:2000:528</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fl-istat preżenti tad-dritt tal-Unjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>il-ħin on-call li jgħaddi minnu ħaddiem fil-kors tal-attivitajiet tiegħu għal min iħaddmu għandu jkun ikklassifikat jew bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/>, jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>perijodu ta’ serħan [mistrieħ]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fid-duttrina, ġie sostnut li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>din is-sistema binarja għandha l-vantaġġ tas-sempliċità iżda ma hijiex nieqsa minn inkonvenjenzi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Kéfer, F. u Clesse, J., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Le temps de garde inactif, entre le temps de travail et le temps de repos<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, f’Revue de la Faculté de droit de l’Université Liège, 2006, p. 161.</P></NOTE>. Fil-fatt, intqal, fost l-oħrajn, li, matul il-perijodu ta’ stand-by, anki jekk il-ħaddiem ma jwettaq ebda xogħol, il-libertà ta’ moviment tiegħu, il-kwalità tal-mistrieħ tiegħu, il-kapaċità li jehda bl-interessi proprji tiegħu hija limitata anki jekk mhux totalment eskluża; jista’ jiġri li, billi l-perijodu ta’ stand-by jiġi kklassifikat bħala mistrieħ, dan ikun sistematikament stand-by bejn żewġ perijodi ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fuq dan is-suġġett, seħħ dibattitu duttrinali wiesa’ dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat <HT TYPE="ITALIC">tertium genus</HT> bejn ħinijiet tax-xogħol u mistrieħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, għal kollha, Supiot, A., “Alla ricerca della concordanza dei tempi (le disavventure europee del <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>tempo di lavoro<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), f’Lav. dir., 1997, p. 15 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.; fid-duttrina Taljana ara wkoll Ichino, P., L’orario di lavoro e i riposi. Artt. 2107-2109, f’Schlesinger, P. (ġabra kkoordinata minn), Il Codice Civile. Commentario, Giuffrè Editore, Milan, 1987, p. 27. Iktar reċenti, Ray, J.-E., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Les astreintes, un temps du troisième type<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, f’Dr. soc. (F), 1999, p. 250; Barthelemy, J., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Temps de travail et de repos: l’apport du droit communautaire<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, f’Dr. soc. (F), 2001, p. 78.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fl-istat attwali, filwaqt li jinkludi r-rekwiżiti li fuqhom huma bbażati l-proposti ta’ qabża mid-dikotomija riġida eżistenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Mitrus, V. L., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Potential implications of the Matzak judgement (quality of rest time, right to disconnect)<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, f’European Labour Law Journal, 2019, p. 393, skont liema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>r-rapport binarju bejn <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> u <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>perijodu ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="2019" ID="QE0045"/> mhux dejjem jissodisfa r-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol attwali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</P></NOTE>, fil-fehma tiegħi, tali qabża tista’ eventwalment tiġi introdotta biss mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt nosserva li fl-introduzzjoni eventwali ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>grey area<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> bejn ix-xogħol u l-mistrieħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-partijiet kollha li intervjenew fis-seduta esprimew ruħhom kontra l-introduzzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">tertium genus</HT> bejn ix-xogħol u l-mistrieħ.</P></NOTE>, nara xi riskji f’termini ta’ applikazzjoni konkreta fl-Istati Membri kollha, u għalhekk ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, jidhirli li huwa diffiċli ħafna li wieħed jasal għal dan il-qbiż permezz ta’ interpretazzjoni fil-konfront ta’ test regolamentari ċar u inekwivoku: kull perijodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol huwa perijodu ta’ mistrieħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>L-uniku lieva, li ma għandhiex x’taqsam mal-għanijiet tad-Direttiva 2003/88, li tista’ tintuża mil-leġiżlaturi nazzjonali għal flessibbiltà ulterjuri tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol, fis-sens li jitħallsu l-limitazzjonijiet imposti fuq il-ħaddiem matul il-perijodu ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni, hija dik tar-remunerazzjoni. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja reġgħet tenniet il-prinċipju tal-libertà għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali biex jipprevedu remunerazzjonijiet distinti għar-remunerazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li fihom il-ħaddiem ikun f’perijodu ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni; ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-remunerazzjoni għal perijodi stand-by id-dar bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali skont il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-perijodi bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="2019" ID="QE0048"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>perijodu ta<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="2019" ID="QE0049"/> serħan’ [mistrieħ]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>; ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Grigore</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>d-Direttiva 2003/88 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu tal-persuna li timpjega li tħallas is-salarji u l-benefiċċji li jistgħu jitqiesu bħala salarji għall-perijodu li matulu l-gwardjan forestali għandu jiżgura s-sorveljanza tas-sezzjoni tal-foresta li għaliha huwa responsabbli ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, iżda taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-elementi li jikkaratterizzaw il-kunċett tal-ħinijiet tax-xogħol, previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88, dawn ġew miġbura fil-qosor b’mod effettiv fi: 1) kriterju spazjali (li persuna tkun fil-post tax-xogħol); 2) kriterju tal-awtorità (li persuna tkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega) u 3) kriterju professjonali (li persuna tkun fl-eżerċizzju tal-attività tagħha jew tal-funzjonijiet tagħha)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:391">EU:C:2015:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-duttrina mfakkra fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 12.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Kif ser naraw, il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl ta’ interpretazzjoni teleoloġika, kellha titbiegħed minn interpretazzjoni letterali ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>F’dan is-sens ara wkoll il-punt 40 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fis-sentenzi dwar is-servizz on-call, il-Qorti tal-Ġustizzja segwiet linja evoluttiva koerenti, sabiex toffri qafas solidu ta’ interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ ħinijiet tax-xogħol u mistrieħ, bil-għan li tattribwixxi lil kunċett wieħed jew ieħor il-perijodi li l-ħaddiema jkunu għaddew f’dik is-sitwazzjoni partikolari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, sa mill-ewwel sentenzi f’dan ir-rigward<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Simap</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:528">EU:C:2000:528</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għamlet distinzjoni bejn iż-żewġ ipoteżijiet ta’: 1) servizz on-call skont sistema ta’ preżenza fiżika fuq il-post tax-xogħol (perijodu ta’ on-call fuq il-post tax-xogħol) u 2) servizz on-call skont is-sistema li biha l-ħaddiema għandhom ikunu stand-by b’mod kontinwu mingħajr ma jkunu obbligati li jkunu preżenti fuq il-post tax-xogħol (perijodu ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-ewwel ipoteżi ma tqajjimx problemi partikolari ta’ interpretazzjoni, peress li issa huwa paċifiku li ħaddiem, obbligat li jkun preżenti u disponibbli fuq il-post tax-xogħol sabiex iwettaq ix-xogħol tiegħu, għandu jiġi kkunsidrat li qiegħed jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu u, għaldaqstant, li jinsab waqt il-ħin tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Simap</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:528">EU:C:2000:528</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, anki matul il-perijodu li fih huwa ma jwettaqx xogħol <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>It-tieni ipoteżi, li hija wkoll dik li tista’ tiġi attribwita lis-suġġett tal-kawża inkwistjoni, hija definittivament iktar kumplessa mill-perspettiva tal-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-każ ta’ stand-by, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet prinċipji differenti, anki minħabba d-domandi preliminari magħmula, li jistgħu madankollu jerġgħu jwasslu b’mod koerenti għall-perspettiva teleoloġika msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-bidu kien hemm is-sentenza Simap, dwar tobba ta’ timijiet tal-ewwel kura f’servizz on-call f’ċentru tas-saħħa; huma kellhom ikunu preżenti fuq il-post tax-xogħol għal parti mill-ħin, filwaqt li għall-parti l-oħra kellhom ikunu sempliċement <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>stand-by<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni sitwazzjoni, minkejja li kienu għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegahom, sa fejn dawn kellhom ikunu stand-by, it-tobba setgħu jiġġestixxu l-ħin tagħhom b’mod iktar liberu u jiddedikaw ruħhom għall-interessi proprji tagħhom. L-imsemmi ħin kien jaqa’, għalhekk, taħt il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>perijodu ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, ħlief għall-ħin effettivament mgħoddi f’xogħol wara s-sejħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-kawża Matzak<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Dan jirrigwarda, kif magħruf, is-servizz on-call ta’ pompier volontarju li, matul l-istand-by, kien obbligat jibqa’ fir-residenza tiegħu fl-istennija tas-sejħa li kien marbut li jwieġeb għaliha, taħt piena ta’ sanzjonijiet dixxiplinari, billi jasal fi żmien 8 minuti l-istazzjon tal-pompieri, diġà lest liebes il-ħwejjeġ tax-xogħol.</P></NOTE> hija distinta minn Simap minħabba l-fatt li l-ħaddiem ma jinsabx <HT TYPE="ITALIC">fuq il-post tax-xogħol</HT> sabiex jirrispondi <HT TYPE="ITALIC">immedjatament</HT> għas-sejħa, iżda jinsab <HT TYPE="ITALIC">f’post speċifiku tal-persuna li timpjega</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> (f’dan il-każ ir-residenza tal-ħaddiem) bl-obbligu li jwieġeb għas-sejħa <HT TYPE="ITALIC">fi żmien 8 minuti</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li servizz ta’ stand-by bħal dak ta’ R. Matzak kellu jiġi kkunsidrat kollu kemm hu bħala ħin tax-xogħol sa fejn, anki jekk ma twettaqx fuq il-post tax-xogħol, huwa kien suġġett għal restrizzjonijiet ġeografiċi (stand-by f’post iddeterminat mill-persuna li timpjega) u temporali (obbligu, ladarba msejjaħ, li jirritorna lejn il-post tax-xogħol f’perijodu ta’ ħin limitat ħafna) b’mod li jillimita b’mod sinjifikattiv ħafna l-libertà tal-ħaddiem li jiddedika ruħu, matul il-perijodu ta’ mistrieħ, għall-interessi personali u soċjali tiegħu nnifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Il-fatt li wieħed ikun jinsab f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>post iddeterminat mill-persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> tqies mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala ekwivalenti għal li jkun jinsab <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>fuq il-post tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> sa fejn kien ikkombinat mal-fatt li t-tweġiba għas-sejħa kellha ssir f’terminu tant qasir li kienet kważi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>immedjatament<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja, kif diġà għamlet fir-rigward tas-servizzi on-call ipprovduti fuq il-post tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Fejn mill-koeżistenza ta’ żewġ elementi tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol li jinsab fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 (dak spazjali, jiġifieri l-preżenza fuq il-post tax-xogħol u dak ta’ awtorità, jiġifieri li jkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega) kienet iddeduċiet il-preżenza tat-tielet (dak professjonali, jiġifieri li jkun fl-eżerċizzju tal-attività tiegħu jew tal-funzjonijiet tiegħu).</P></NOTE>, mill-koeżistenza ta’ żewġ elementi tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol iddeduċiet l-eżistenza tat-tielet element: il-fatt li wieħed ikun f’post iddeterminat mill-persuna li timpjega u l-fatt li jkun disponibbli sabiex jaħdem jintegraw ukoll l-eżerċizzju tax-xogħol tiegħu biss fil-każ fejn il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa jkun partikolarment limitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jiġi dedott li, sabiex il-perijodu mgħoddi fi stand-by mingħajr interruzzjoni jitqies bħala ħin tax-xogħol, huma meħtieġa tliet kundizzjonijiet: 1) li l-ħaddiem ikun preżenti f’post iddeterminat mill-persuna li timpjega; 2) li l-ħaddiem ikun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega sabiex iwieġeb għas-sejħa u 3) li l-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa jkun partikolarment limitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Illum il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tevalwa jekk, fid-dawl tal-perspettiva, iċċitata diversi drabi, ta’ interpretazzjoni teleoloġika tad-Direttiva 2003/88, is-sussistenza ta’ dawn l-elementi hijiex dejjem neċessarja sabiex il-perijodu ta’ stand-by jiġi kklassifikat bħala ħin tax-xogħol u jekk tali obbligi għandhomx jiġu evalwati <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> fid-dawl tar-restrizzjonijiet imposti fuq il-ħaddiem, sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn humiex ta’ natura li jostakolaw il-possibbiltajiet reali tiegħu li jiddedika ruħu għall-interessi proprji tiegħu matul il-perijodu ta’ mistrieħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-domandi preliminari: ir-restrizzjonijiet imposti mill-persuna li timpjega u l-mistrieħ effettiv</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi preliminari tagħha, il-qorti nazzjonali tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li s-servizz on-call impost fuq il-ħaddiem fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> jew, għall-kuntrarju, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>perijodu ta’ serħan [mistrieħ]<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> fis-sens tad-definizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanzi partikolari deskritti mill-qorti tar-rinviju, li wassluha sabiex ikollha dubji dwar il-possibbiltà ta’ fehim mill-ġdid ta’ każ bħal dak li huwa s-suġġett tal-evalwazzjoni tagħha fis-sitwazzjonijiet diġà analizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja, huma: a) il-fatt li l-ħaddiem kellu jkun jista’ jiġi kkuntattjat bit-telefon u jkun f’pożizzjoni li jasal fil-limiti tal-belt li fiha kellu jipprovdi s-servizz fi żmien 20 minuta; b) il-fatt li, fil-każ ta’ sejħa għal intervent, il-ħaddiem ikollu jasal fuq il-post relatat fl-imsemmija medda ta’ ħin bl-ilbies tax-xogħol; c) il-fatt li matul tali perijodu ta’ stand-by il-ħaddiem ikollu vettura tas-servizz li jintervjeni biha, mgħammra bi privileġġi ta’ deroga mir-regoli dwar it-traffiku fit-toroq u d) il-frekwenza baxxa li biha l-ħaddiem kien jissejjaħ jew kien obbligat jintervjeni matul is-servizzi on-call (20 darba minn total ta’ 126 servizz on-call imwettqa bejn l-2013 u l-2015).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-evalwazzjonijiet li għandhom isiru fid-dawl ta’ dak li ġie espost sa issa jirrigwardaw: 1) il-post fejn il-ħaddiem għandu jinsab matul il-perijodu ta’ stand-by; 2) il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa; 3) il-karatteristiċi relatati mal-modalitajiet ta’ intervent (neċessità li jintlibes l-ilbies tax-xogħol disponibbiltà tal-mezz tas-servizz) u 4) il-frekwenza li biha l-ħaddiem jintalab iwieġeb għas-sejħa sabiex jintervjeni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel element, il-post ta’ fejn għandha tinsab il-persuna matul l-istand-by, mill-proċess jirriżulta b’mod ċar li l-ħaddiem la kien legalment obbligat li jibqa’ fuq il-post tax-xogħol u lanqas f’post iddeterminat mill-persuna li timpjega: fil-fatt, huwa kien liberu li jgħaddi l-ħin tiegħu fejn ried u l-unika rabta li ġiet imposta fuqu kienet li jkun jista’ jasal fil-limiti tal-Belt ta’ Offenbach am Main fil-ħin ta’ reazzjoni ta’ għoxrin minuta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>It-tieni element, il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa, li huwa ta’ għoxrin minuta, jidher l-iktar kumpless, peress li ma jistax jitqies bħala qrib ta’ reazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>immedjata<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, iżda lanqas ma jista’ jkun kompletament xieraq sabiex jippermetti lill-ħaddiem ippjanar ta’ perijodu ta’ mistrieħ sakemm issir is-sejħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-ewwel żewġ elementi, skont il-gwida ġurisprudenzjali tal-Qorti tal-Ġustizzja deskritta fil-punt 69 iktar ’il fuq, għandha tiġi eskluża r-rabta tal-perijodu ta’ stand-by mal-ħin tax-xogħol f’każ bħal dak li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali. Fil-fatt, filwaqt li t-tieni kundizzjoni – li l-ħaddiem ikun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega sabiex iwieġeb għas-sejħa – ċertament hija ssodisfatta, l-ewwel kundizzjoni – li l-ħaddiem ikun preżenti f’post iddeterminat mill-persuna li timpjega – ma hijiex issodisfatta; sussegwentement, fir-rigward tat-tielet kundizzjoni – li l-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa jkun partikolarment limitat – din għandha tiġi vverifikata sa fejn il-ħin ta’ reazzjoni, għalkemm nettament superjuri għal dak tal-kawża Matzak, huwa fi kwalunkwe każ pjuttost qasir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>It-tielet u r-raba’ element – rispettivament dak dwar l-obbligu ta’ intervent bl-uniformi u d-disponibbiltà ta’ vettura tas-servizz, u dak dwar il-prevedibbiltà tal-frekwenza tas-sejħiet għall-interventi waqt is-servizzi ta’ stand-by – jimponu, fil-proposta tal-qorti tar-rinviju, riflessjoni dwar il-klassifikazzjoni effettiva tal-ħin mgħoddi mill-ħaddiem fi stand-by mingħajr interruzzjoni. Fil-fatt, kif rajna, hija tesprimi dubji dwar il-fatt li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ inkwistjoni, il-fatt li l-ħaddiem ma huwiex obbligat jirrisjedi, matul perijodu ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni, f’post iddeterminat mill-ħaddiem huwa biżżejjed sabiex jiġi eskluż li dan il-ħin jiġi kklassifikat bħala ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet element – il-karatteristiċi relatati mal-modalitajiet ta’ intervent –, mill-proċess jirriżulta li, matul il-perijodi ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni, il-ħaddiem ma għandux ikun biss stand-by u jagħżel il-post fejn ikun jinsab b’mod li jkun jista’ jasal fil-limiti tal-Belt ta’ Offenbach am Main fi żmien ta’ 20 minuta, iżda wkoll li jiġi impost lilu mill-persuna li timpjega li jintervjeni bl-ilbies ta-xogħol u bil-vettura tas-servizz imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu. Dawn l-aħħar żewġ ċirkustanzi, li jaffettwaw il-kwantità tal-ħin ta’ reazzjoni, huma restrizzjonijiet imposti mill-persuna li timpjega u mhux sitwazzjonijiet oġġettivi li ma jaqgħux taħt is-setgħa ta’ tmexxija tal-persuna li timpjega (għall-kuntrarju tal-kawża C‑344/19 fir-rigward tal-lokalizzazzjoni ġeografika partikolari tal-post tax-xogħol).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit ta’ intervent liebes l-uniformi jwassal għal tnaqqis fil-ħin ta’ reazzjoni skont il-kumplessità ta’ tali lbies tekniku u l-ħin neċessarju sabiex jintlibes, ċirkustanza li għandha tiġi evalwata <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ mezz tas-servizz sabiex jasal fuq il-post ta’ intervent f’każ ta’ sejħa jista’, min-naħa l-oħra, iżid il-ħin effettivament għad-dispożizzjoni tal-ħaddiem jekk il-qorti nazzjonali tikkonstata dak li jidher li jirriżulta mill-proċess, jiġifieri li dan huwa mezz tas-servizz mgħammar bi drittijiet ta’ preċedenza u privileġġi ta’ deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-regoli dwar it-traffiku fit-toroq skont l-urġenza tal-intervent. Fil-fatt, dan jippermetti lill-ħaddiem jasal fid-destinazzjoni imposta min-neċessità tal-intervent iktar malajr milli kieku kellu għad-dispożizzjoni tiegħu biss mezz tat-trasport privat jew mezzi normali tat-trasport pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tar-raba’ element, dwar il-prevedibbiltà tal-frekwenza li biha l-ħaddiem jista’ jintalab iwieġeb għas-sejħiet jew jintervjeni matul il-perijodu ta’ stand-by, anki dan, fil-fehma tiegħi, huwa element, mill-inqas parzjalment, fid-disponibbiltà tas-setgħa ta’ tmexxija tal-persuna li timpjega li, fl-organizzazzjoni tal-impriża tagħha, tista’ tagħmel evalwazzjonijiet ta’ previżjoni dwar in-neċessità ta’ intervent. Mill-proċess jirriżulta li, matul it-twettiq tas-servizzi ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni relatati bejn l-2013 u l-2015, il-ħaddiem kellu jwieġeb, bħala medja, għal 6.67 sejħa fis-sena. Tali frekwenza tal-interventi mitluba, ma jidhirlix li tista’ twassal sabiex il-ħaddiem ikollu normalment jistenna li jiġi kkuntattjat jew jintervjeni matul is-servizz ta’ stand-by. Fuq dan il-punt ukoll, hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel il-konstatazzjonijiet tal-mertu u l-evalwazzjonijiet relatati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Għas-soluzzjoni tal-każ inkwistjoni, huma kkonfermati, fil-fehma tiegħi, il-prinċipji stabbiliti sa issa mill-Qorti tal-Ġustizzja: il-fatturi determinanti sabiex il-perijodu ta’ stand-by jiġi kklassifikat bħala ħin tax-xogħol huma r-restrizzjonijiet imposti mill-persuna li timpjega, li jkunu tali li ma jippermettux lill-ħaddiem jibbenefika minn sitwazzjoni adegwata ta’ mistrieħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>F’dan is-sens, ara Leccese, V., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>Il diritto del lavoro europeo: l’orario di lavoro. Un focus sulla giurisprudenza della Corte di giustizia<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, 2016, p. 7, kontenut mhux ippubblikat iżda disponibbli fuq http://giustizia.lazio.it/appello.it/form_conv_didattico/Leccese%20-%20Diritto%20lavoro%20europeo%20e%20orario%20lavoroLECCESE.pdf, li skontu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>ma hemm ebda dubju li l-punt fundamentali tar-raġunament kollu huwa rrappreżentat minn deċiżjoni teleoloġika, li tagħti preċedenza lill-adegwatezza tal-mistrieħ permess lill-ħaddiem meta mqabbla mal-għan stabbilit mid-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>L-element addizzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja llum tista’ żżid, dejjem mill-perspettiva teleoloġika, iċċitata diversi drabi, tal-interpretazzjoni tal-kunċetti li jinsabu fid-Direttiva 2003/88, huwa li ma għandux jitqies bħala element neċessarju għall-finijiet tal-konfigurazzjoni tal-perijodu ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni bħala ħin tax-xogħol il-fatt li l-ħaddiem jinsab f’post iddeterminat mill-persuna li timpjega iżda huwa suffiċjenti l-fatt li l-ħaddiem ikun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega u jkollu jintervjeni f’terminu qasir ħafna sabiex jaħdem. Minbarra l-fatt li, f’ċerti sitwazzjonijiet, mal-fatturi determinanti jistgħu jingħaddu, f’evalwazzjoni globali li għandha ssir mill-qrati nazzjonali, ċerti kriterji sussidjarji li jistgħu jgħinu fis-soluzzjoni tal-każijiet dubjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Kif rajna fis-sentenza reċenti Matzak, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat b’mod flessibbli l-espressjoni użata mid-Direttiva li, fost ir-rekwiżiti tal-ħin tax-xogħol, tintroduċi dik li wieħed ikun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>għax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, li ma tirreferix biss għall-post tax-xogħol iżda anki għal post ieħor stabbilit mill-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Meta l-ħaddiem ma jkunx jinsab fuq il-post tax-xogħol, anki f’ċerti każijiet preċedenti eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa l-issuġġettar għal-limitazzjonijiet imposti mill-persuna li timpjega, u b’mod partikolari l-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa, li għandu rwol determinanti u mhux il-fatt li jkun jinsab f’post iddeterminat mill-persuna li timpjega jew fil-viċinanzi tal-post tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-każijiet Grigore u Tyco, iċ-ċirkustanza jekk il-ħaddiem kienx jinsab jew le f’post speċifiku stabbilit mill-persuna li timpjega jew fil-viċinanza tal-post tax-xogħol ġiet meqjusa irrilevanti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-perijodu ta’ stand-by.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fil-kawża Grigore, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-għoti ta’ akkomodazzjoni tas-servizz fil-viċinanzi tal-post tax-xogħol ma jikkostitwixxix fattur determinanti sabiex il-perijodu ta’ stand-by jiġi kklassifikat f’termini ta’ xogħol jew ta’ mistrieħ, madankollu hija ħalliet f’idejn il-qorti nazzjonali l-evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterju li ġej: il-perijodu ta’ stand-by jista’ jitqies bħala ħin tax-xogħol jekk jiġi kkonstatat li jeżistu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>obbligi li jirrendu impossibbli għall-ħaddiem ikkonċernat l-għażla tal-post ta’ residenza matul il-perijodi ta’ inattività fuq ix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>. Fil-fatt, meta jiġu stabbiliti, dawn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Grigore</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fil-kawża Tyco<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:578">EU:C:2015:578</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja, min-naħa l-oħra, affermat li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-ħin tal-ivvjaġġar ta’ ħaddiema, li ma għandhomx post tax-xogħol fiss bejn ir-residenza tagħhom u l-klijenti indikati mill-persuna li timpjega għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol peress li dawn il-ħaddiema, minkejja li kellhom ċertu grad ta’ libertà matul il-vjaġġi, kienu madankollu obbligati li jaġixxu skont l-istruzzjonijiet speċifiċi tal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Il-qari tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-perspettiva ta’ interpretazzjoni teleoloġika li għaliha diġà rreferejt diversi drabi, iwassalni, għalhekk, sabiex nikkunsidra li l-fattur determinanti fil-klassifikazzjoni tal-perijodi ta’ stand-by huwa l-intensità tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar tal-ħaddiem għad-direttivi tal-persuna li timpjega u, b’mod partikolari, il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa huwa fattur determinanti minħabba li jinfluwenza direttament b’mod oġġettiv u inekwivoku l-libertà tal-ħaddiem li jiddedika ruħu għall-interessi proprji u, essenzjalment, li jistrieħ: ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa ta’ ftit minuti ma jippermetti ebda ppjanar, anki flessibbli, tal-perijodu ta’ mistrieħ proprju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ħin ta’ reazzjoni raġonevoli għas-sejħa jippermetti lill-ħaddiem jiddedika ruħu għal attivitajiet oħra matul il-perijodu ta’ stand-by, anki jekk bl-għarfien tal-possibbiltà li jissejjaħ għas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Il-ħin ta’ reazzjoni, fil-fehma tiegħi, jinfluwenza wkoll il-post fejn il-ħaddiem irid ikun jinsab matul il-perijodu ta’ stand-by<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>L-obbligu ta’ tweġiba għas-sejħa f’terminu partikolarment qasir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>jillimita l-libertà tal-ħaddiem li jamministra l-ħin tiegħu. Dan jimplika limitazzjonijiet kemm ġeografiċi kif ukoll temporali fuq l-attivitajiet tal-ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>; ara Mitrus, L., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>Potential implications of the <HT TYPE="ITALIC">Matzak</HT> judgment (quality of rest time, right to disconnect)<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, f’European Labour Law Journal, 2019, p. 391.</P></NOTE>: huwa evidenti li ħin ta’ reazzjoni qasir ħafna jimponi li l-ħaddiem ikun preżenti matul l-istand-by f’medda ġeografika determinata li, essenzjalment, hija ddeterminata mill-persuna li timpjega<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Frankart, A. u Glorieux, M., Temps de garde: regards rétrospectifs et prospectifs à la lumière des développements européens, La loi sur le travail - 40 ans d’application de la loi du <DATE ISO="19710316">16 mars 1971</DATE> (taħt il-koordinazzjoni xjentifika ta Gilson, S. u Dear, L.), Anthémis, Limal, 2011, p. 374.</P></NOTE>. Din tal-aħħar, jiġifieri, anki jekk ma timponix li l-ħaddiem joqgħod f’post determinat, jekk timponilu ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa qasir ħafna, effettivament tkun timponilu wkoll restrizzjoni sostanzjali fuq il-libertà ta’ moviment tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Għalhekk, inqis li ma huwiex daqstant il-post fejn il-ħaddiem ikun jinsab matul il-perijodu ta’ stand-by li għandu rwol deċiżiv għall-klassifikazzjoni ta’ dan il-perijodu f’termini ta’ mistrieħ jew ta’ xogħol, iżda r-restrizzjoni għal-libertà ta’ moviment tal-ħaddiem innifsu li tirriżulta mill-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa impost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma narax differenzi kbar f’termini ta’ restrizzjonijiet għall-ħaddiem bejn is-sitwazzjoni li fiha huwa obbligat joqgħod fir-residenza proprja matul il-perijodu ta’ stand-by u dik li fiha huwa ma għandux dan l-obbligu, iżda huwa obbligat iwieġeb għas-sejħa f’terminu partikolarment qasir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Kif semmejt iktar ’il fuq, għalhekk, fil-fehma tiegħi, hija l-intensità tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar għad-direttivi tal-persuna li timpjega li jkollha rwol determinanti għall-klassifikazzjoni tal-perijodu ta’ stand-by bħala xogħol jew bħala mistrieħ. Ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw minn tali ssuġġettar jistgħu jkunu l-iktar varji, iżda, fl-ewwel lok, huwa l-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa li għandu jitqies bħala deċiżiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>L-impożizzjoni ta’ post fejn jingħadda l-perijodu ta’ stand-by jista’ jkollha rwol, bħala sintomu tal-imsemmija intensità tal-issuġġettar għad-direttivi tal-persuna li timpjega, biss f’evalwazzjoni globali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Anki jekk tiġi analizzata s-sitwazzjoni mill-perspettiva tal-persuna li timpjega, il-possibbiltà li l-ħaddiem jiġi kkuntattjat permezz ta’ mezzi elettroniċi portabbli (ċellulari, tablet, laptop) li jippermettu li jiġi kkuntattjat fi kwalunkwe mument, tirrendi inqas iġġustifikat u komprensibbli l-fatt li l-persuna li timpjega teżiġi li, matul il-perijodu ta’ stand-by, il-ħaddiem ikun fiżikament preżenti f’post iddeterminat minnha. Dak li huwa essenzjali għall-persuna li timpjega huwa l-<HT TYPE="ITALIC">perijodu ta’ ħin</HT> li matulu l-ħaddiem, ikun fejn ikun, għandu jkun jista’ jasal fuq il-post assenjat lilu mill-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Ladarba ġie identifikat il-fattur determinanti għall-klassifikazzjoni tal-perijodu on-call f’termini ta’ xogħol jew mistrieħ, huwa neċessarju li l-qrati nazzjonali jingħataw ċerti kriterji addizzjonali li għandhom jużaw meta r-restrizzjoni prinċipali, il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa, ma tkunx tant qasira li timpedixxi mistrieħ effettiv tal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta l-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa jkun qasir ħafna, jiġifieri limitat għal ftit minuti, inqis li dan ikun biżżejjed sabiex il-perijodu ta’ stand-by jiġi kklassifikat bħala ħin tax-xogħol, mingħajr verifiki addizzjonali minħabba l-kunsiderazzjonijiet preċedenti: il-libertà ta’ moviment tal-ħaddiem hija, f’dan il-każ, tant ikkompressata li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-post ta’ residenza marbut mar-rekwiżiti tal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Jekk, min-naħa l-oħra, bħal fil-każ inkwistjoni, il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa jkun qasir iżda mhux tali li jimpedixxi b’mod kważi assolut il-libertà tal-għażla mill-ħaddiem tal-post fejn jgħaddi l-perijodu ta’ stand-by, jistgħu jiġu kkunsidrati kriterji addizzjonali, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-effett globali li l-kundizzjonijiet kollha ta’ implimentazzjoni f’sistema ta’ stand-by jista’ jkollhom fuq il-mistrieħ tal-ħaddiem: ir-restrizzjonijiet imposti globalment jillimitaw għalhekk il-possibbiltajiet għall-ħaddiem li jsegwi l-interessi personali u familjari proprji u l-libertà tiegħu ta’ moviment mill-post tax-xogħol jew huma tali li jimpedixxuhom b’mod kważi assolut? Fil-fatt, huwa naturali li l-perijodu ta’ stand-by jimponi ċerti restrizzjonijiet u limitazzjonijiet għal-libertà tal-ħaddiem; l-għan tad-dritt tal-Unjoni huwa li jiġi evitat li dawn il-limitazzjonijiet ikunu tant invażivi li ma jippermettux mistrieħ effettiv lill-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Nifhem f’dan is-sens l-attenzjoni li għandha tingħata lill-effettività tal-mistrieħ tal-ħaddiem. Min-naħa l-oħra, inkun iktar prudenti li nuża bħala kriterju, għalkemm propost b’mod awtorevoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:619">EU:C:2017:619</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, dak tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>kwalità tal-ħin<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> li l-ħaddiem jista’ jgawdi meta jkun f’servizz stand-by. Fil-fatt, inqis li tali kriterju jista’ jirriżulta eċċessivament suġġettiv u għalhekk jista’ jwassal għal diversi interpretazzjonijiet tal-qrati nazzjonali, anki minħabba d-diversi sensittivitajiet fil-pajjiżi individwali, li ma jibbenefikawx lill-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub u waqt is-seduta, l-intervenjenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Matul is-seduta komuni mal-Kawża C‑344/19.</P></NOTE> pproponew diversi kriterji, li jikkonsistu f’restrizzjonijiet li minnhom tista’ tiddependi l-klassifikazzjoni tal-perijodu ta’ stand-by bħala xogħol jew mistrieħ: jekk it-tweġiba għas-sejħa hijiex obbligatorja jew le; il-marġni ta’ manuvra tal-ħaddiem fil-konfront ta’ din is-sejħa (possibbiltà ta’ intervent mill-bogħod, sostitwibbiltà eventwali ma’ ħaddiem ieħor); il-previżjoni ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ intervent jew għad-dewmien ta’ reazzjoni għas-sejħa; il-grad ta’ urġenza tal-intervent, il-livell ta’ responsabbiltà tal-ħaddiem, il-karatteristiċi speċifiċi tal-professjoni, id-distanza li għandha tiġi koperta bejn il-post fejn jinsab il-ħaddiem u l-post tad-dħul lura għax-xogħol, ir-restrizzjonijiet ġeografiċi li jistgħu jdewmu l-vjaġġ lejn il-post tax-xogħol, in-neċessità li jintlibes l-ilbies tax-xogħol, id-disponibbiltà ta’ vettura tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Minbarra dawn hemm il-kriterju tal-aspettattiva raġonevoli li ssir sejħa għas-servizz, is-suġġett tat-tieni domanda preliminari f’din il-kawża, li jidher li jirreferi għall-effett tal-frekwenza tal-interventi fuq in-natura effettiva tal-perijodu ta’ mistrieħ tal-perijodu ta’ stand-by.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tillimita ruħha li tistabbilixxi kriterji ġenerali u oġġettivi mingħajr ma tidħol wisq fil-partikolarità ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi u tħalli, għall-kuntrarju, f’idejn il-qrati nazzjonali l-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha ta’ fatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Nemmen li wieħed jista’ jillimita ruħu li juri ċerti kriterji supplimentari li għandhom jintużaw fil-każijiet dubjużi kif espost iktar ’il fuq, iżda li madankollu jaqgħu taħt l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tmexxija tal-persuna li timpjega – u tal-istat ta’ ssuġġettar tal-ħaddiem, suġġett dgħajjef tar-relazzjoni – u li ma jirriżultawx minn sitwazzjonijiet oġġettivi li ma jaqgħux taħt l-isfera ta’ kontroll tal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, neskludi li jistgħu jiġu evalwati ċirkustanzi bħad-distanza li għandha tiġi koperta sabiex wieħed jasal fuq il-post tax-xogħol (ħlief jekk ikun differenti mill-post abitwali u għalhekk ma jiddependix mir-rieda speċifika tal-persuna li timpjega), jew ir-restrizzjonijiet ġeografiċi, anki jekk dawn, kif intqal, ikunu indipendenti mid-disponibbiltà tal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Neskludi wkoll l-għoti ta’ importanza partikolari lil-livell ta’ responsabbiltà u lill-kompiti speċifiċi mwettqa: l-istand-by hija modalità ta’ organizzazzjoni tax-xogħol li titħalla għas-setgħa ta’ tmexxija tal-persuna li timpjega. Għall-ħaddiem, it-tweġiba għas-sejħa tirrappreżenta l-issodisfar tal-obbligu ta’ xogħol li għalih għandu juri d-diliġenza normali. Għaldaqstant, inqis li l-provvista ta’ xogħol għandha tiġi ssodisfatta mill-ħaddiem favur l-impriża bl-istess impenn, u dan indipendentement mill-pożizzjoni koperta u mil-livell ta’ responsabbiltà. Fil-fatt, ikun diffiċli li ssir evalwazzjoni oġġettiva tal-interess tal-impriża peress li dak li jista’ jidher ftit importanti għal xi ħadd jista’ jkun ta’ importanza estrema għal ħaddieħor. L-istess japplika għall-kriterju tal-grad ta’ urġenza tal-intervent u għan-natura u l-importanza tal-interessi involuti fl-attività mwettqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-grad ta’ pressjoni psikoloġika fuq il-ħaddiem jista’ jvarja skont il-livell ta’ responsabbiltà, iżda, fil-fehma tiegħi, dan huwa element suġġettiv wisq sabiex ikun jista’ jkollu rwol fil-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Għandu jsir diskors differenti, fil-fehma tiegħi, għal ċerti kriterji li jirrigwardaw ċirkustanzi fid-disponibbiltà tal-persuna li timpjega: il-marġni ta’ manuvra tal-ħaddiem fil-konfront tas-sejħa, pereżempju, jista’ jintuża bħala kriterju supplimentari kemm fil-każ fejn ikun hemm flessibbiltà fil-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa, kif ukoll fil-każ fejn ikun hemm possibbiltà ta’ intervent mill-bogħod mingħajr il-ħtieġa li l-ħaddiem imur fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll ulterjorment fil-każ fejn il-ħaddiem ikun jista’ jiddependi fuq is-sostitwibbiltà tiegħu ma’ ħaddiem ieħor diġà fuq il-post tax-xogħol jew li jkun f’pożizzjoni li jasal iktar faċilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-konsegwenzi previsti fil-każ ta’ dewmien jew nuqqas ta’ intervent fil-każ ta’ sejħa matul il-perijodu ta’ stand-by.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Kif intqal, għall-ħaddiem it-tweġiba għas-sejħa fil-każ ta’ stand‑by tikkonsisti fit-twettiq tal-provvista ta’ xogħol. Madankollu, il-persuna li timpjega tista’ tipprevedi konsegwenzi ftit jew wisq sinjifikattivi għat-twettiq inkorrett. In-nuqqas ta’ previżjoni espliċita ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas jew id-dewmien tat-twettiq, kif ukoll il-portata ta’ sanzjonijiet eventwali previsti jista’ jkollhom rwol fil-klassifikazzjoni tal-perijodu ta’ stand-by.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Anki ċirkustanzi li jidhru li huma inqas sinjifikattivi, bħal dawk preżenti f’din il-kawża, u jiġifieri n-neċessità li jintlibes ilbies tekniku għax-xogħol u d-disponibbiltà ta’ vettura tas-servizz sabiex il-ħaddiem jasal fuq il-post tal-intervent, jista’ jkollhom rwol fil-klassifikazzjoni tal-perijodu ta’ stand-by, b’mod partikolari fl-evalwazzjoni tal-adegwatezza jew le tal-ħin biex tingħata tweġiba għas-sejħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Kif issemma fil-punti 77 sa 79, kieku l-ħaddiem kellu ħin relattivament qasir sabiex jirreaġixxi għas-sejħa għal servizz waqt l-istand-by mingħajr interruzzjoni u l-persuna li timpjega kellha timponilu jilbes, fl-istess medda ta’ ħin, ilbies speċifiku li jeħtieġ ħin partikolarment twil sabiex jintlibes, dan il-fatt jista’ jkollu effett fuq l-imsemmija evalwazzjoni tal-adegwatezza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għall-kuntrarju, it-tqegħid għad-dispożizzjoni, mill-persuna li timpjega, ta’ mezz tas-servizz sabiex jasal fuq il-post tal-intervent fil-każ ta’ sejħa, li jista’, bħala ipoteżi, jidderoga mill-osservanza ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-regoli dwar it-traffiku fit-toroq minħabba l-importanza tal-interessi kkonċernati mill-intervent, jista’ jkollu effett fuq l-evalwazzjoni tal-adegwatezza f’termini ta’ faċilitazzjoni u għalhekk jiġġustifika wkoll ħin ta’ reazzjoni li, mingħajr din iċ-ċirkustanza, jista’ jidher inadegwat sabiex jippermetti mistrieħ effettiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Ċirkustanza oħra, anki taħt id-disponibbiltà tal-persuna li timpjega, li nqis li jista’ jkollha effett, fil-każijiet dubjużi, fuq il-klassifikazzjoni tal-perijodu ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni tirrigwarda l-lokalizzazzjoni temporali u t-tul tal-perijodu ta’ stand-by. Fil-fatt, jekk dan spiss ikun billejl jew fil-jiem ta’ festa, jew ikun partikolarment twil, il-grad ta’ inkonvenjent għall-ħaddiem huwa ikbar minn matul il-ġurnata jew waqt jiem ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward taċ-ċirkustanza dwar il-frekwenza probabbli tal-interventi li hija, kif intqal, is-suġġett speċifiku tat-tieni domanda preliminari f’din il-kawża, din tista’, fil-fehma tiegħi, taqa’ taħt iċ-ċirkustanzi li jistgħu jiġu evalwati fil-każijiet dubjużi, madankollu mingħajr ebda awtomatiżmu: frekwenza baxxa ta’ interventi ma tippermettix li l-perijodu ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni jiġi kklassifikat bħala mistrieħ, bħalma frekwenza oħra ma tippermettix li dan jiġi kkunsidrat bħala ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>L-element li jista’ jkollu rwol f’evalwazzjoni globali huwa jekk, u sa fejn, il-ħaddiem għandu, normalment, jistenna li jiġi msejjaħ matul is-servizz on-call<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Kif qal il-Gvern Finlandiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu (punt 22).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Din iċ-ċirkustanza hija, għall-inqas parzjalment, kif intqal, taħt id-disponibbiltà tas-setgħa ta’ tmexxija tal-persuna li timpjega li, fl-organizzazzjoni tal-impriża tagħha, tista’ tagħmel evalwazzjonijiet ta’ previżjoni dwar in-neċessità ta’ intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Jekk l-interventi jseħħu b’mod repetut ħafna matul il-perijodi ta’ stand-by, l-involviment tal-ħaddiem isir tant sinjifikattiv li jnaqqas b’mod kważi assolut il-possibbiltà tiegħu ta’ ppjanar tal-ħin liberu matul tali perijodi u, flimkien maċ-ċirkustanza ta’ ħin qasir ta’ reazzjoni għas-sejħa, jirriskja li jipperikola serjament l-effettività tal-mistrieħ tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kriterji esposti sa issa, ser ikun il-kompitu tal-qrati nazzjonali, wara li jkunu vverifikaw iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, b’approċċ intiż sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-effett globali li l-kundizzjonijiet kollha ta’ implimentazzjoni ta’ sistema ta’ on-call jista’ jkollhom fuq l-effettività tal-mistrieħ tal-ħaddiem, li jikklassifikaw il-ħin mgħoddi f’servizz ta’ stand-by mill-ħaddiem bħala ħin tax-xogħol jew bħala ħin ta’ mistrieħ. Huma għandhom jaċċertaw <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> jekk il-ħin mgħoddi b’dan il-mod huwiex, bħala regola, perijodu ta’ mistrieħ jew jekk, minħabba restrizzjonijiet partikolarment stretti introdotti mill-persuna li timpjega, jitlifx il-parametri naturali tiegħu sabiex jinbidel f’ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ sigħat on-call bħala ħin tax-xogħol jew perijodu ta’ mistrieħ, il-fattur determinanti huwa l-intensità tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar tal-ħaddiem għad-direttivi tal-persuna li timpjega u, b’mod partikolari, il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa.</TXT><P>Fil-każ fejn il-ħin ta’ reazzjoni għas-sejħa jkun qasir, iżda mhux tali li jimpedixxi b’mod assolut il-libertà tal-għażla mill-ħaddiem tal-post fejn jgħaddi l-perijodu ta’ stand-by, jistgħu jintużaw elementi addizzjonali ta’ indizju, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-effett globali li l-kundizzjonijiet kollha ta’ implimentazzjoni f’sistema ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni jista’ jkollhom fuq il-mistrieħ tal-ħaddiem.</P><?PAGE NO="18"?><P>Tali elementi għandhom jaqgħu taħt l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tmexxija tal-persuna li timpjega – u bil-korrispondenti stat ta’ ssuġġettar tal-ħaddiem, suġġett dgħajjef tar-relazzjoni – u ma jirriżultawx minn sitwazzjonijiet oġġettivi li ma jaqgħux taħt l-isfera ta’ kontroll tal-persuna li timpjega.</P><P>Dawn jistgħu, bħala eżempju, jikkonsistu fil-marġni ta’ manuvra tal-ħaddiem fil-konfront tas-sejħa, fil-konsegwenzi previsti fil-każ ta’ dewmien jew nuqqas ta’ intervent fil-każ ta’ sejħa, fin-neċessità li jintlibes ilbies tekniku għax-xogħol, fid-disponibbiltà ta’ vettura tas-servizz sabiex jasal fuq il-post tal-intervent, fil-lokalizzazzjoni temporali u fit-tul tal-perijodu ta’ stand-by, u fil-frekwenza probabbli tal-interventi.</P><P>Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-perijodi ta’ stand-by mingħajr interruzzjoni mwettqa minn pompier suġġett għall-obbligu li jkun kapaċi jasal fi żmien 20 minuta – ħin ta’ reazzjoni mhux qasir ħafna iżda lanqas, kif jidher, xieraq sabiex jiggarantixxi mistrieħ effettiv tal-ħaddiem – bl-ilbies tax-xogħol u l-vettura ta’ intervent, fil-limiti tal-belt bejn tinsab is-sede ta’ servizz tiegħu, minkejja li mingħajr restrizzjonijiet preċiżi ta’ lokalizzazzjoni imposti mill-persuna li timpjega, jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> fil-każ fejn il-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-qorti nazzjonali jivverifikaw l-eżistenza ta’ xi wħud mill-elementi ta’ indizju li, flimkien mat-tul tal-ħin ta’ reazzjoni, ikunu tali li ma jiggarantixxux l-effettività tal-mistrieħ tal-ħaddiem.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> li tinsab fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandha tiġi interpretata fis-sens li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll – minkejja li mingħajr awtomatiżmu, iżda bħala sempliċi kriterju supplimentari – jekk u b’liema frekwenza huwa prevedibbli li matul servizz ta’ on-call il-ħaddiem jintalab jintervjeni fuq sejħa. Fil-fatt, il-frekwenza għolja tal-interventi matul il-perijodi ta’ stand-by jistgħu jinkludu involviment tal-ħaddiem tant sinjifikattiv li jnaqqas b’mod kważi assolut il-possibbiltà tiegħu ta’ ppjanar tal-ħin liberu matul tali perijodi li, flimkien maċ-ċirkustanza ta’ ħin qasir ta’ reazzjoni għas-sejħa, jirriskja li jippreġudika l-effettività tal-mistrieħ tal-ħaddiem.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>