Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0061 - 0062
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temenda l-Anness XVIII (Saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XVIII tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2002 tal-31 ta' Mejju 2002 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea fir-rigward ta' l-involviment ta' impjegati [2], IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 32d (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE) ta' l-Anness XVIII tal-Ftehim: "32e. 32001 L 0086: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea fir-rigward ta' l-involviment ta' impjegati (ĠU L 294, tal-11.10.2001, p. 22)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2001/86/KE fl-ilsna ta' l-Islanda u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2002, previst li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, 25 Ġunju 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 238, tal-5.9.2002, p. 22. [2] ĠU L 294, tal-11.10.2001, p. 22. [3] Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------