|
13.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/10 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE fir-rigward tal-formula ta’ metodu awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza
(notifikata bid-dokument C(2013) 3437)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2013/282/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/784/KE tal-14 ta’ Novembru 2006 li tawtorizza l-metodi għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali fi Franza (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ seba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza. |
|
(2) |
Franza talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza s-sostituzzjoni tal-formula użata fil-metodu “CSB Image-Meater” għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fuq it-territorju tagħha billi l-metodu preżenti ta’ klassifikazzjoni kellu bżonn adattament tekniku. Franza ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni li tindika l-prinċipji li fuqhom hija bbażata din il-formula l-ġdida, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjoni użata biex issir stima tal-perċentwal ta’ laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (3). |
|
(3) |
Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ din il-formula ġdida huma ssodisfati. Din il-formula għandha għalhekk tiġi awtorizzata fi Franza. |
|
(4) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/784/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx jiġu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/784/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
Fil-Parti 6 (CSB Image-Meater) tal-Anness mad-Deċiżjoni 2006/784/KE, il-punti 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:
|
“2. |
Is-CSB Image-Meater jikkonsisti partikolarmenti minn vidjowkamera, kompjuter mgħammar b’kard għall-analiżi tal-immaġni, skrin, printer, mekkaniżmu użat għall-kmand, mekkaniżmu għar-rata u sistemi ta’ interazzjoni. L-erba’ varjabbli tal-Image-Meater jitkejlu kollha fuq il-linja ta’ diviżjoni; il-valuri mkejla jiġu ttrasformati f’estimu tal-perċentwali ta’ dgħif minn unità ċentrali. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:
fejn:
Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 45 u 125 kilogramma.” |