|
28.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/72 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/120
tas-26 ta’ Jannar 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel
(notifikata bid-dokument C(2022) 367)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (1), u partikolarment Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 1999/2/KE tipprevedi li oġġett tal-ikel ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti ma jistax jiġi importat minn pajjiż terz sakemm ma jkunx ġie ttrattat f’faċilità ta’ tneħħija ta’ radjazzjoni approvata mill-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE (2) stabbiliet lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni. |
|
(3) |
Fil-31 ta’ Awwissu 2021, ir-Renju Unit ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni “Synergy Health” li tinsab fi Swindon, ir-Renju Unit. |
|
(4) |
Ir-Renju Unit ipprovda evidenza adegwata li s-sorveljanza uffiċjali ta’ dik il-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni tiggarantixxi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/2/KE. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni “Synergy Health” tiġi inkluża fil-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2002/840/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/840/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40).
ANNESS
ANNESS
Lista ta’ faċilitajiet f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni approvati mill-Unjoni
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 01-2002
|
HEPRO Cape (Pty) Ltd |
|
6 Ferrule Avenue |
|
Montague Gardens |
|
Milnerton 7441 |
|
Western Cape |
|
Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel |
Tel. (27-21) 551 24 40
Fax (27-21) 551 17 66
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 02-2002
|
GAMMASTER South Africa (Pty) Ltd |
|
PO Box 3219 |
|
5 Waterpas Street |
|
Isando Extension 3 |
|
Kempton Park 1620 |
|
Johannesburg |
|
Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel |
Tel. (27-11) 974 88 51
Fax (27-11) 974 89 86
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 03-2002
|
GAMWAVE (Pty) Ltd |
|
PO Box 26406 |
|
Isipingo Beach |
|
Durban 4115 |
|
Kwazulu-Natal |
|
Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel |
Tel. (27-31) 902 88 90
Faks (27-31) 912 17 04
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 05-2004
|
GAMMA-PAK AS |
|
Yünsa Yolu N: 4 OSB |
|
Cerkezköy/TEKIRDAG |
|
TR-59500 |
|
It-Turkija |
Tel. (90-282) 726 57 90
Faks (90-282) 726 51 78
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 06-2004
|
STUDER AGG WERK HARD |
|
Hogenweidstrasse 2 |
|
Däniken |
|
CH-4658 |
|
L-Iżvizzera |
Tel. (41-062) 288 90 60
Faks (41-062) 288 90 70
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 07-2006
|
THAI IRRADIATION CENTER |
|
Thailand Institute of Nuclear Technology (Organizzazzjoni Pubblika) |
|
37 Moo 3, TECHNOPOLIS |
|
Klong 5, Klong Luang |
|
Pathumthani 12120 |
|
It-Tajlandja |
Tel. (662) 577 4167 to 71
Faks (662) 577 1945
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 08-2006
|
Synergy Health (Thailand) Ltd |
|
700/465 Amata Nakorn Industrial |
|
Moo 7, Tambon Donhuaroh |
|
Amphur Muang |
|
Chonburi 20000 |
|
It-Tajlandja |
Tel. (66) (0) 38 458431 sa 3 u (66) (0) 38 450092 sa 3
Faks (66) (0) 38 458435 u (66) (0) 38 717146
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 09-2010
|
Board of Radiation and Isotope Technology |
|
Department of Atomic Energy |
|
BRIT/BARC Vashi Complex |
|
Sector 20, Vashi |
|
Navi Mumbai — 400 705 (Maharashtra) |
|
L-Indja |
Tel. +91 2227840000/+91 2227887000
Faks +91 2227840005
Posta elettronika: chief@britatom.gov.in cebrit@vsnl.net
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 10-2010
|
Board of Radiation and Isotope Technology |
|
ISOMED |
|
Bhabha Atomic Research Centre |
|
South Site Gate, Refinery Road |
|
Next to TATA Power Station, Trombay |
|
Mumbai — 400 085 (Maharashtra) |
|
L-Indja |
Tel. +91 2225595684/+91 2225594751
Faks +91 2225505338
Posta elettronika: chief@britatom.gov.in cebrit@vsnl.net
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 11-2010
|
Microtrol Sterilisation Services Pvt. Ltd |
|
Plot No 14 Bommasandra- Jigani Link Road Industrial Area |
|
KIADB, Off Hosur Road |
|
Hennagarra Post |
|
Bengalooru — 562 106 (Karnataka) |
|
L-Indja |
Tel. +91 8110653932/+91 8110414030
Faks +91 8110414031
Posta elettronika: vikram@microtrol-india.com
Nru ta’ Referenza: EU-AIF 12-2021
|
Synergy Health |
|
Moray Road |
|
Elgin Industrial Estate |
|
Swindon |
|
SN2 8XS |
|
Ir-Renju Unit |
Tel. + 44 (0) 1793-601004
Posta elettronika: ast_info@steris.com