<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-667/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0667</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:372">EU:C:2020:372</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200514">14.5.2020</DATE> – Kawża C‑667/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Orde van Vlaamse Balies u Ordre des barreaux francophones et germanophone</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/138/KE</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 201</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-persuna assigurata li tagħżel liberament ir-rappreżentant tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ġudizzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ medjazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑667/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20181011">11 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Orde van Vlaamse Balies,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ordre des barreaux francophones et germanophone,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministerraad,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tat-Tielet Awla, L. S. Rossi (Relatur), J. Malenovský u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, amministratur prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20191002">2 ta’ Ottubru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Orde van Vlaamse Balies u għall-Ordre des barreaux francophones u germanophone, minn F. Judo u N. Goethals, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet, L. Van den Broeck u M. Jacobs, bħala aġenti, assistiti minn S. Ronse, avukat, u T. Quints, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Tserepa-Lacombe kif ukoll minn A. Nijenhuis u F. Wilman, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 335, p. 1</REF.DOC.OJ>, bir-rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="262" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="20160929">ĠU L 262, 29.9.2016, p. 34</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="107" DATE.PUB="20191206">ĠU L 316, 6.12.2019, p. 107</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Orde van Vlaamse Balies u l-Ordre des barreaux francophones et germanophone (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kmamar tal-avukati<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Ministerraad (il-Kunsill tal-Ministri, il-Belġju) fir-rigward tal-libertà, għall-persuna assigurata, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, li tagħżel ir-rappreżentant tagħha matul proċedura ta’ medjazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 87/344/KEE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-<DATE ISO="19870622">22 ta’ Ġunju 1987</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187), li tħassret bid-Direttiva 2009/138, kienet tipprevedi fl-Artikolu 4 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ spejjiż legali għandu espressament jirrikonoxxi li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta jsir rikors lil avukat jew persuna oħra kkwalifikata kif approprjat skond il-liġi nazzjonali sabiex jiġu difiżi, irrappreżentati jew servuti l-interessi tal-persuna assigurata f’ kull inkjesta jew proċedura, dik il-persuna assigurata għandha tkun libera li tagħżel dan l-avukat jew persuna oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Avukat tfisser persuna intitolata li ssegwi l-attivitajiet professjonali tagħha skond id-denominazzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-<DATE ISO="19770322">22 ta’ Marzu 1977</DATE> għall-faċilitazzjoni ta’ l-eżerċizzju effettiv minn avukati tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/138</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 16 tad-Direttiva 2009/138 hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-għan ewlieni tar-regolamentazzjoni tal-assigurazzjoni u r-rijassigurazzjoni u tas-superviżjoni huwa l-ħarsien adegwat tat-titolari tal-polza u tal-benefiċjarji. It-terminu benefiċjarju għandu jkopri kwalunkwe persuna naturali jew legali li tkun intitolata għal dritt skont kuntratt ta’ assigurazzjoni. L-istabbilità finanzjarja u s-swieq ekwi u stabbli jikkostitwixxu għanijiet oħra tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni u tar-rijassigurazzjoni, li għandhom ukoll jitqiesu mingħajr ma jittieħed mill-importanza tal-għan ewlieni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-Titolu II ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dispożizzjonijiet Speċifiċi għall-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jinkludi Kapitolu II, dwar id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-assigurazzjoni mhux tal-ħajja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, li t-Taqsima 4 tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tinkludi l-Artikoli 198 sa 205.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 198 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-ambitu ta’ din it-Taqsima<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Din it-Taqsima għandha tapplika għall-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali msemmija fil-klassi 17 tal-Parti A tal-Anness I, li tistabbilixxi li impriża assigurattriċi twiegħed, bil-pagament ta’ premium, li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ proċeduri legali u li jiġu pprovduti servizzi oħrajn direttament marbuta mal-kopertura tal-assigurazzjoni, partikolarment bl-iskop tas-segwenti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-difiża jew ir-rappreżentanza tal-persuna assigurata fi proċeduri ċivili, kriminali, amministrattivi jew proċeduri oħrajn fir-rigward ta’ kull talba magħmula kontra dik il-persuna.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-għażla ħielsa tal-avukat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="201.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull kuntratt tal-assigurazzjoni ta’ spejjeż legali għandu espressament jipprovdi li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta wieħed jirrikorri għand avukat jew persuna oħra kkwalifikata kif xieraq skont il-liġi nazzjonali sabiex jiġu difiżi, irrappreżentati jew imħarsa l-interessi tal-persuna assigurata f’kull inkjesta [proċedura ġudizzjarja] jew proċedura [amministrattiva], dik il-persuna assigurata għandha tkun libera li tagħżel dan l-avukat jew persuna oħra.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="201.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>avukat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser persuna intitolata li teżerċita l-attivitajiet professjonali tagħha skont id-denominazzjonijiet stabbiliti fid-[Direttiva 77/249].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 156 tal-Liġi dwar l-Assigurazzjonijiet, tal-<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE> (Belgisch Staatsblad tat-<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, p. 35487), kien redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kull kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali għandu espressament jipprovdi tal-inqas li:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>meta jkun hemm bżonn li tintuża proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva, il-persuna assigurata għandha tkun libera li tagħżel sabiex jiddefendi, jirrappreżenta jew iħares l-interessi tagħha, lil avukat jew kwalunkwe persuna oħra li għandha l-kwalifiki rikjesti mil-liġi applikabbli għall-proċedura;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Liġi li Temenda l-Liġi tal-<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE> dwar l-Assigurazzjonijiet u li hija intiża sabiex tiggarantixxi l-għażla libera ta’ avukat jew ta’ kull persuna oħra li għandha l-kwalifiki meħtieġa mil-liġi applikabbli għall-proċedura sabiex jiddefendi l-interessi tagħha f’kull fażi ġudizzjarja, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-protezzjoni legali, tad-<DATE ISO="20170409">9 ta’ April 2017</DATE> (Belgisch Staatsblad tal-<DATE ISO="20170425">25 ta’ April 2017</DATE>, p. 53207, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Liġi tad-<DATE ISO="20170409">9 ta’ April 2017</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Fl-Artikolu 156 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE> dwar l-Assigurazzjonijiet, l-ewwel paragrafu huwa mibdul b’dan li ġej:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1</NO.P><TXT>il-persuna assigurata hija libera li tagħżel, meta jkun hemm il-bżonn li tirrikorri għal proċedura ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja, lil avukat jew kwalunkwe persuna oħra li għandha l-kwalifiki rikjesti mil-liġi applikabbli għall-proċedura sabiex tiddefendi, tirrappreżenta u tħares l-interessi tagħha u, fil-każ ta’ arbitraġġ, ta’ medjazzjoni jew ta’ xi mezz ieħor mhux ġudizzjarju ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim irrikonoxxut, lil persuna li għandha l-kwalifiki rikjesti u maħtura għal dan il-għan;<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan, kif emendat l-aħħar bil-liġi li tipprovdi diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dritt ċivili u tad-dispożizzjonijiet bil-għan li jiġu promossi forom alternattivi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, tat-<DATE ISO="20180618">18 ta’ Ġunju 2018</DATE> (Belgisch Staatsblad tat-<DATE ISO="20180702">2 ta’ Lulju 2018</DATE>, p. 53455, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Kodiċi Ġudizzjarju<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), jipprevedi żewġ forom ta’ medjazzjoni, jiġifieri l-medjazzjoni extraġudizzjarja, prevista fl-Artikoli 1730 sa 1733 ta’ dan il-kodiċi, u l-medjazzjoni ġudizzjarja, imsemmija fl-Artikoli 1734 sa 1737 tal-imsemmi kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-medjazzjoni extraġudizzjarja, din tista’ tiġi proposta minn kull parti lill-partijiet l-oħra, qabel, matul jew wara l-iżvolġiment ta’ proċedura ġudizzjarja. Il-partijiet għandhom jinnominaw lill-medjatur bi ftehim komuni, jew bl-intervent ta’ parti terza li huma jinkarigaw b’dan il-kompitu. Meta l-partijiet jaslu għal ftehim ta’ medjazzjoni, dan isir bil-miktub, jiġi ddatat u ffirmat minnhom u mill-medjatur. Jekk il-medjatur li mexxa l-medjazzjoni jkun approvat mill-Kummissjoni Federali tal-Medjazzjoni, il-partijiet, jew waħda mill-partijiet, jistgħu jissuġġettaw il-ftehim ta’ medjazzjoni għall-approvazzjoni lill-qorti kompetenti. Il-qorti ma tistax tirrifjuta l-approvazzjoni tal-ftehim ħlief jekk dan ikun kuntrarju għall-ordni pubbliku jew jekk il-ftehim, miksub fi tmiem ta’ medjazzjoni dwar il-familja, imur kontra l-interess tat-tfal minuri. Id-digriet ta’ approvazzjoni għandu l-effetti ta’ sentenza, b’tali mod li l-ftehim approvat jikseb saħħa eżekuttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-medjazzjoni ġudizzjarja, din tippreżupponi li l-qorti li quddiemha titressaq kawża tista’, fuq talba konġunta tal-partijiet jew fuq inizjattiva tagħha stess iżda bil-kunsens tagħhom, tordna medjazzjoni, sakemm il-kawża ma tkunx għadha bdiet tinstema’. Il-qorti tibqa’ adita bil-kawża matul il-medjazzjoni u tista’, f’kull mument, tieħu kwalunkwe miżura li jidhrilha li hija meħtieġa. Din tista’ wkoll, fuq talba tal-medjatur jew ta’ waħda mill-partijiet, ittemm il-medjazzjoni. Jekk il-medjazzjoni tkun wasslet għall-konklużjoni ta’ ftehim ta’ medjazzjoni, anki jekk parzjali, il-partijiet, jew waħda mill-partijiet, jistgħu jitolbu lill-qorti tapprova dan il-ftehim, filwaqt li l-approvazzjoni tista’ tiġi rrifjutata biss meta l-ftehim imur kontra l-ordni pubbliku jew meta l-ftehim, miksub wara medjazzjoni tal-familja, imur kontra l-interess tat-tfal minuri. Jekk il-medjazzjoni ma tkunx wasslet għall-konklużjoni ta’ ftehim ta’ medjazzjoni komplet, il-proċedura ġudizzjarja titkompla.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kmamar tal-Avukati ressqu quddiem il-Grondwettelijk Hof (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju) rikors intiż għall-annullament tal-Liġi tad-<DATE ISO="20170409">9 ta’ April 2017</DATE>. Insostenn ta’ dan ir-rikors, huma jinvokaw, b’mod partikolari, motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Belġjana, moqrija flimkien mal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kmamar tal-Avukati jsostnu li l-imsemmija liġi ma hijiex konformi ma’ dan l-Artikolu 201 sa fejn, essenzjalment, hija ma tipprevedix, għall-persuna assigurata, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, id-dritt li din tagħżel l-avukat tagħha waqt proċedura ta’ medjazzjoni. Fil-fatt, skont il-Kmamar tal-Avukati, peress li din il-proċedura hija koperta mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>proċedura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-imsemmi Artikolu 201, il-persuna assigurata għandu jkollha dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tfakkar li, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tad-<DATE ISO="20170409">9 ta’ April 2017</DATE>, kull kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali kellu jipprevedi l-libertà tal-persuna assigurata li tagħżel avukat jew persuna oħra kkwalifikata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>meta jkun hemm bżonn ta’ proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. L-imsemmija liġi, filwaqt li estendiet din il-libertà ta’ għażla għall-proċedura ta’ arbitraġġ, eskludietha għall-proċedura ta’ medjazzjoni minħabba, minn naħa, li l-preżenza ta’ konsulent ma hijiex ta’ natura li tiffavorixxi l-medjazzjoni u, min-naħa l-oħra, li din ma hijiex neċessarjament ibbażata fuq raġunament legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, ċertament, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>proċedura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138 għandu jingħata interpretazzjoni wiesgħa, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-persuni assigurati billi jingħatalhom dritt ġenerali u awtonomu li jagħżlu liberament ir-rappreżentant legali tagħhom fil-limiti stabbiliti minn dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, din il-ġurisprudenza ma tippermettix li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk dan id-dritt japplikax ukoll għal proċedura ta’ medjazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-proċedura ta’ medjazzjoni taħt il-liġi Belġjana tippreżenta karatteristiċi li huma iktar simili għal dawk ta’ ftehim bonarju ta’ kawża milli dawk ta’ proċedura ġudizzjarja. B’mod partikolari, minn naħa, bħall-proċedura ta’ ftehim bonarju, il-proċedura ta’ medjazzjoni hija intiża għall-kisba ta’ ftehim ta’ medjazzjoni bejn il-partijiet fil-kawża. Min-naħa l-oħra, il-proċedura ta’ medjazzjoni hija analoga għal proċedura ġudizzjarja sa fejn ġeneralment issegwi l-ftehim bonarju, hija rregolata mill-kodiċi ġudizzjarju u tista’ twassal għal ftehim ta’ medjazzjoni konkluż taħt id-direzzjoni ta’ medjatur awtorizzat, li jista’ jiġi approvat mill-qorti kompetenti permezz ta’ digriet ta’ approvazzjoni li għandu l-effetti ta’ sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Grondwettelijk Hof (il-Qorti Kostituzzjonali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>proċedura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> msemmi fl-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva [2009/138] għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-proċeduri ta’ medjazzjoni extraġudizzjarja u ġudizzjarja previsti fl-Artikoli 1723/1 sa 1737 tal-[Kodiċi Ġudizzjarju]?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>proċedura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludix proċedura ta’ medjazzjoni ġudizzjarja jew extraġudizzjarja li fiha qorti hija involuta jew tista’ tiġi involuta, kemm jekk matul din il-proċedura jew wara l-għeluq tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, skont dan l-Artikolu 201(1)(a), kull kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali jipprevedi espliċitament li, meta jsir użu minn avukat jew minn persuna oħra li jkollha l-kwalifiki xierqa skont il-liġi nazzjonali, sabiex jiġu difiżi, irrappreżentati jew moqdija l-interessi tal-persuna assigurata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi, il-persuna assigurata għandha tkun libera li tagħżel lil dak l-avukat jew lil dik il-persuna l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li din id-dispożizzjoni tirriproduċi, essenzjalment, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344, il-ġurisprudenza dwar din l-aħħar dispożizzjoni hija rilevanti għall-interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 201(1)(a).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tippreċiża, qabel kollox, li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 87/344, dwar il-libertà tal-għażla tar-rappreżentant, għandu portata ġenerali u valur obbligatorju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Eschig</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:538">EU:C:2009:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Stark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:355">EU:C:2011:355</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sneller</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:717">EU:C:2013:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>proċedura [amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għandu jinqara b’kuntrast ma’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>inkjesta [proċedura ġudizzjarja]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Massar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:216">EU:C:2016:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>AK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:218">EU:C:2016:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>proċedura [amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>inkjesta [proċedura ġudizzjarja]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ma tistax tiġi llimitata billi ssir distinzjoni bejn il-fażi preparatorja u l-fażi deċiżjonali ta’ proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Massar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:216">EU:C:2016:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>AK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:218">EU:C:2016:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, la l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344 u lanqas l-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138 ma jipprovdu definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>proċedura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Massar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:216">EU:C:2016:216</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>AK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:218">EU:C:2016:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-premessa 16 tad-Direttiva 2009/138, li l-għan imfittex minnha, u, b’mod partikolari, mill-Artikolu 201 tagħha dwar il-libertà tal-għażla tal-avukat jew tar-rappreżentant, huwa li jipproteġi b’mod adegwat l-interessi tal-persuni assigurati. Il-portata ġenerali u l-valur obbligatorju li huma rrikonoxxuti lid-dritt li wieħed jagħżel l-avukat jew ir-rappreżentant tiegħu għalhekk jipprekludu interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 201(1)(a) tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Massar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:216">EU:C:2016:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>AK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:218">EU:C:2016:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>proċedura [amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan il-kunċett jinkludi, b’mod partikolari, proċedura li fi tmiemha organu pubbliku jawtorizza lill-persuna li timpjega tipproċedi bit-tkeċċija ta’ impjegat, kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, kif ukoll il-fażi ta’ lment quddiem organu pubbliku li matulha dan il-korp jagħti deċiżjoni suġġetta għal rikorsi ġudizzjarji (ara f’dan is-sens, rispettivament, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Massar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:216">EU:C:2016:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>AK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:218">EU:C:2016:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>proċedura [amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> limitata biss għall-proċeduri ġudizzjarji fil-qasam amministrattiv, jiġifieri dawk li jiżvolġu quddiem qorti proprja, iċċaħħad mis-sens tagħha l-espressjoni, espressament użata mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>proċedura [amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Massar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑460/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:216">EU:C:2016:216</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>AK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:218">EU:C:2016:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>proċedura<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ma jinkludix biss il-fażi tar-rikors quddiem qorti proprja, iżda wkoll fażi li tippreċediha u li tista’ twassal għal fażi ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>inkjesta [proċeduri ġudizzjarji]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138, dan għandu jiġi interpretat b’mod daqstant wiesa’ daqs dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>proċedura [amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, sa fejn ikun, barra minn hekk, inkoerenti li dawn iż-żewġ kunċetti jiġu interpretati b’mod differenti fir-rigward tad-dritt li wieħed jagħżel l-avukat jew ir-rappreżentant tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>inkjesta [proċedura ġudizzjarja]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ma jistax ikun limitat la għall-proċeduri mhux amministrattivi biss li jiżvolġu quddiem qorti proprja u lanqas billi ssir distinzjoni bejn il-fażi preparatorja u l-fażi deċiżjonali ta’ tali proċedura. Għalhekk, kull fażi, anki preliminari, li tista’ twassal għal proċedura quddiem istanza ġudizzjarja għandha titqies li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>inkjesta [proċedura ġudizzjarja]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-medjazzjoni ġudizzjarja, mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din il-medjazzjoni hija neċessarjament ordnata minn qorti adita b’rikors ġudizzjarju u li hija tirrappreżenta fażi tal-proċedura ġudizzjarja mibdija quddiem qorti proprja, li hija, bħala prinċipju, marbuta mill-ftehim ta’ medjazzjoni eventwalment miksub mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jekk jitqies li din il-medjazzjoni ma tikkostitwixxix, hija wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>inkjesta [proċedura ġudizzjarja]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens ta’ dan l-artikolu, dan iċaħħad, għal din il-fażi biss, lill-persuna assigurata mid-dritt tagħha li tagħżel l-avukat jew ir-rappreżentant tagħha. Issa, ma jistax jiġi kkontestat li l-assigurat għandu bżonn ta’ protezzjoni legali fil-fażi li, ladarba tinbeda, tifforma parti integrali mill-proċedura quddiem il-qorti li ordnatha. Barra minn hekk, tali interpretazzjoni hija konformi mal-għan tad-Direttiva 2009/138, imfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, u li huwa intiż li jiżgura protezzjoni adegwata tal-persuni assigurati, sa fejn din tippermettilhom li jkomplu jibbenefikaw mill-assistenza tal-istess rappreżentant għall-fażi effettivament ġudizzjarja tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fir-rigward tal-proċedura ta’ medjazzjoni extraġudizzjarja, il-fatt li din ma sseħħx quddiem qorti lanqas ma jippermetti li din tiġi eskluża mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>proċedura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens tal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali proċedura ta’ medjazzjoni tista’ twassal għal ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati li jista’, anki fuq talba ta’ waħda minnhom biss, jiġi approvat minn qorti. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedura ta’ approvazzjoni, din il-qorti hija marbuta bil-kontenut ta’ dan il-ftehim kif iddefinit mill-partijiet waqt il-medjazzjoni, lil hinn mill-każijiet li fihom dan imur kontra l-ordni pubbliku jew, jekk ikun il-każ, l-interess tal-ulied minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ftehim li jaslu għalih il-partijiet, li jirriżulta minn medjazzjoni ġudizzjarja jew extraġudizzjarja, għandu bħala konsegwenza li jorbot lill-qorti kompetenti li tipproċedi bl-approvazzjoni tiegħu u jippreżenta, wara li jkun kiseb is-saħħa eżekuttiva, l-istess effetti bħal sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rwol tal-avukat jew tar-rappreżentant jidher li huwa saħansitra iktar importanti fil-kuntest ta’ medjazzjoni milli f’dak ta’ lment imressaq quddiem awtorità amministrattiva, bħal dak imsemmi fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, li l-eżitu tiegħu la jorbot lil eventwali istanza amministrattiva ulterjuri u lanqas lil qorti amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ proċedura li tista’ tistabbilixxi b’mod definittiv il-pożizzjoni legali tal-persuna assigurata, mingħajr ma jkollha l-possibbiltà reali li tbiddel din il-pożizzjoni permezz ta’ azzjoni ġudizzjarja, il-persuna assigurata għandha bżonn protezzjoni legali u, fid-dawl tal-effetti tal-approvazzjoni tal-ftehim li jirriżultaw mill-medjazzjoni, l-interessi tal-persuna assigurata li rrikorriet għall-medjazzjoni ser ikunu protetti aħjar jekk hija tkun tista’ tinvoka d-dritt għall-għażla libera tar-rappreżentant previst fl-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138, bħal fil-każ tal-persuna assigurata direttament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda l-kuntest ta’ dan l-Artikolu 201, għandu jiġi rrilevat li l-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu II tad-Direttiva 2009/138 dwar l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali huwa ddefinit fl-Artikolu 198 ta’ din id-direttiva b’mod partikolarment estiż, sa fejn, skont din id-dispożizzjoni, l-imsemmija taqsima tapplika għall-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali li permezz tagħha impriża ta’ assigurazzjoni tintrabat, permezz tal-ħlas ta’ primjum, li tkopri l-ispejjeż ta’ proċedura ġudizzjarja u li tipprovdi servizzi oħra direttament marbuta mal-kopertura assigurattiva, b’mod partikolari bil-għan li tiddefendi jew li tirrappreżenta lill-persuna assigurata fi proċedura ċivili, penali, amministrattiva jew ta’ tip ieħor, jew kontra lment li tkun is-suġġett tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Tali definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima tikkonferma interpretazzjoni wiesgħa tad-drittijiet tal-persuni assigurati previsti mill-imsemmija taqsima, fosthom, b’mod partikolari, dak li jagħżlu r-rappreżentant tagħhom imsemmi fl-Artikolu 201 tad-Direttiva 2009/138.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dritt tal-Unjoni nnifsu jinkoraġġixxi l-użu ta’ proċeduri ta’ medjazzjoni, kemm jekk, kif jirrilevaw il-Kmamar tal-Avukati, permezz tad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20080521">21 ta’ Mejju 2008</DATE> dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 136, p. 3</REF.DOC.OJ>), jew abbażi tad-dritt primarju, b’mod partikolari tal-Artikolu 81(2)(g) TFUE, li jipprovdi li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, il-leġiżlatur tal-Unjoni jintalab biex jadotta miżuri intiżi sabiex jiżguraw l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>iżvilupp ta’ metodi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Għalhekk ikun inkoerenti li d-dritt tal-Unjoni jinkoraġġixxi l-użu ta’ tali metodi u jirrestrinġi, fl-istess ħin, id-drittijiet tal-individwi li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dawn il-metodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda li saret għandha tkun li l-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>proċedura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludi proċedura ta’ medjazzjoni ġudizzjarja jew extraġudizzjarja li fiha qorti hija involuta jew tista’ tiġi involuta, kemm jekk matul din il-proċedura jew wara l-għeluq tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>proċedura ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludi proċedura ta’ medjazzjoni ġudizzjarja jew extraġudizzjarja li fiha qorti hija involuta jew tista’ tiġi involuta, kemm jekk matul din il-proċedura jew wara l-għeluq tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>