|
9.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Diċembru 2009
li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-President tal-Kunsill Ewropew
(2009/909/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Waqt li jikkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,
Waqt li jikkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967 li jiddetermina l-emolumenti tal-President u ta’ membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati-Ġenerali u r-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, Membri u Reġistrar tal-Qorti ta’ Prim’Istanza u tal-President, Membri u Reġistrar tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (1),
Billi:
|
(1) |
It-Trattat ta’ Lisbona jittrasforma l-Kunsill Ewropew f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u jistitwixxi l-uffiċju tal-President tal-Kunsill Ewropew b’mandat ta’ sentejn u nofs, rinnovabbli darba. |
|
(2) |
Il-kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-President tal-Kunsill Ewropew għandhom jiġu stabbiliti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967 li japplikaw għall-President tal-Kummissjoni għandhom japplikaw b’analoġija għall-President tal-Kunsill Ewropew.
2. Is-salarju bażiku fix-xahar tal-President tal-Kunsill Ewropew għandu jkun ugwali għall-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ 138 % għas-salarju bażiku ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-grad 16 it-tielet pass.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-President tal-Kunsill Ewropew mill-President tal-Kunsill.
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009.
Ghall-Kunsill
Il-President
B. ASK