European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2481

23.9.2024

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2481

tat-13 ta’ Settembru 2024

li tistabbilixxi linji gwida għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 21, 22 u 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet marbuta mal-konsumatur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) introduċiet rekwiżit biex tintlaħaq il-mira ewlenija ta’ ffrankar tal-enerġija ta’ mill-inqas 32,5 % fil-livell tal-Unjoni sal-2030.

(2)

Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ġiet adottata fit-13 ta’ Settembru 2023. Hija rriformulat id-Direttiva 2012/27/UE, żammet xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha kif kienu, filwaqt li fl-istess ħin introduċiet xi rekwiżiti ġodda. Żiedet b’mod sinifikanti l-livell ta’ ambizzjoni għall-2030 f’termini ta’ effiċjenza enerġetika, inkluż b’rabta mat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-konsumatur, l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, kif ukoll it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku permezz ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika.

(3)

Diversi fatturi jimpedixxu lill-konsumaturi milli jaċċessaw, jifhmu u jaġixxu fuq il-firxa wiesgħa ta’ informazzjoni tas-suq disponibbli għalihom. L-introduzzjoni ta’ drittijiet kuntrattwali bażiċi tista’ tgħin, fost l-oħrajn, billi tiffaċilita fehim xieraq tal-kwalità tas-servizzi offruti fil-kuntratt mill-fornitur, inkluż il-kwalità u l-karatteristiċi tal-enerġija fornuta. Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tintroduċi dispożizzjonijiet dwar drittijiet kuntrattwali bażiċi għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-ilma sħun domestiku. L-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw li l-klijenti finali tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-ilma sħun domestiku jkollhom id-dritt għal kuntratt mal-fornitur tagħhom li jipprovdi/jistabbilixxi l-informazzjoni minima meħtieġa, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur, is-servizzi pprovduti, id-durata tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid u għat-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi. Jenħtieġ li l-klijenti finali u l-utenti finali tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-ilma sħun domestiku jkollhom id-dritt għal standard tajjeb ta’ servizz u ta’ indirizzar tal-ilmenti mill-fornituri tagħhom.

(4)

Bidliet fl-imġiba fit-tul fil-konsum tal-enerġija jistgħu jinkisbu permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini, is-sensibilizzazzjoni dwar il-politiki rigward l-effiċjenza enerġetika u t-titjib tal-aċċettazzjoni tagħhom mill-pubbliku. Id-Direttiva (UE) 2023/1791 issaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid tal-informazzjoni, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ punti uniċi ta’ servizz. L-Istati Membri jridu jiżguraw il-ħolqien ta’ punti uniċi ta’ servizz jew ta’ mekkaniżmi simili biex jagħtu pariri tekniċi, amministrattivi u finanzjarji u jipprovdu assistenza rigward it-titjib fl-effiċjenza enerġetika lill-klijenti finali u lill-utenti finali, b’enfasi speċifika fuq l-unitajiet domestiċi u l-unitajiet mhux domestiċi żgħar, inkluż l-SMEs u l-mikroimpriżi. Il-kontribut tal-punti uniċi ta’ servizz jista’ jkun importanti ħafna għall-klijenti vulnerabbli, peress li dawn jistgħu jirċievu informazzjoni affidabbli u aċċessibbli dwar it-titjib fl-effiċjenza enerġetika. Għalhekk, il-punti uniċi ta’ servizz iridu joffru servizzi apposta għall-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, għall-klijenti vulnerabbli u għall-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx.

(5)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta jkun applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali jiġu protetti u, għal dak l-għan, li jkollhom is-setgħa jipparteċipaw b’mod attiv f’interventi u f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, u f’miżuri relatati ta’ informazzjoni u ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li jkunu qed jimplimentaw l-Istati Membri. Jenħtieġ li tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ dawk li jkunu l-iktar fil-bżonn (enerġetiku) sabiex jieħdu rwol attiv fit-titjib tal-kundizzjonijiet tagħhom, biex ma jibqgħux riċevituri passivi tal-interventi, u minflok ikunu jistgħu jiddeċiedu kif jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet li jiffaċċjaw. Jenħtieġ li jiġu żviluppati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati biex juru l-benefiċċji tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll biex jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju disponibbli.

(6)

L-inklużjoni ta’ definizzjoni tal-faqar enerġetiku fid-dritt nazzjonali hija l-ewwel pass għar-rikonoxximent u għall-identifikazzjoni ta’ problema u l-kuntest usa’ tagħha. Se tappoġġa lill-atturi rilevanti kollha fit-tfassil tar-risponsi t-tajbin għall-indirizzar tal-faqar enerġetiku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, filwaqt li se tqis it-tliet kawżi ewlenin tagħha f’daqqa, jiġifieri, l-introjtu baxx, il-kontijiet ogħla tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika baxxa.

(7)

Sabiex il-pożizzjoni tal-iżjed gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni tissaħħaħ u sabiex jiġu protetti, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u miżuri relatati ta’ informazzjoni u ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta jkun applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali biex itaffu l-faqar enerġetiku.

(8)

Sabiex jappoġġaw lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta jkun applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex itaffu l-effetti distributtivi minn politiki oħra u jwettqu investimenti bikrija u li jħarsu ’l quddiem f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika qabel ma l-impatti distributtivi minn politiki u miżuri oħra juru l-effett tagħhom,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Jenħtieġ li l-Istati Membri jsegwu l-linji gwida interpretattivi fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni meta jittrasponu r-rekwiżiti introdotti bl-Artikoli 21, 22 u 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 fid-dritt nazzjonali tagħhom.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Kadri SIMSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/27/oj).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/1791/oj).


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

Dawn il-linji gwida jipprovdu gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jinterpretaw l-Artikoli 21, 22 u 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 meta jittrasponuhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Madankollu, l-interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija l-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, ir-referenzi għall-artikoli jridu jinftiehmu bħala referenzi għall-artikoli tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

2.   KUNTEST LEGALI U TA’ POLITIKA

L-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 għandu l-għan li jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi billi jintroduċi drittijiet kuntrattwali bażiċi għall-provvista tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku, f’konformità mad-drittijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) rigward il-forniment ta’ servizzi tal-gass u l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) rigward il-forniment tal-elettriku.

L-objettiv ewlieni tal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 huwa li jiġi ffaċilitat l-użu ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika permezz tas-sensibilizzazzjoni, ta’ titjib fl-aċċess tal-atturi tas-suq għall-informazzjoni u għall-mekkaniżmi għas-soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim, u tat-tneħħija tal-ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika. Għal dak l-iskop, id-Direttiva (UE) 2023/1791 timponi obbligi fuq l-Istati Membri biex jagħmlu dan li ġej:

(a)

ixerrdu informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, l-azzjonijiet individwali u l-oqfsa finanzjarji u legali (l-Artikolu 22(1));

(b)

jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti u mill-utenti finali billi jippromwovu bidla fl-imġiba (pereżempju, inċentivi fiskali mmirati, aċċess għal strumenti finanzjarji, komunikazzjoni ta’ informazzjoni u eżempji, taħriġ, interventi fl-imġiba magħrufa bħala imbottaturi u xpruni, għodod diġitali) u billi joħolqu qafas ta’ appoġġ għall-atturi tas-suq (l-Artikolu 22(2) u (3));

(c)

jistabbilixxu punti uniċi ta’ servizz (OSSs, One-Stop Shops) iddedikati (l-Artikoli 22(3) sa (6));

(d)

jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa għall-atturi tas-suq biex jipprovdu informazzjoni u pariri adegwati u mmirati lill-klijenti finali (l-Artikolu 22(7));

(e)

jistabbilixxu mekkaniżmi għal soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim (l-Artikolu 22(8));

(f)

itaffu l-inċentivi maqsuma bejn l-inkwilini u s-sidien (l-Artikolu 22(9) u (10)).

L-għan tal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 huwa li jagħti s-setgħa u li jipproteġi “lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u meta jkun applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali” (“il-gruppi vulnerabbli elenkati”). Dawn il-miżuri ta’ għoti tas-setgħa u ta’ protezzjoni huma maħsuba wkoll biex ikunu ta’ benefiċċju għall-utenti finali, li ma għandhom l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornituri tal-enerġija, peress li l-kunċett ta’ konsumaturi vulnerabbli jinkludi wkoll lill-utenti finali (l-Artikolu 24(1)).

Skont l-Artikolu 24, l-Istati Membri huma meħtieġa li:

(a)

jipprijoritizzaw il-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u l-miżuri relatati tal-protezzjoni tal-konsumatur jew tal-informazzjoni fost il-gruppi vulnerabbli elenkati (l-Artikolu 24(2));

(b)

jistabbilixxu jew jinkarigaw network eżistenti ta’ esperti biex jappoġġaw lil min ifassal il-politika fil-livell lokali u nazzjonali biex jiżviluppaw strateġiji biex itaffu l-faqar enerġetiku (l-Artikolu 24(4)). Dak in-network jista’ jiġi inkarigat biex joffri pariri dwar firxa ta’ miżuri rilevanti ta’ valutazzjoni tal-faqar enerġetiku u ta’ tnaqqis (l-Artikolu 24(4), it-tieni sottoparagrafu, il-punti (a) sa (d)).

Meta jkun applikabbli, l-Istati Membri huma meħtieġa jappoġġaw lil dawk il-gruppi vulnerabbli billi:

(a)

jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex jittaffew l-effetti distributtivi minn politiki u miżuri oħra;

(b)

jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-finanzjament pubbliku fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

(c)

iwettqu investimenti bikrija u progressivi;

(d)

irawmu assistenza teknika u jintroduċu finanzjament abilitanti u għodod finanzjarji;

(e)

irawmu assistenza teknika għall-atturi soċjali;

(f)

jiżguraw aċċess għal finanzjament, għotjiet jew sussidji marbuta ma’ gwadanji minimi fl-enerġija (l-Artikolu 24(3)).

L-Artikolu 22 jirrelata, permezz tal-enfasi fuq il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, u, meta jkun applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali ma’:

(a)

mal-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva (UE) 2023/1791: Il-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija u tal-effiċjenza enerġetika li jridu jinkisbu fost il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, u, meta jkun applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali;

(b)

l-Artikoli 21, 24 u 30 tad-Direttiva (UE) 2023/1791: Protezzjoni għal dawk il-gruppi.

L-Artikolu 22 jirrelata, permezz tal-enfasi fuq il-klijenti finali żgħar u l-utenti, ma’:

(a)

l-Artikoli 8, 9 u 10 tad-Direttiva (UE) 2023/1791: Miri għall-iffrankar tal-enerġija mill-klijenti finali;

(b)

l-Artikoli 13, 14, 16, 17, 21, 24 u 29 tad-Direttiva (UE) 2023/1791: Id-drittijiet tal-klijenti u tal-utenti finali jew ir-rekwiżiti li jinfurmawhom dwar ċerti kwistjonijiet.

Għal dak l-iskop, l-OSSs jistgħu jingħataw il-kompitu li jimplimentaw, mill-inqas, dawk il-partijiet tar-rekwiżiti relatati mal-gruppi msemmija. Il-vantaġġ ta’ dan l-approċċ huwa li l-korpi li jridu jiġu kkuntattjati mill-gruppi rilevanti jistgħu jitnaqqsu għal punt uniku ta’ kuntatt.

3.   TERMINI U KUNĊETTI UŻATI F’DAWN IL-LINJI GWIDA U FID-DIRETTIVA (UE) 2023/1791

Din it-taqsima tispjega t-termini u l-kunċetti użati f’dawn il-linji gwida u fl-Artikoli 21, 22 u 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

3.1.   Benefiċjarji

Image 1

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 jikkonċernaw prinċipalment il-klijenti u l-utenti finali, flimkien mal-fornituri bħala s-sħab kuntrattwali tagħhom. Madankollu, b’kuntrast mal-fornituri, il-klijenti u l-utenti finali ma għandhomx obbligi skont l-Artikolu 21 iżda pjuttost għandhom jibbenefikaw mir-rekwiżiti l-ġodda imposti fuq il-fornituri.

Billi jimmira lejn l-atturi rilevanti kollha tas-suq (l-Artikolu 22(1)), l-Artikolu 22 jaffettwa firxa ħafna usa’ ta’ benefiċjarji. Fl-illustrazzjoni ta’ hawn fuq, dawn l-atturi tas-suq huma kklassifikati abbażi tal-vulnerabbiltà tagħhom, li tiżdied mis-saff ta’ barra għal dak ta’ ġewwa. Iċ-ċirku ta’ barra jirrappreżenta l-benefiċjarji potenzjali kollha tal-Artikolu 22. Dawn jinkludu l-klijenti finali, l-utenti finali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-aġenziji tal-enerġija, il-fornituri tas-servizzi soċjali, il-bennejja, l-arkitetti, l-inġiniera, l-awdituri ambjentali u tal-enerġija, u l-installaturi tal-elementi tal-bini. It-tieni ċirku fih klijenti u utenti finali żgħar, bħal unitajiet domestiċi u mhux domestiċi żgħar bħall-SMEs u l-mikrointrapriżi. Iċ-ċirku intern jikkonsisti f’persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, klijenti vulnerabbli u, meta jkun applikabbli, persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

Il-benefiċjarji prinċipali tal-Artikolu 24 huma “l-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta jkun applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali”. Dan il-grupp jintwera fiċ-ċirku ta’ ġewwa nett tal-illustrazzjoni.

3.2.   Termini u kunċetti ewlenin oħra li jintużaw f’dawn il-linji gwida

3.2.1.   Termini definiti fid-Direttiva (UE) 2023/1791

It-termini li ġejjin huma definiti fid-Direttiva (UE) 2023/1791:

“Klijent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu finali tagħha stess (l-Artikolu 2, il-punt (28)).

“Utent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri t-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun domestiku għall-użu finali tagħha stess, jew persuna fiżika jew ġuridika li tokkupa binja jew unità individwali f’binja b’diversi appartamenti jew b’diversi użi, fornuta b’tisħin, tkessiħ jew misħun domestiku minn sors ċentrali, fejn tali persuna li ma jkollha l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija (l-Artikolu 2, il-punt (53)).

Differenza waħda li ta’ min tiġi enfasizzata bejn dawn iż-żewġ definizzjonijiet hija li filwaqt li l-klijent finali jixtri l-enerġija għal kwalunkwe użu (inkluż l-elettriku), l-utent finali huwa ristrett għax-xiri tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku. L-utenti finali ma għandhom l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija u jistgħu jkunu inkwilini ta’ binjiet b’aktar minn okkupant wieħed b’sistemi kollettivi ta’ tisħin, tkessiħ jew produzzjoni tal-misħun domestiku (kuntratti kollettivi), persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, abitanti ta’ residenza indipendenti jew unità tal-kura fit-tul u persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni temporanja jew f’postijiet ta’ kenn.

“Faqar enerġetiku” tfisser in-nuqqas ta’ aċċess ta’ unità domestika għal servizzi essenzjali tal-enerġija, fejn tali servizzi jipprovdu livelli bażiċi u standards tal-għajxien u tas-saħħa deċenti, inkluż tisħin, ilma sħun, tkessiħ, tidwil u enerġija għall-apparati domestiċi adegwati, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, il-politika soċjali nazzjonali eżistenti u politiki nazzjonali rilevanti oħra, ikkawżat minn kombinament ta’ fatturi, inkluż mill-inqas għal nuqqas ta’ affordabbiltà, introjtu disponibbli insuffiċjenti, nefqa għolja għall-enerġija u effiċjenza enerġetika baxxa tad-djar (l-Artikolu 2, il-punt (52)).

“Inċentivi maqsuma” tfisser in-nuqqas ta’ distribuzzjoni ġusta u raġonevoli ta’ obbligi finanzjarji u premjijiet relatati ma’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika fost l-atturi kkonċernati, pereżempju s-sidien u l-inkwilini jew is-sidien differenti tal-unitajiet tal-bini, jew is-sidien u l-inkwilini jew is-sidien differenti ta’ binjiet b’diversi appartamenti jew b’diversi użi (l-Artikolu 2, il-punt (54)).

“Strateġija ta’ involviment” tfisser strateġija li tistabbilixxi objettivi, tiżviluppa tekniki u tistabbilixxi l-proċess li bih jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livell nazzjonali jew lokali, inkluż rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bħall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, fil-proċess tat-tfassil tal-politika, bl-għan li tiżdied is-sensibilizzazzjoni, jinkiseb feedback dwar tali politiki u tittejjeb l-aċċettazzjoni pubblika tagħhom (l-Artikolu 2, il-punt (55)).

3.2.2.   Termini u kunċetti mhux definiti fid-Direttiva (UE) 2023/1791

L-ispjegazzjonijiet li ġejjin tat-termini u l-kunċetti li jintużaw f’dawn il-linji gwida iżda li ma humiex definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jingħataw bħala indikazzjoni biss fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dawk it-termini u kunċetti:

 

“Fornitur” tirreferi għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, filwaqt li taġixxi fil-kapaċità kummerċjali jew professjonali tagħha, tipprovdi prodotti, servizzi jew sistemi relatati mal-forom kollha ta’ tisħin, tkessiħ u misħun domestiku.

 

“Punt uniku ta’ servizz (OSS, one-stop shop)” tirreferi għal post virtwali jew fiżiku fejn il-partijiet ikkonċernati jiġu appoġġati fil-mistoqsijiet kollha kif ukoll fl-istadji ta’ implimentazzjoni tal-proġett ta’ rinnovazzjoni relatat mal-effiċjenza enerġetika, li jvarjaw minn pariri dwar is-suġġett għall-informazzjoni u s-servizzi kollha li jeħtieġu biex jimplimentaw proġett globali ambizzjuż ta’ effiċjenza enerġetika/rinnovazzjoni. (3)

 

“Punti Uniċi ta’ Kuntatt (SPC, Single Points of Contact)“ mhumiex definiti iżda l-Artikolu 22(3) jiddikjara b’mod ċar li l-għan ta’ punt uniku ta’ kuntatt huwa li jipprovdi lill-klijenti u lill-utenti finali bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-liġi applikabbli u l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim disponibbli għalihom f’każ ta’ tilwima. Dan jista’ jinftiehem bħala konsulent (jiġifieri, li jieħu forom differenti, pereżempju, OSS, entità waħda) li jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati b’informazzjoni dwar kwistjonijiet legali assoċjati ma’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika.

X’inhi d-distinzjoni bejn l-OSS u l-SPC?

Essenzjalment, l-OSS (ara t-taqsima 5.3. iddedikata ta’ dawn il-linji gwida) huwa tip ta’ SPC għall-konsumaturi li lesti jinvolvu ruħhom fl-effiċjenza enerġetika. Madankollu, sabiex tiġi evitata l-konfużjoni, hemm bżonn li tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn l-OSS u l-SPC skont l-Artikolu 22(3). Filwaqt li ż-żewġ strumenti għandhom l-għan li jiċċentralizzaw is-servizzi ta’ informazzjoni, pariri u assistenza għall-klijenti u għall-utenti finali, it-tipi ta’ servizzi offruti minn kull strument ivarjaw:

—

L-OSS jipprovdi pariri tekniċi, amministrattivi u finanzjarji u assistenza dwar l-effiċjenza enerġetika.

—

L-SPC jipprovdi pariri u assistenza dwar aspetti legali relatati mal-effiċjenza enerġetika, pereżempju, dwar id-drittijiet tal-klijenti/utenti, il-liġi applikabbli, u l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim.

L-Artikolu 22(3) jiddikjara li l-SPC jista’ jkun parti mill-punti ta’ informazzjoni ġenerali għall-konsumatur. B’konsegwenza ta’ dan, l-OSS u l-SPC jistgħu jaħdmu f’kollaborazzjoni mill-qrib biex jiżguraw li l-firxa sħiħa ta’ servizzi (jiġifieri, tekniċi, amministrattivi, finanzjarji u legali) tkun disponibbli għall-partijiet ikkonċernati.

“Klijenti vulnerabbli”

Kif stabbilit fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, il-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-Artikolu 24(1) jistabbilixxi wkoll li l-Istati Membri jridu jqisu l-kunċett ta’ utenti finali meta jiddefinixxu l-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli:

L-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2019/944 jiddikjara li “kull Stat Membru għandu jiddefinixxi l-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli li jista’ jirreferi għall-faqar enerġetiku u, fost l-oħrajn, għall-projbizzjoni tal-iskonnessjoni ta’ dawn il-klijenti fi żminijiet kritiċi. Il-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli jista’ jinkludi livelli ta’ dħul, is-sehem ta’ nfiq ta’ enerġija tad-dħul disponibbli, l-effiċjenza fl-enerġija tad-djar, id-dipendenza kritika fuq tagħmir elettriku għal raġunijiet ta’ saħħa, età jew kriterji oħra”;

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE jiddikjara li “kull Stat Membru għandu jiddefinixxi l-kunċett ta’ konsumaturi vulnerabbli li jista’ jirreferi għall-faqar tal-enerġija u, inter alia, għall-projbizzjoni tal-iskonnessjoni tal-gass ta’ konsumaturi bħal dawn fi żminijiet kritiċi”.

Il-klijenti (domestiċi) vulnerabbli, ġew definiti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri skont id-Direttiva (UE) 2019/944 u d-Direttiva 2009/73/KE, b’definizzjonijiet li ħafna drabi jirreferu għal-livelli ta’ introjtu u d-dipendenza kritika fuq l-elettriku għal raġunijiet ta’ saħħa. (4)

“Introjtu baxx”

Fid-definizzjoni ta’ unità domestika b’introjtu baxx, isir użu mifrux ta’ livell limitu stabbilit għal 60 % tal-introjtu ekwivalizzat medjan nazzjonali. (5) Dan l-indikatur huwa bbażat fuq il-“livell limitu tar-riskju ta’ faqar” kif definit fl-Istatistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC).

“Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti” , imsejjaħ ukoll Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR, Alternative Dispute Resolution) huwa definit mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u (6) tal-Kunsill bħala “soluzzjoni barra mill-qrati ta’ tilwim li jikkonċerna obbligi kuntrattwali domestiċi u transkonfinali li jirriżultaw minn kuntratti ta’ bejgħ jew kuntratti ta’ servizz bejn negozjant stabbilit fl-Unjoni u konsumatur residenti fl-Unjoni permezz tal-intervent ta’ entità tal-ADR li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tlaqqa’ lill-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni bonarja”.

“Ombudsperson tal-enerġija” ma huwiex definit b’mod ċar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tirreferi għalih bħala “korp indipendenti għal soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim”. (7) L-Ombudsman Ewropew huwa msemmi fit-Trattati u huwa punt ta’ kuntatt għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi biex jirċievi lmenti dwar amministrazzjoni ħażina u biex isaħħaħ ir-responsabbiltà. (8) Għalhekk, Ombudsperson tal-Enerġija huwa korp li jinvestiga, jgħin biex jissolvew u jirrapporta dwar ilmenti relatati mal-enerġija, inkluż l-elettriku, il-gass, it-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun.

“Akkomodazzjoni soċjali” hija definita mid-Dokument ta’ Sintesi tal-2020 tal-OECD (9) bħala “akkomodazzjoni għall-kiri residenzjali pprovduta bi prezzijiet taħt il-livell tas-suq li hija mmirata u allokata skont regoli speċifiċi, bħal ħtieġa identifikata jew listi ta’ stennija”. Il-mudelli regolatorji, ta’ sjieda, ta’ ġestjoni, ta’ finanzjament ivarjaw bejn l-Istati Membri kif ukoll il-popolazzjonijiet u t-terminoloġija tal-benefiċjarji (pereżempju, Akkomodazzjoni f’Kera Moderata, Akkomodazzjoni Komuni, Akkomodazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, Promozzjoni tal-Akkomodazzjoni). Id-Deċiżjoni 2012/21/UE tirreferi wkoll għall-akkomodazzjoni soċjali li tfisser akkomodazzjoni soċjali għal ċittadini żvantaġġjati jew gruppi li jbatu minn żvantaġġ soċjali, li minħabba restrizzjonijiet ta’ solvenza ma jkunux jistgħu jakkwistaw akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq. (10)

4.   OBBLIGI STABBILITI FL-ARTIKOLU 21

Din it-taqsima tipprovdi lill-Istati Membri b’elementi dwar kif id-diversi dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 jistgħu jiġu trasposti u implimentati.

4.1.   Informazzjoni minima li trid tiġi inkluża fil-kuntratti — l-Artikolu 21(2)

4.1.1.   Qafas legali

L-Artikolu 21(2), l-ewwel sottoparagrafu, jelenka l-informazzjoni minima meħtieġa li trid tiġi inkluża fil-kuntratt bejn il-klijent finali u l-fornitur.

Skont dik id-dispożizzjoni, “il-klijenti finali għandhom id-dritt ta’ kuntratt mal-fornitur tagħhom li jispeċifika:

(a)

l-identità, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur;

(b)

is-servizzi pprovduti u l-livelli tal-kwalità tas-servizz inklużi;

(c)

it-tipi ta’ servizzi ta’ manutenzjoni inklużi fil-kuntratt mingħajr imposti addizzjonali;

(d)

il-mezzi kif tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi applikabbli, dwar l-imposti għall-manutenzjoni, u dwar il-prodotti jew is-servizzi f’pakkett;

(e)

it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inkluż il-prodotti jew is-servizzi f’pakkett ma’ dawk is-servizzi, u jekk titħalliex issir terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt;

(f)

kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti ta’ rifużjoni li japplikaw jekk ma jintlaħqux il-livelli tal-kwalità tas-servizz ikkuntrattat, inkluż kontijiet mhux eżatti jew li jdumu ma jinħarġu;

(g)

il-metodu biex tinbeda proċedura għal soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti f’konformità mal-Artikolu 22;

(h)

informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumaturi, inkluża informazzjoni dwar it-trattament tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-paragrafu, li hija kkomunikata b’mod ċar fil-kont jew fuq is-sit web tal-intrapriża u tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt jew link għas-sit web tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 22(3), il-punt (e);

(i)

id-dettalji ta’ kuntatt li jippermettu lill-klijent jidentifika punti uniċi ta’ servizz rilevanti kif msemmija fl-Artikolu 22(3), il-punt (a).”

4.1.2.   Rakkomandazzjonijiet / Gwida

It-traspożizzjoni tal-Artikolu 21(2), l-ewwel sottoparagrafu, fil-liġi nazzjonali tirrikjedi leġiżlazzjoni ċara u espliċita biex jiġi żgurat li d-drittijiet għal dik l-informazzjoni jiġu protetti. L-Istati Membri jistgħu janalizzaw il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali attwali relatati mal-kuntratti tal-provvista tal-enerġija u l-protezzjoni tal-konsumatur biex jidentifikaw fejn huma meħtieġa aġġustamenti jew żidiet. Huwa rakkomandabbli li l-Istati Membri jinkludu l-partijiet ikkonċernati, bħall-fornituri tal-enerġija, il-gruppi ta’ promozzjoni tal-konsumaturi, u l-korpi regolatorji diġà fi stadju bikri fil-proċess tat-traspożizzjoni. Dan jista’ jsir permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi jew gruppi ta’ ħidma. Dawk il-partijiet ikkonċernati jistgħu jipprovdu għarfien siewi dwar kunsiderazzjonijiet prattiċi, sfidi potenzjali, u soluzzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-partikolaritajiet nazzjonali rispettivi, u b’hekk jevitaw tilwim futur jew dewmien fi proġetti ta’ koordinazzjoni. Sabiex jiġu minimizzati l-ambigwità u t-tilwim potenzjali, għandu jiġi żgurat ukoll li l-leġiżlazzjoni tipprovdi definizzjonijiet ċari tat-termini użati fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-dispożizzjoni.

Dawk id-definizzjonijiet għandhom ikunu komprensivi, u jkopru diversi xenarji u kwistjonijiet potenzjali li jistgħu jiltaqgħu magħhom il-klijenti finali.

Dan li ġej għandu jitqies fir-rigward ta’ kull element imsemmi fil-lista fl-Artikolu 21(2), l-ewwel sottoparagrafu:

(a)

l-identità, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur

Filwaqt li r-rekwiżit li jiġu pprovduti l-identità u l-indirizz tal-fornitur mhuwiex ambigwu, it-terminu “dettalji ta’ kuntatt” u liema informazzjoni jkopri mhumiex definiti b’mod preċiż. L-Istati Membri għandhom libertà konsiderevoli hawnhekk, iżda l-għan tad-dispożizzjoni huwa li l-klijenti finali għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw b’mod ċar u mingħajr dubju min hi l-parti kontraenti tagħhom u kif jistgħu jikkuntattjawhom.

Sabiex jiġi evitat nuqqas possibbli ta’ ċarezza, l-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżit minimu għall-informazzjoni li trid tiġi pprovduta, bħal numru tat-telefon u indirizz elettroniku. (11) Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli biex jiġu minimizzati l-ostakli għall-klijenti finali, filwaqt li jitqies li xi klijenti finali jaf ma jkunux litterati diġitalment jew ma jkollhomx aċċess għal ċerti forom ta’ komunikazzjoni.

(b)

is-servizzi pprovduti u l-livelli ta’ kwalità tas-servizz inklużi

Il-livelli ta’ kwalità fil-forniment ta’ servizzi għal sistemi ta’ tisħin u tkessiħ u misħun domestiku jinkludu diversi aspetti, bħall-effiċjenza, l-affidabbiltà, u s-sikurezza tas-sistemi, kif ukoll il-kwalità tas-servizzi pprovduti fiż-żamma u t-tiswija tagħhom. Il-parametri għad-determinazzjoni tal-livelli ta’ kwalità għandhom jiġu standardizzati mill-Istati Membri.

(c)

it-tipi ta’ servizzi ta’ manutenzjoni inklużi fil-kuntratt mingħajr imposti addizzjonali

(d)

il-mezzi li bihom tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi, l-imposti għall-manutenzjoni u l-prodotti jew is-servizzi raggruppati kollha applikabbli

L-Istati Membri għandhom jipprovdu eżempji tal-mezzi użati b’mod komuni f’pajjiżhom biex jiksbu tali informazzjoni sabiex jagħmlu l-konformità aktar faċli għall-fornituri u jiżguraw iċ-ċertezza legali. Normalment, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz tal-Internet, iżda jekk proporzjon kbir ta’ kuntratti jiġu konklużi offline, l-għoti ta’ informazzjoni b’mezzi alternattivi (pereżempju, li jkun possibbli li tintalab informazzjoni permezz tat-telefon) ikun approċċ aktar xieraq.

(e)

it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u s-servizzi, inkluż il-prodotti jew is-servizzi li huma raggruppati ma’ dawk is-servizzi, u jekk hijiex permessa t-terminazzjoni tal-kuntratt mingħajr ħlas

(f)

Il-bidu tal-kuntratt; Il-bidu tal-provvista; Id-data tal-kontijiet; It-tul ta’ żmien minimu tal-kuntratt (jekk applikabbli); Id-data tat-terminazzjoni u l-perjodu ta’ notifika;

(g)

kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti ta’ rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizz ikkuntrattat ma jintlaħqux, inkluż kontijiet mhux akkurati jew imdewma

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu t-termini “arranġamenti ta’ kumpens u rifużjoni” u “livelli ta’ kwalità tas-servizz”. Dawk id-definizzjonijiet għandhom ikunu komprensivi, u jkopru diversi xenarji u kwistjonijiet potenzjali li jistgħu jiltaqgħu magħhom il-klijenti finali. Pereżempju, it-traspożizzjoni nazzjonali tista’ tispeċifika li żball fil-kontijiet ta’ aktar minn ċertu perċentwal għandu jintitola lill-klijent għal kumpens. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll parametri referenzjarji tal-kwalità tas-servizz peress li dan tipikament isir fi Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz. Pereżempju, dan jista’ jinkludi skedi ta’ żmien speċifiċi għar-riżoluzzjoni tal-ilmenti tal-klijenti jew ċertu livell ta’ akkuratezza li għandu jintlaħaq meta jsiru l-kontijiet.

Meta jistabbilixxu dawk il-parametri referenzjarji, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ukoll ir-rati jew il-metodi ta’ kalkolu tal-kumpens għal diversi tipi ta’ fallimenti fil-kwalità tas-servizz. Pereżempju, jekk is-servizz jiġi interrott għal ċertu ammont ta’ żmien, il-klijent jista’ jkun intitolat għal rifużjoni ta’ parti mit-tariffa tas-servizz ta’ kull xahar tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jistiednu input mill-partijiet ikkonċernati bħall-fornituri tal-enerġija, il-gruppi ta’ promozzjoni tal-konsumaturi, u l-awtoritajiet regolatorji biex jiksbu għarfien dwar l-isfidi, il-prattiċitajiet u s-soluzzjonijiet innovattivi potenzjali.

(h)

il-metodu biex tinbeda proċedura ta’ soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim f’konformità mal-Artikolu 22

(i)

informazzjoni relatata mad-drittijiet tal-konsumatur, inkluż informazzjoni dwar it-trattament tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 21(2), l-ewwel sottoparagrafu, li tiġi kkomunikata b’mod ċar fuq il-kont jew is-sit web tal-intrapriża u li tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt jew il-link għas-sit web tal-SPC imsemmi fl-Artikolu 22(3), il-punt (e)

L-Istati Membri għandhom ikunu konxji li l-lista fl-Artikolu 21(2), l-ewwel sottoparagrafu, ma hijiex eżawrjenti u li t-terminu “informazzjoni relatata mad-drittijiet tal-konsumatur” potenzjalment ikopri firxa wiesgħa ta’ informazzjoni. Tali informazzjoni tista’ tinkludi, pereżempju, id-drittijiet mogħtija lill-konsumaturi mid-Direttiva 2011/83/UE jew dawk li jirriżultaw minn kwalunkwe speċifiċità fit-traspożizzjonijiet nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri.

(j)

id-dettalji ta’ kuntatt li jippermettu lill-klijent jidentifika l-punt uniku ta’ servizz rilevanti msemmi fl-Artikolu 22(3), il-punt (a)

(k)

Dawn jistgħu jinkludu l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown u l-kontijiet tal-midja soċjali.

4.2.   Rekwiżiti addizzjonali rigward l-informazzjoni kuntrattwali

Minbarra r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut tal-kuntratt, l-Artikolu 21(2), it-tieni, it-tielet u r-raba’ sottoparagrafi, jistabbilixxu rekwiżiti ulterjuri.

4.2.1.   Il-kundizzjonijiet iridu jkunu “ġusti u pprovduti bil-quddiem”

Huwa essenzjali li l-Istati Membri jiddefinixxu b’mod ċar liema kundizzjonijiet huma “ġusti u pprovduti bil-quddiem” fi ħdan il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru. Dan jista’ jiġi interpretat bħala li jiżgura li t-termini jkunu raġonevoli u kkomunikati b’mod faċli biex jinftiehem, mingħajr klawżoli jew kundizzjonijiet moħbija u pprovduti lill-klijenti finali qabel ma jkunu marbuta b’kuntratt jew b’dikjarazzjoni kuntrattwali. L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-liġijiet u tar-regolamenti nazzjonali eżistenti li għandhom x’jaqsmu mat-trasparenza kuntrattwali u mad-drittijiet tal-konsumatur fis-settur tal-enerġija peress li jista’ jkun hemm bżonn li jinħolqu regolamenti speċifiċi għall-intermedjarji. Dawk ir-regoli għandhom jiżguraw li l-intermedjarji jkunu marbuta wkoll li jiżvelaw informazzjoni b’mod faċli biex tiġi aċċessata u f’perjodu ta’ żmien li jippermetti l-kapaċità taċ-ċittadini li jipproċessawha. Barra minn hekk, huwa kruċjali li l-konsumaturi jingħataw is-setgħa bl-għarfien dwar id-drittijiet tal-enerġija tagħhom u dwar x’għandhom jistennew mill-fornituri u mill-intermedjarji tal-enerġija matul il-proċess tal-kuntratt. Dan jista’ jsir permezz ta’ kampanji pubbliċi jew informazzjoni mxerrda permezz ta’ gruppi ta’ promozzjoni tal-konsumatur jew fi spazji informali bħal kafetteriji tal-enerġija. Fl-aħħar nett, għandhom isiru rieżamijiet regolari tal-leġiżlazzjoni nazzjonali biex tiġi vvalutata l-effettività tagħha. Abbażi tal-feedback tal-konsumaturi u tal-fornituri, kif ukoll tal-bidliet teknoloġiċi u l-kundizzjonijiet tas-suq, dawn il-liġijiet u r-regolamenti għandhom jiġu adattati kif meħtieġ.

4.2.2.   Sommarju tal-kundizzjonijiet kuntrattwali ewlenin

Il-fornituri ma humiex biss obbligati li jipprovdu l-informazzjoni b’mod ċar u li jinftiehem, iżda wkoll li jipprovdu sommarju tal-kundizzjonijiet kuntrattwali ewlenin b’lingwaġġ konċiż u sempliċi.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw gwida prattika għall-fornituri. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà ma’ kompetituri oħra tas-suq, is-sommarju tal-kuntratt jista’ jitqies bħala kundizzjoni preċedenti għall-konklużjoni tal-kuntratt u għalhekk, jista’ jiġi pprovdut fil-bidu ta’ meta jibda l-kuntratt.

4.2.3.   Għoti ta’ kopja tal-kuntratt, informazzjoni dwar il-prezzijiet u t-tariffi u t-termini u l-kundizzjonijiet standard

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fid-dispożizzjonijiet nazzjonali min hu responsabbli biex jipprovdi l-informazzjoni lill-utenti finali.

Biex jissodisfaw dawn ir-responsabbiltajiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regolamenti jew linji gwida li jiddeskrivu kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni lill-klijenti. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li s-sidien tal-kera jew l-assoċjazzjonijiet tas-sidien tad-djar jipprovdu informazzjoni f’isem il-fornituri tal-enerġija jew jistgħu jirrikjedu li l-fornituri jipprovdu informazzjoni direttament lill-klijenti permezz ta’ mezzi oħra, bħal portali online jew applikazzjonijiet mobbli.

4.3.   Rekwiżit li l-klijenti finali jiġu nnotifikati bl-intenzjonijiet li jiġu mmodifikati l-kundizzjonijiet kuntrattwali — l-Artikolu 21(3)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjonijiet ċari ta’ termini temporali fit-traspożizzjoni, adattati għall-prattiki nazzjonali, biex jiżguraw applikazzjoni konsistenti u korretta tal-liġi fix-xenarji kollha.

Il-limiti ta’ żmien għat-tħabbira — ġimagħtejn b’mod ġenerali u xahar għall-klijenti domestiċi qabel ma jidħol fis-seħħ l-aġġustament — li huma stabbiliti fl-Artikolu 21(3) bħala minimu, għandhom jiġu analizzati fid-dawl tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-ġurisprudenza nazzjonali biex ikun hemm konformità mal-prinċipji nazzjonali tat-trasparenza.

Termini temporali bħal “avviż raġonevoli”, “żmien raġonevoli” u “mingħajr dewmien żejjed” jistgħu jiġu elaborati aktar fuq approċċ ibbażat fuq l-evidenza, pereżempju, “avviż raġonevoli, mill-inqas 3 xhur qabel” jew delineazzjonijiet ċari simili. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu wkoll standard minimu għal termini bħal “b’mod trasparenti u li jinftiehem”, li jista’ jsir billi jingħataw l-eżempji. Il-fornituri tal-enerġija, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-esperti tal-faqar enerġetiku, l-atturi soċjali u r-regolaturi għandhom jiġu kkonsultati.

Fl-aħħar nett, kemm il-fornituri kif ukoll il-konsumaturi għandhom ikunu konxji mid-drittijiet u mill-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni biex din tkun effettiva. Dan jista’ jsir permezz tal-għoti tas-setgħa lill-intermedjarji fdati, bħall-atturi soċjali u l-konsulenti tal-enerġija, u permezz tal-istabbiliment ta’ uffiċċji ta’ appoġġ għall-enerġija (bħall-OSS, il-kafetteriji tal-enerġija jew l-Ombudsperson). Għalhekk l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jwettqu kampanji ta’ informazzjoni pubblika biex jagħtu s-setgħa lill-partijiet involuti bl-għarfien tad-drittijiet (u tad-dmirijiet) tagħhom. Dan jista’ jinkludi l-ħruġ ta’ gwida komprensiva dwar kif għandhom jingħataw u jiġu riċevuti l-avviżi u l-ispjegazzjoni tar-raġunijiet għar-regoli l-ġodda u l-benefiċċji tagħhom għall-konsumaturi.

4.4.   Metodi ta’ pagament — l-Artikolu 21(4)

Il-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni għandha tirrikjedi b’mod espliċitu li l-fornituri joffru għażla ta’ metodi ta’ pagament, filwaqt li għandha tipprojbixxi kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni bla bżonn bejn il-klijenti. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni għandha tirrikjedi li kwalunkwe differenza fl-imposti relatati mal-metodi ta’ pagament jew mas-sistemi ta’ pagament bil-quddiem tkun oġġettiva, nondiskriminatorja u proporzjonata. Il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi rifless bir-reqqa fil-leġiżlazzjoni tat-traspożizzjoni sabiex ikun ċar li l-imposti ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet diretti mġarrba minn min iħallas meta juża metodu ta’ pagament jew sistema ta’ pagament bil-quddiem partikolari.

Biex dan jiġi ffaċilitat, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jiddefinixxu xi jfisser “oġġettiv”, “nondiskriminatorju” u “proporzjonat” fir-rigward tal-metodi ta’ pagament, f’konformità mal-kuntest nazzjonali u l-qafas legali eżistenti.

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-Artikolu 21(4) tkun skont l-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (12) Għal dan l-għan, il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar is-servizzi ta’ pagament jeħtieġ li tiġi analizzata mill-Istati Membri biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn tali leġiżlazzjoni u d-dispożizzjoni l-ġdida. L-Istati Membri jistgħu jwettqu wkoll kampanji ta’ informazzjoni pubblika biex jinfurmaw lill-fornituri u lill-konsumaturi dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni l-ġdida. Dan jista’ jinkludi l-għoti ta’ gwida dettaljata.

4.5.   Sistemi ta’ ħlas minn qabel — l-Artikolu 21(5)

Meta jittrasponu l-Artikolu 21(5) fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jingħataw il-parir li jistabbilixxu b’mod ċar il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kontra klijenti li jużaw sistemi ta’ pagament bil-quddiem. Iċ-ċittadini vulnerabbli huma aktar probabbli li jżommu mal-istatus quo (jiġifieri, tariffi prestabbiliti, tariffi subottimali) għalhekk għandhom ikunu saħansitra aktar protetti u ggwidati qabel ma jidħlu f’sistemi ta’ pagament bil-quddiem. Għalhekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tipprevedi b’mod espliċitu li l-fornituri ma jistgħux jiddiskriminaw kontra klijenti domestiċi li jużaw sistemi ta’ pagament bil-quddiem meta mqabbla ma’ klijenti oħra. Għal dan l-għan, f’dokumenti ta’ gwida jistgħu jiġu pprovduti eżempji ta’ x’jista’ jikkostitwixxi “diskriminazzjoni” fil-kuntest ta’ sistemi ta’ pagament bil-quddiem. Stat Membru jista’ jikkunsidra fatturi bħal imposti addizzjonali, aċċess ristrett għas-servizzi, termini kuntrattwali inqas favorevoli jew kwalunkwe forma oħra ta’ trattament inġust. Il-kjarifika tal-kunċett ta’ “żvantaġġ” tiżgura li l-leġiżlazzjoni tirrifletti b’mod akkurat l-objettiv tad-dispożizzjoni u tkun rilevanti fil-kuntest nazzjonali.

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jeżaminaw il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali eżistenti dwar is-sistemi ta’ pagament bil-quddiem f’setturi oħra, bħat-telekomunikazzjoni jew l-utilitajiet, biex isibu paralleli utli.

4.6.   Termini u kundizzjonijiet ġusti u trasparenti — l-Artikolu 21(6)

Skont l-Artikolu 21(6), “il-klijenti finali u, fejn applikabbli, l-utenti finali għandhom jiġu offruti termini ġenerali u kundizzjonijiet ġusti u trasparenti, li għandhom jingħataw b’lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu, u ma għandhomx jinkludu ostakli nonkuntrattwali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi, bħal dokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva. L-utenti finali għandhom jingħataw aċċess għal dawk it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali, meta jintalab dan. Il-klijenti finali u l-utenti finali għandhom jiġu protetti minn metodi inġusti u qarrieqa tal-bejgħ. Il-klijenti finali b’diżabbiltà għandhom jingħataw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kuntratt tagħhom mal-fornitur tagħhom b’formati aċċessibbli”.

Sabiex jipprovdu l-aktar gwida ċara possibbli, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu jew jipprovdu eżempji tat-termini użati f’dan l-Artikolu 21(6) (pereżempju, x’jikkostitwixxi metodi ta’ bejgħ “inġusti” jew “qarrieqa” fil-kuntest nazzjonali). L-Istati Membri jistgħu jadottaw approċċ ibbażat fuq l-evidenza u jagħmlu użu minn eżempji mill-ħajja reali taċ-ċittadini, filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza tagħhom u fuq dawk li huma jqisu li huma prattiki inġusti. Għal termini bħal “b’lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu” jew “ma għandhomx jinkludu ostakli nonkuntrattwali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi”, huwa rrakkomandat li tiġi pprovduta ċarezza wkoll għall-fornituri permezz ta’ klawżoli mudell ta’ kuntratt u li jiġi stabbilit standard minimu komuni. Dan għandu jsir b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati (bħall-fornituri tal-enerġija, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u r-regolaturi) sabiex ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa fil-fatt possibbli.

Sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-klijenti b’diżabbiltà, il-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni, pereżempju, għandha tirrikjedi li l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-kuntratt tiġi pprovduta f’formati aċċessibbli. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu xi tfisser “formati aċċessibbli”, filwaqt li jqisu t-tipi differenti ta’ diżabbiltajiet.

Il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar huma kruċjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-Artikolu 21(6). Il-leġiżlatur għandu jistabbilixxi sistemi biex jivverifika li l-fornituri qed jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti. Dan jista’ jinkludi r-rieżami tal-mudelli tal-kuntratti u tal-metodi tal-bejgħ u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu tal-ilmenti għall-klijenti li jħossu li ġew ittrattati b’mod inġust.

4.7.   Standard tajjeb ta’ servizz u trattament tal-ilmenti mill-fornituri — l-Artikolu 21(7)

L-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli u regolamenti ċari biex jiżguraw li l-fornituri jipprovdu standard tajjeb ta’ servizz u jittrattaw l-ilmenti b’mod effettiv. F’dan il-kuntest, għandhom jistabbilixxu l-parametru referenzjarju u jiddeterminaw x’jikkostitwixxi “standard tajjeb ta’ servizz” fil-kuntest nazzjonali tagħhom u speċifikament għas-settur tal-enerġija tagħhom. Dan jista’ jinkludi parametri bħat-tempestività tas-servizz, il-kwalità tas-servizz, il-kapaċità ta’ rispons, ir-rikonoxximent tal-ħtiġijiet speċjali tal-enerġija, eċċ.

Fir-rigward tat-trattament tal-ilmenti, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tirrikjedi li l-fornituri tal-enerġija jkollhom proċedura tal-ilmenti ċara u aċċessibbli. Din il-proċedura għandha tkun faċli biex tintuża mill-klijenti, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiddikjara li l-ilmenti kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod ġust u fil-pront. L-Istati Membri jistgħu joħorġu dokumenti ta’ gwida biex jipprovdu eżempji ta’ xi jfisser “sempliċi”, “ġust” u “fil-pront” fil-kuntest nazzjonali biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm nuqqas ta’ fehim bejn il-fornituri u l-klijenti. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li jniedu “sludge audits” standardizzati, pereżempju, biex jiċċekkjaw jekk l-operaturi intenzjonalment jagħmlux il-proċedura kumplessa wisq biex tiġi ttrattata mill-konsumaturi.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jirrikjedu li l-fornituri jirrapportaw regolarment dwar l-istandards tas-servizz tagħhom u t-trattament tal-ilmenti. Dawk ir-rapporti jistgħu jiġu vverifikati mill-awtorità regolatorja rilevanti biex tiġi żgurata l-konformità.

4.8.   Infurzar u monitoraġġ ta’ miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur — l-Artikolu 21(8)

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jaħtru awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur previsti fid-Direttiva (UE) 2023/1791. L-awtorità jew l-awtoritajiet magħżula għandha/għandhom tkun/ikunu ħielsa minn interessi tas-suq f’kompetizzjoni biex jiġi żgurat infurzar imparzjali. L-awtoritajiet magħżula jistgħu jkunu korpi governattivi jew awtoritajiet regolatorji. L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jinkarigaw il-monitoraġġ u l-infurzar tal-obbligi tal-protezzjoni tal-konsumatur stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2023/1791 lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur.

4.9.   Skonnessjoni ppjanata — l-Artikolu 21(9)

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu xi tfisser “informazzjoni adegwata” u għandhom jispeċifikaw li l-informazzjoni dwar miżuri alternattivi għandha tingħata biżżejjed bil-quddiem. Għandhom jiddefinixxu wkoll xi tfisser “biżżejjed bil-quddiem”, pereżempju, billi jistabbilixxu perjodu minimu, li għandu jkun mill-inqas xahar f’konformità mal-Artikolu 21(9) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

It-traspożizzjoni nazzjonali tista’ tinkludi lista mhux eżawrjenti ta’ “miżuri alternattivi”. Tali miżuri jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, awditi tal-enerġija, pariri dwar l-enerġija, pjanijiet ta’ pagament alternattivi, pariri dwar il-ġestjoni tad-dejn jew moratorji tal-iskonnessjoni. Għandu wkoll jiġi ċċarat li din il-lista tista’ tiġi aġġornata minn żmien għal żmien kif xieraq.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tiċċara li l-klijenti finali huma obbligati jinfurmaw lill-utenti finali mingħajr dewmien dwar skonnessjoni ppjanata.

Meta jittrasponu l-Artikolu 21(9) fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-mod li bih din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta biex jiġi żgurat li tkun ċara, aċċessibbli u li tinftiehem mill-klijenti. Dan jista’ jinkludi l-użu ta’ lingwaġġ sempliċi, id-disponibbiltà tal-informazzjoni f’formati differenti (pereżempju, diġitali, stampata) jew l-obbligu li jiġu pprovduti dettalji ta’ kuntatt għal mistoqsijiet jew assistenza.

5.   OBBLIGI STABBILITI FL-ARTIKOLU 22

Din it-taqsima tipprovdi lill-Istati Membri b’elementi dwar kif id-diversi dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 jistgħu jiġu trasposti u implimentati.

5.1.   Trasparenza u disseminazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-azzjonijiet individwali, u l-oqfsa finanzjarji u legali — l-Artikolu 22(1)

5.1.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

Skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-azzjonijiet individwali u l-oqfsa finanzjarji u legali tkun trasparenti, aċċessibbli u disseminata b’mod wiesa’. L-Artikolu 22(1) fih lista mhux eżawrjenti ta’ destinatarji potenzjali (jiġifieri, “atturi tas-suq”).

5.1.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

L-Istati Membri jistgħu jiġbru l-informazzjoni eżistenti kollha dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-azzjonijiet individwali u l-oqfsa finanzjarji u legali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali iżda wkoll billi jeżaminaw l-aħjar prattiki fi Stati Membri oħra. Dan jippermetti ċ-ċentralizzazzjoni tal-informazzjoni biex jiġi żgurat li l-atturi kollha jkunu jistgħu jaċċessawha faċilment.

5.1.2.1.   Kif tista’ tiġi żgurata informazzjoni trasparenti, aċċessibbli u disseminata b’mod wiesa’ għal tipi differenti ta’ atturi tas-suq?

Sabiex tiġi żgurata informazzjoni trasparenti, aċċessibbli u disseminata b’mod wiesa’ għal tipi differenti ta’ atturi tas-suq, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li atturi differenti (korpi pubbliċi, fornituri tal-enerġija, kumpaniji tal-kostruzzjoni, eċċ.) jinvolvu ruħhom f’ħidma perjodika biex jintlaħqu n-nies permezz ta’ diversi mezzi diġitali u analogi (ara t-Tabella 1).

Tabella 1

Strateġiji potenzjali ta’ ħidma biex jintlaħqu n-nies għal kull kategorija ta’ atturi tas-suq

Mezz ta’ komunikazzjoni

Atturi tas-suq

OSSs (ara t-taqsima ddedikata) u mekkaniżmi simili, SPC

—

L-atturi kollha iżda b’mod partikolari l-gruppi vulnerabbli

Format nazzjonali/reġjonali li jikkollega l-atturi ma’ xulxin u l-korpi pubbliċi għal skambju regolari

—

Rappreżentanzi tal-interessi (organizzazzjonijiet tal-konsumatur u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili)

—

Klijenti attivi (komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini)

Kanali ta’ komunikazzjoni interni mtejba tal-amministrazzjonijiet nazzjonali/reġjonali

—

Korpi pubbliċi (awtoritajiet lokali u reġjonali, aġenziji tal-enerġija u fornituri tas-servizzi soċjali)

Organizzazzjonijiet, avvenimenti u pubblikazzjonijiet fl-industrija kollha

—

Atturi ekonomiċi privati (bennejja, arkitetti, inġiniera, awdituri ambjentali u tal-enerġija u installaturi ta’ elementi tal-bini kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (13)

Hemm diversità ta’ atturi tas-suq imsemmija fl-Artikolu 22(1) u f’ħafna każijiet jistgħu jkunu atturi “żgħar”. Għalhekk, l-ilħuq ta’ dawn il-gruppi speċifiċi jista’ jippreżenta sfidi. It-taqsima li ġejja tipprovdi eżempji u strateġiji addizzjonali dwar kif dawn il-konsumaturi jistgħu jiġu involuti u kif jista’ jsir kuntatt magħhom b’mod effettiv.

5.1.2.2.   Kif jista’ jiżdied l-impatt tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni fuq l-effiċjenza enerġetika?

Grupp importanti għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika huma atturi b’setgħa deċiżjonali fuq tali miżuri. Huma meħtieġa qafas li jipprovdi inċentivi u azzjoni abilitanti, kif ukoll komunikazzjoni effettiva. Tali qafas jista’ jieħu l-forma ta’ linji gwida prattiċi maħruġa mill-Istati Membri għal atturi b’setgħa deċiżjonali. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu wkoll leġiżlazzjoni li tiddeskrivi miri speċifiċi għad-disseminazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika jkun kundizzjoni biex wieħed ikun eliġibbli għal finanzjament pubbliku.

B’mod ġenerali, id-disseminazzjoni tal-informazzjoni tista’ tiddependi fuq il-prinċipji li ġejjin (14):

(a)

miri trasparenti fuq medda ta’ żmien qasira u twila;

(b)

korp responsabbli definit b’riżorsi suffiċjenti biex jappoġġa lill-kumpaniji, kif ukoll messaġġier li jkun fdat mill-grupp(i) fil-mira;

(c)

udjenza fil-mira li tkun definita b’mod ristrett (pereżempju, maniġment superjuri) u li tinkludi l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, għalkemm kull wieħed minnhom b’kampanji mfassla apposta, b’enfasi fuq il-kuntest speċifiku tagħhom;

(d)

messaġġi ċari li jistgħu jiġu tradotti direttament f’azzjonijiet, u komunikazzjoni li tkun appoġġata minn teorija tal-bidla;

(e)

il-politiki ta’ informazzjoni jistgħu jintużaw flimkien ma’ miżuri oħra, biex jiġu sfruttati l-effetti sinerġetiċi. (15) Eżempju ta’ dan jista’ jkun il-politiki tal-ipprezzar peress li l-kumpaniji jirrapportaw l-iffrankar tal-kostijiet permezz ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika bħala raġuni ewlenija għall-implimentazzjoni tagħhom. (16) Għalhekk, politika li żżid l-għarfien tal-iffrankar tal-kostijiet permezz ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika, flimkien ma’ miżuri ulterjuri li jindirizzaw ostakli oħra, tista’ tkun politika ta’ informazzjoni li tħalli impatt partikolarment qawwi.

Il-lievi fil-komunikazzjoni jistgħu jkunu biex jiġu enfasizzati l-benefiċċji soċjali, ambjentali u ekonomiċi u l-benefiċċji mhux tal-enerġija ta’ żieda fl-effiċjenza enerġetika bħal żieda fil-kumdità u l-benesseri, u biex iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika tiġi ppreżentata bħala suċċess. Dan huwa importanti, minħabba li ż-żidiet fl-effiċjenza enerġetika spiss jitqiesu bħala inqas attraenti, b’mod partikolari meta mqabbla ma’ miżuri aktar viżibbli bħall-installazzjoni ta’ sistema ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli (pereżempju, pannell solari fuq il-bjut). (17) Barra minn hekk, qafas bħal dan jista’ jikkumpensa għat-tendenza tal-bniedem li ma jgħoddx il-gwadanji fit-tul, li spiss ifixkel il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika. (18)

5.2.   Miżuri li jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti finali u mill-utenti finali — l-Artikolu 22(2) u (3)

5.2.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikoli 22(2) u (3) huma reviżjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2012/27/UE. Il-kontenut bażiku tad-dispożizzjoni (jiġifieri, it-teħid ta’ miżuri xierqa biex jiġi promoss u ffaċilitat użu effiċjenti tal-enerġija) ma nbidilx b’mod sinifikanti meta mqabbel mad-Direttiva 2012/27/UE. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet jitwessa’ biex jinkludi wkoll l-utenti finali u diversi eżempji addizzjonali ta’ miżuri li jridu jiġu implimentati kif issuġġerit fid-Direttiva (UE) 2023/1791.

5.2.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

Hemm żewġ tipi ta’ miżuri li jistgħu jippromwovu u jiffaċilitaw użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti finali u mill-utenti finali:

(a)

strumenti u politiki li jippromwovu bidla fl-imġiba;

(b)

il-ħolqien ta’ qafas ta’ appoġġ għall-atturi tas-suq bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 22(1).

Meta jinvolvu għajnuna mill-Istat, il-miżuri li jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-enerġija jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm ma jikkostitwixxux għajnuna de minimis  (19) jew ikunu koperti minn eżenzjoni ta’ kategorija (20)

Tabella 2

Strumenti u politiki li jippromwovu bidla fl-imġiba

Tip ta’ strument/politika

Deskrizzjoni

Inċentivi fiskali

L-inċentivi fiskali jikkonsistu fl-użu ta’ vantaġġi fiskali (bħal tnaqqis fit-taxxa, tnaqqis, krediti, eċċ.) biex jinkoraġġixxu u jappoġġaw imġiba effiċjenti fl-enerġija.

Aċċess għal finanzi, vawċers, għotjiet, u sussidji

L-iskemi ta’ appoġġ finanzjarju jippermettu li jiġi aċċellerat it-titjib fl-effiċjenza enerġetika billi jindirizzaw in-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji. L-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għal skemi eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri billi jinfurmaw lill-partijiet ikkonċernati dwar id-disponibbiltà ta’ skemi ta’ appoġġ, jappoġġawhom biex jidentifikaw dawk rilevanti u jagħtuhom pariri dwar kif jaċċessaw u japplikaw għal kull strument.

Valutazzjonijiet tal-konsum tal-enerġija appoġġati pubblikament u servizzi ta’ konsulenza u appoġġ immirati għal konsumaturi li huma unitajiet domestiċi, b’mod partikolari persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, konsumaturi vulnerabbli u, fejn japplika, persuni li jgħixu fl-akkomodazzjoni soċjali

Il-valutazzjonijiet tal-konsum tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi jistgħu jgħinu lill-klijenti finali jtejbu l-konsum tal-enerġija tagħhom, iżidu l-għarfien u jissuġġerixxu bidliet biex jippromwovu l-iffrankar tal-enerġija. (21) Madankollu, minħabba l-kost sinifikanti tagħhom (22), jista’ jkun rilevanti li jiġi pprovdut appoġġ pubbliku (pereżempju fil-forma ta’ għotja jew sussidju) b’mod partikolari għall-klijenti vulnerabbli, għall-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta jkun applikabbli, għall-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

Servizzi ta’ konsulenza mmirati għall-SMEs u għall-mikrointrapriżi

Il-valutazzjonijiet tal-konsum tal-enerġija u s-servizzi ta’ konsulenza jistgħu jiġu pprovduti wkoll lil klijenti żgħar mhux domestiċi bħall-SMEs u l-mikrointrapriżi.

Għoti tal-informazzjoni b’format aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika disponibbli għal kulħadd, inklużi l-persuni b’diżabbiltà. Hemm għodod bħas-sett ta’ għodod mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) (23) u l-linji gwida mill-proġett iffinanzjat mill-Unjoni “Bridging the Gap” (24) li l-Istati Membri jistgħu jużaw meta jiżviluppaw komunikazzjonijiet dwar l-effiċjenza enerġetika biex jagħmluha inklużiva u aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà.

Proġetti eżemplari

Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u eżempji ta’ proġetti ta’ effiċjenza enerġetika ta’ suċċess hija kruċjali biex il-klijenti finali u l-utenti finali jiġu mħeġġa jinvolvu ruħhom f’titjib fl-effiċjenza enerġetika. Skont it-tip ta’ eżempju li jiġi ppreżentat, din il-miżura tista’ tiġi applikata għall-gruppi rilevanti kollha. Approċċ promettenti huwa li l-messaġġ ewlieni ta’ eżempji bħal dawn jiġi ffukat fuq l-iffrankar tal-kostijiet permezz ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika.

Attivitajiet fuq il-post tax-xogħol

L-attivitajiet immirati biex jinfurmaw lill-klijenti finali u lill-utenti finali jistgħu jiġu organizzati mill-impjegaturi fil-postijiet tax-xogħol. Dan jagħmilha aktar faċli li tintlaħaq firxa diversa ta’ individwi. Bl-istess mod, bħal fil-każ ta’ proġetti eżemplari, skont il-kontenut ta’ dawn l-attivitajiet, dawn jistgħu jiġu applikati għall-gruppi rilevanti kollha. Barra minn hekk, proġetti eżemplari jistgħu jiġu ppreżentati f’ambjent ta’ post tax-xogħol. Minbarra dan, l-attivitajiet rilevanti jistgħu jinkludu taħriġ dwar kif tiġi ffrankata l-enerġija fuq il-post tax-xogħol, li jkun partikolarment rilevanti f’setturi intensivi fl-enerġija.

Attivitajiet tat-taħriġ

It-taħriġ ta’ professjonisti u atturi oħra tas-suq (bħal unitajiet domestiċi, SMEs, mikrointrapriżi, maniġers tal-bini, persunal tal-manutenzjoni, impjegati taċ-ċivil lokali) dwar kif għandhom jitwettqu valutazzjonijiet tal-konsum tal-enerġija u jiġu implimentati kif xieraq il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika huwa kruċjali biex jiżdied l-użu tal-effiċjenza enerġetika. Tali attivitajiet ta’ taħriġ għandhom il-potenzjal li jikkoreġu l-konġestjonijiet kruċjali għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika, bħan-nuqqas ta’ konsulenti kwalifikati u ħaddiema manwali.

Għodda diġitali

Id-diġitalizzazzjoni toffri potenzjal kbir biex jissaħħu l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-effiċjenza enerġetika permezz ta’ għodod bħal applikazzjonijiet għas-smartphone u materjal online. (25) L-għodod diġitali jistgħu jkunu partikolarment siewja fit-trawwim ta’ involviment aktar imfassal għall-ħtiġijiet tal-komunità, fit-twassil tal-aktar iffrankar kosteffettiv tal-enerġija, u biex jgħinu fl-identifikazzjoni u fl-indirizzar tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Dan huwa speċjalment il-każ għall-arloġġi intelliġenti, li jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati wkoll l-hekk imsejħa każijiet f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku moħbijin (“hidden energy poor”). Dawn l-għodod jistgħu jinkludu awditi virtwali, arloġġi intelliġenti għall-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija, għodod ta’ komunikazzjoni biex jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l-effiċjenza enerġetika, eċċ. Ġabra ta’ miżuri potenzjali tista’ tinstab permezz ta’ NUDGE. (26)

Strateġiji ta’ involviment

L-istrateġiji ta’ involviment jistgħu jkunu partikolarment effettivi fit-tisħiħ tal-bidla fl-imġiba peress li jinvolvu diversi partijiet ikkonċernati u jistgħu jinkoraġġixxu l-impenji, jibnu l-fiduċja, u jikkondividu prattiki tajbin. (27) L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li s-suċċess tal-istrateġiji ta’ involviment ikun ogħla meta: (28)

—

ikunu parti minn qafas usa’, li jistabbilixxi objettivi ċari fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u b’miżuri addizzjonali ta’ feedback u/jew strateġiji ta’ investiment;

—

ikun hemm relazzjoni diġà eżistenti bejn il-parteċipanti (pereżempju, fi ħdan komunità);

—

ikun hemm mudell li jaqbel mal-grupp magħżul.

5.2.3.   Kejl, monitoraġġ, kontroll, kwalità, u verifika

L-Artikolu 22(2) jirrikjedi li l-Istati Membri jinkludu fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom il-miżuri meħuda biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti finali u mill-utenti finali. Dawn l-istrateġiji nazzjonali jinkludu l-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima (NECP) f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (29) jew l-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul (LTRS) stabbilita skont id-Direttiva 2010/31/UE. L-Istati Membri jistgħu wkoll jintegraw dawn il-miżuri fl-istrateġiji li adottaw biex itejbu l-effiċjenza enerġetika b’mod speċifiku.

5.3.   OSS għall-għoti ta’ pariri tekniċi, amministrattivi u finanzjarji għall-effiċjenza enerġetika — l-Artikolu 22(4), (5) u (6)

5.3.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti, u, fejn xieraq, mal-partijiet ikkonċernati privati, iridu jistabbilixxu OSS jew mekkaniżmi simili.

5.3.2.   Għażla ta’ miżura ta’ politika biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

Minħabba n-natura fit-tul ta’ OSS, huwa rrakkomandat li l-ħolqien ta’ OSS ikun ankrat f’oqfsa regolatorji fuq terminu twil (bħall-NECP u l-LTRS), b’impenn politiku stabbli biex jinkisbu ambizzjonijiet klimatiċi u enerġetiċi, inkluż appoġġ għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika. (30)

L-Istati Membri jistgħu jassenjaw korp pubbliku jew privat speċifiku bħala l-awtorità responsabbli għall-istabbiliment, il-ġestjoni u l-finanzjament tal-OSS. Diversi konfigurazzjonijiet tal-OSSs huma possibbli. (31) L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-konfigurazzjoni li taqbel l-aħjar mal-kuntest lokali diment li s-servizz tagħha jkun adattat għall-benefiċjarji (32):

(a)

100 % pubbliku — awtorità lokali, reġjonali jew nazzjonali tippossjedi l-OSS u hija responsabbli għall-istabbiliment, għall-ġestjoni u għall-finanzjament tiegħu;

(b)

100 % privat — parti privata tipposjedi l-OSS u hija responsabbli għall-ġestjoni u għall-finanzjament tiegħu, u l-OSS jista’ jkun immexxi mill-industrija (manifattur, installatur li għandu l-għan li jestendi l-attivitajiet tiegħu); immexxi mill-ESCO (l-ESCO eżistenti li diġà tipprovdi finanzjament għal miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u li tagħżel li testendi l-attivitajiet tagħha); jew immexxi minn konsulenti (konsulenti privati li jfittxu li jestendu l-attivitajiet tagħhom billi jqabblu l-klijenti mal-kuntratturi u l-fornituri);

(c)

sħubija pubblika-privata — l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati privati jissieħbu u jaqsmu r-responsabbiltajiet (pereżempju, OSS bi sjieda u b’finanzjament pubbliċi li jiġi ġestit minn kumpanija privata);

(d)

kooperattiva — grupp ta’ partijiet ikkonċernati jiżviluppaw OSS fil-forma ta’ kooperattiva.

Flimkien mal-istabbiliment ta’ OSS, l-Istati Membri jistgħu joħolqu mekkaniżmi simili li jipprovdu servizzi ekwivalenti. Eżempji ta’ alternattivi bħal dawn jinkludu l-għoti ta’ pariri permezz ta’ mezzi mill-bogħod bħal sit web, app jew hotline. Barra minn hekk, l-għażliet wiċċ imb wiċċ huma disponibbli wkoll, pereżempju, billi jiġu ospitati workshops dwar l-effiċjenza enerġetika permezz ta’ membri tal-komunità lokali jew bl-użu ta’ metodi li huma simili għall-kummerċjalizzazzjoni bieb bieb.

5.3.2.1.   Benefiċjarji

OSS jista’ joffri linja ġenerali ta’ servizzi lill-unitajiet domestiċi (jiġifieri, unitajiet domestiċi individwali jew assoċjazzjonijiet ta’ sidien) u lil dawk li ma humiex unitajiet domestiċi żgħar (bħal SMEs, mikrointrapriżi, u korpi pubbliċi). Is-servizzi olistiċi ssuġġeriti fit-taqsima 5.3.2.2 ta’ dawn il-linji gwida jistgħu jiġu adattati u jekk meħtieġ, jitfasslu għal tipoloġiji differenti ta’ akkomodazzjoni (b’attenzjoni speċifika għall-binjiet bl-agħar rendiment) u jikkunsidraw il-kuntest lokali. Barra minn hekk, għandha titfassal u ssir disponibbli linja ddedikata ta’ servizzi għal popolazzjonijiet fil-mira speċifiċi, bħal unitajiet domestiċi vulnerabbli jew kumpaniji akkreditati u installaturi li jipprovdu servizzi ta’ modifika retroattiva. Huwa possibbli wkoll għall-OSS li joffri servizzi kummerċjali lil klijenti akbar mhux domestiċi, bħal intrapriżi kbar, diment li dan ma jnaqqasx ir-riżorsi mill-benefiċjarji intenzjonati. L-OSS jista’ jgħin ukoll biex tiġi indirizzata l-problema tal-inċentiv maqsum (permezz tal-medjazzjoni) u l-lakuna finanzjarja li ħafna sidien jiffaċċjaw.

5.3.2.2.   Servizzi u attivitajiet

Is-servizzi u l-attivitajiet proposti mill-OSS jistgħu jiġu strutturati tul il-katina tal-valur tas-servizz sħiħ tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u billi jittieħed approċċ olistiku. Eżempji ta’ servizzi tal-OSS huma murija fit-Tabella 3. (33)

Tabella 3

Eżempji ta’ servizzi tal-OSS

Katina tal-valur

Deskrizzjoni

Eżempji ta’ servizzi

Valutazzjoni

Servizzi mmirati biex jipprovdu valutazzjoni tal-effiċjenza u r-rendiment fl-użu tal-enerġija attwali, biex jenfasizzaw l-oqsma li jeħtieġu titjib u l-effett potenzjali li l-interventi jista’ jkollhom.

—

Valutazzjoni ta’ stadju wieħed jew tnejn: (1) valutazzjoni online inizjali bbażata fuq parametri bażiċi, (2) laqgħa mal-OSS (fuq il-post jew fl-uffiċċju)

—

Analiżi/awditu dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u dwar il-ħtiġijiet u l-imġiba tal-klijenti

Gwida

Servizzi li jagħtu pariri u jassistu lill-klijenti fl-iżvilupp tal-pjanijiet tagħhom għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, li jidentifikaw it-titjib possibbli u jimmiraw ir-rinnovazzjonijiet l-aktar profondi.

—

L-iżvilupp ta’ pjan għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u/jew passaport ta’ rinnovazzjoni tal-bini (34), b’punti ta’ azzjoni konkreti u prijoritizzazzjoni

—

Il-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija attwali vs fil-futur, inklużi l-kostijiet, il-benefiċċji, l-iffrankar

—

L-istabbiliment ta’ miri u l-identifikazzjoni tal-iffrankar garantit

Aċċess għall-finanzjament

Servizzi mmirati biex jipprovdu pariri finanzjarji u assistenza lill-klijenti. OSS jista’ jipprovdi soluzzjonijiet ta’ finanzjament huwa stess jew jaħdem bħala intermedjarju bejn il-klijenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji.

—

L-iżvilupp ta’ pjan finanzjarju

—

L-identifikazzjoni tar-riżorsi disponibbli: riżorsi proprji, skemi ta’ finanzjament pubbliku, strumenti finanzjarji, jew kombinament tagħhom.

Implimentazzjoni

Dawn is-servizzi jinkludu l-għażla ta’ kuntratturi xierqa, l-istabbiliment ta’ kuntratti, il-ġestjoni tal-proċeduri/awtorizzazzjonijiet għall-għoti ta’ permessi, il-monitoraġġ tal-proċess ta’ kostruzzjoni.

—

L-identifikazzjoni, l-għażla u l-kuntatt ta’ kuntratturi xierqa

—

It-tnedija u l-ġestjoni ta’ proċeduri/awtorizzazzjonijiet għall-għoti ta’ permessi

—

It-tfassil u l-istabbiliment ta’ kuntratti

Assigurazzjoni tal-kwalità

L-OSS jista’ jipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità relatati mal-identifikazzjoni tal-kuntratturi (jiġifieri, l-iżgurar li l-kuntratturi jkunu kkwalifikati u ċċertifikati) u l-implimentazzjoni ta’ miżuri (jiġifieri, il-kontroll tax-xogħlijiet u s-sorveljanza tal-proċess).

—

L-identifikazzjoni ta’ professjonisti u kuntratturi kwalifikati tal-effiċjenza enerġetika

—

L-ispezzjoni u l-kontroll tal-implimentazzjoni

—

L-iżgurar li ż-żewġ partijiet (il-klijenti u l-kuntratturi) ikunu assigurati b’mod xieraq

Monitoraġġ u segwitu

Il-monitoraġġ u s-segwitu jistgħu jinkludu wkoll servizzi ta’ manutenzjoni u rapporti ta’ sodisfazzjon kemm tal-kuntratturi kif ukoll tal-konsumaturi. Dan jinkludi wkoll il-kollaborazzjoni mal-SPC fir-rigward ta’ kwistjonijiet legali.

—

L-installazzjoni ta’ arloġġi intelliġenti

—

Is-segwitu tal-awditi tal-enerġija

—

Ir-rapporti dwar il-kontijiet tal-enerġija

—

L-istħarriġ dwar is-sodisfazzjon

—

Il-forniment ta’ servizzi ta’ manutenzjoni

—

It-trattament tal-aspetti ta’ garanzija mal-kuntratturi

—

Ir-rapporti dwar l-iffrankar reali tal-enerġija

—

Il-kollaborazzjoni mal-SPC

Trasversali

Jista’ jinkludi wkoll attivitajiet trasversali mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tal-effiċjenza enerġetika, id-disseminazzjoni tal-informazzjoni, l-għoti ta’ taħriġ, eċċ.

—

Is-sensibilizzazzjoni: l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-imġiba tal-konsum tal-enerġija, is-soluzzjonijiet tal-enerġija disponibbli (pereżempju, is-sistemi ta’ tisħin effiċjenti, l-enerġija rinnovabbli, il-ħżin tal-enerġija)

—

Id-disseminazzjoni tal-informazzjoni: il-ġbir ta’ data aggregata dwar it-tipoloġija minn proġetti tal-effiċjenza enerġetika, il-kondiviżjoni tal-esperjenzi u li dawn isiru disponibbli għall-pubbliku

—

Taħriġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-OSSs joffru servizzi ddedikati għall-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, għall-klijenti vulnerabbli, u għall-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Biex jittejjeb l-aċċess, l-OSS jista’ joffri servizzi ddedikati mingħajr ħlas lill-kap tal-unità domestika. It-taħriġ u s-sensitizzazzjoni tal-konsulenti tal-OSS u potenzjalment ta’ negozjanti impenjati biex jaħdmu fid-djar ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli huma importanti wkoll. (35)

5.3.2.2.1   Ħidma biex jintlaħqu n-nies, sensibilizzazzjoni u informazzjoni

Servizzi addizzjonali speċifiċi għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u vulnerabbli jistgħu jinkludu:

(a)

ħidma biex jintlaħqu n-nies għal gruppi “diffiċli biex jintlaħqu” (36) bl-użu ta’ format aċċessibbli, midja, postijiet, u sħab lokali biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar metodi biex jitnaqqsu l-kontijiet għoljin tal-enerġija u tiżdied il-kumdità u jiġu attirati l-unitajiet domestiċi lejn is-servizzi tal-OSS. Il-ħidma biex jintlaħqu n-nies minn organizzazzjoni inkorporata fil-komunità tista’ tgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-fiduċja u tinħoloq kultura ta’ aċċettazzjoni permezz ta’ komunikazzjoni bejn il-pari;

(b)

is-sensibilizzazzjoni dwar il-faqar enerġetiku mas-sħab u man-networks ta’ riferiment, pereżempju fis-servizzi soċjali, fis-servizzi tas-saħħa u fl-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. L-iżvilupp ta’ taħriġ li jrid jiġi pprovdut lill-konsulenti eżistenti u lill-punti ta’ kuntatt lokali sabiex dawk il-konsulenti u l-punti ta’ kuntatt lokali jifhmu l-esperjenzi, il-kawżi u s-soluzzjonijiet tal-faqar enerġetiku;

(c)

l-istabbiliment ta’ network ta’ riferiment biex jappoġġa lill-unitajiet domestiċi biex jegħlbu l-ostakli barra mill-ambitu tas-servizz tal-OSS innifsu. Unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew vulnerabbli x’aktarx li jiffaċċjaw iktar pussess u sigurtà kumplessi tal-akkomodazzjoni, tal-introjtu, tad-dejn, u ta’ kwistjonijiet oħra li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jaċċessaw l-effiċjenza enerġetika. Arranġamenti ta’ kontroriferiment ma’ servizzi oħra ta’ appoġġ bħall-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u dik soċjali, l-ombudsperson tal-enerġija, il-gruppi ta’ avukati tal-konsumatur u l-pariri legali jistgħu jgħinu biex jingħelbu dawn il-kwistjonijiet;

(d)

informazzjoni dwar id-drittijiet fis-swieq tal-enerġija u tal-akkomodazzjoni inklużi kontijiet akkurati, skonnessjoni, irkupru tad-dejn u standards tal-akkomodazzjoni, b’mod partikolari fl-akkomodazzjoni mikrija;

(e)

appoġġ biex jiġu ddeterminati l-għanijiet speċifiċi tal-unitajiet domestiċi individwali fit-teħid ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika — pereżempju biex jitnaqqsu l-kontijiet, jiżdiedu t-temperaturi interni jew jingħata kontribut għal eżiti speċifiċi tas-saħħa;

(f)

appoġġ ta’ wara l-installazzjoni/ir-rinnovazzjoni biex jiġi żgurat li teknoloġiji ġodda jkunu qed jaħdmu u jiġu pprogrammati b’mod xieraq, li jinkisbu r-riżultati mistennija jew mixtieqa (iffrankar tal-enerġija jew żieda fil-kumdità) u li l-unitajiet domestiċi jiġu appoġġati biex jagħmlu kwalunkwe adattament meħtieġ. Dan jista’ jinkludi appoġġ biex jissolva kwalunkwe tilwim kuntrattwali li jista’ jinqala’.

5.3.2.2.2   Pariri u appoġġ soċjotekniċi, u aċċess għall-finanzjament tar-rinnovazzjoni

Servizzi addizzjonali speċifiċi għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u vulnerabbli jistgħu jinkludu:

(a)

awditi tal-enerġija ffinanzjati bis-sħiħ u żjarat ta’ tobba ekoloġiċi biex jinftiehmu kemm il-kundizzjoni teknika tad-dar kif ukoll is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-membri tal-unità domestika;

(b)

assistenza lil individwi vulnerabbli biex jinnegozjaw ma’ sid il-kera tagħhom biex jimpenjaw ruħhom li jirrinnovaw il-bini b’mod aċċettabbli għall-partijiet kollha, jifhmu d-drittijiet tagħhom u r-regolamenti tas-settur tal-kiri, u jkollhom aċċess għal pariri u rappreżentanza legali fejn meħtieġ;

(c)

appoġġ minn tarf sa tarf għall-proċess kollu ta’ rinnovazzjoni b’livell ta’ servizz ogħla minn dak għal unitajiet domestiċi oħra. Dan jista’ jinkludi maniġer tar-rinnovazzjoni ddedikat bit-taħriġ u bil-protokolli rilevanti;

(d)

permess għall-aċċess għal finanzjament xieraq b’għotjiet (l-iċċekkjar tal-eliġibbiltà u t-tlestija tal-applikazzjonijiet, eċċ.) u spjegazzjoni ta’ mekkaniżmi finanzjarji xierqa biex tiġi indirizzata d-diskrepanza tal-likwidità jekk il-finanzjament tal-għotjiet ma jkoprix il-kostijiet kollha tal-miżuri. Il-Gwida dwar l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tipprovdi informazzjoni dwar l-għodod finanzjarji xierqa għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx.

5.3.2.2.3   Parir u appoġġ dwar il-kont tal-enerġija

Servizzi addizzjonali speċifiċi għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u vulnerabbli jistgħu jinkludu:

(a)

appoġġ biex wieħed jifhem il-kontijiet tal-enerġija, jiċċekkja l-akkuratezza tal-kontijiet u jiċċekkja l-adegwatezza tat-tariffa tal-enerġija, u appoġġ għall-aċċess ta’ kwalunkwe appoġġ finanzjarju li għalih huma eliġibbli;

(b)

l-iċċekkjar li l-unitajiet domestiċi qed jaċċessaw il-firxa sħiħa ta’ benefiċċji ta’ appoġġ għall-introjtu li huma intitolati għalihom (offruti mill-OSS jew permezz ta’ network ta’ riferiment).

5.3.2.3.   Mudell ekonomiku u finanzjarju

Il-kostijiet operazzjonali ta’ OSS tipikament jinkludu r-riżorsi umani, l-ispazji għall-uffiċċji, u l-għodod tal-IT u l-appoġġ. Il-kostijiet jistgħu jvarjaw skont is-servizzi pprovduti, il-post, u l-livell ta’ appoġġ. Hemm mudelli ekonomiċi u finanzjarji differenti għall-finanzjament ta’ OSS. Approċċ wieħed huwa l-offerta ta’ servizzi b’xejn lill-klijenti u l-finanzjament tal-OSS permezz ta’ baġits pubbliċi jew finanzjament privat. Inkella, l-OSS jista’ jimponi tariffi għas-servizzi, bħala prezz fiss għal kull servizz/pakkett jew bħala perċentwal tal-kostijiet totali tal-proġett tal-effiċjenza enerġetika. Għażla oħra hija r-raggruppament tas-servizzi individwali tal-OSS ma’ servizzi trasversali, filwaqt li s-servizzi tal-OSS jitqiesu bħala bla ħlas filwaqt li jitħallsu s-servizzi trasversali. L-Istati Membri huma liberi li jagħżlu l-mudell ekonomiku u finanzjarju li jaqbel mal-firxa ta’ servizzi offruti u l-kostijiet operazzjonali stmati (37).

L-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu vantaġġ mill-appoġġ tal-Unjoni biex jistabbilixxu OSS. Hemm diversi sorsi ta’ finanzjament tal-Unjoni li jipprovdu soluzzjonijiet għall-ħolqien ta’ OSS: (38)

(a)

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) allokaw EUR 18-il biljun għall-effiċjenza enerġetika bejn l-2014 u l-2020. Aktar appoġġ huwa pprovdut fil-perjodu attwali (2021-2027). Dawn il-fondi jistgħu jintużaw biex jiġu żviluppati strumenti finanzjarji ġodda għall-appoġġ tal-effiċjenza enerġetika, inkluż OSS;

(b)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) — Il-Faċilità ta’ Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti hija strument finanzjarju propost mill-BEI li jipprovdi għotjiet li jistgħu jintużaw bħala garanzija għal proġetti ta’ effiċjenza enerġetika. Għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ta’ OSS lokali jew reġjonali ddedikat;

(c)

Interreg Europe — Il-Pjattaforma tal-Apprendiment dwar il-Politika ta’ Interreg Europe tista’ tappoġġa lir-reġjuni li jkunu qed ifittxu li jiżviluppaw l-OSS permezz tal-għodod u s-servizzi tagħha, inkluż il-bażi tad-data tagħha ta’ Prattika Tajba u l-Appoġġ Espert fuq talba, li jinkludi servizz ta’ evalwazzjoni bejn il-pari u helpdesk.

5.3.2.4.   Organizzazzjoni prattika

L-OSS jista’ jkun f’network nazzjonali biex jiġu skambjati l-aħjar prattiki u jibbenefika mill-ekonomiji ta’ skala, filwaqt li jkollu fehim tajjeb tal-kuntest lokali, tas-suq, u tal-partijiet ikkonċernati biex jiġu identifikati l-lakuni u l-offerti eżistenti, biex tiġi adattata l-firxa ta’ servizzi għas-sitwazzjoni lokali u biex jiġi rikonoxxut fejn l-appoġġ huwa l-aktar meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal OSS billi jkollhom kopertura fiżika suffiċjenti tat-territorju u jipprovdu aċċess online u bit-telefon (pereżempju, komunikazzjoni permezz ta’ sit web/pjattaforma). Dan huwa partikolarment kruċjali jekk il-mira tkun il-grupp vulnerabbli. L-OSS għandu jkun inkorporat fil-kuntest lokali u mmexxi minn membri lokali. Id-dettalji li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati meta jiġi stabbilit OSS: (39)

(a)

Id-definizzjoni tal-istruttura tal-OSS — L-OSS jissodisfa firxa diversa ta’ funzjonijiet, u b’hekk ikun siewi li jiġu integrati s-servizzi diġitali u wiċċ imb wiċċ. Pereżempju, valutazzjoni inizjali tista’ titwettaq minn klijent potenzjali li jwieġeb firxa ta’ mistoqsijiet iva/le fuq is-sit web. L-OSS jista’ jieħu vantaġġ ukoll mill-opportunitajiet vasti offruti mill-intelliġenza artifiċjali bħal pereżempju funzjonijiet sofistikati taċ-chat fuq is-sit web. Is-servizzi wiċċ imb wiċċ huma ta’ għajnuna biex tinbena l-fiduċja, speċjalment għal dawk l-aktar vulnerabbli, li għalihom kanal wiċċ imb wiċċ ikun aktar effettiv minħabba kwistjonijiet ta’ fiduċja u fatturi oħra ta’ limitazzjoni, bħad-distakk diġitali. Is-servizzi wiċċ imb wiċċ jippermettu wkoll il-forniment tas-servizzi kumplessi deskritti hawn fuq. Pereżempju, id-determinazzjoni tal-objettivi ta’ rinnovazzjoni u l-valutazzjoni bir-reqqa tal-bini ma’ klijent huma ffaċilitati permezz ta’ preżenza fiżika. Il-kombinament ta’ uffiċċju li l-partijiet potenzjalment interessati jistgħu jżuru mas-servizzi online tista’ żżid l-għadd ta’ klijenti, b’mod partikolari fost il-gruppi li diffiċli jintlaħqu.

(b)

L-identifikazzjoni tas-segmenti tal-klijenti u l-ħtiġijiet tagħhom — Il-proċess tal-istabbiliment ta’ OSS jista’ jibda b’immappjar sħiħ tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u lokali (jiġifieri, l-awtoritajiet pubbliċi, il-kumpaniji, il-kumpaniji tal-enerġija, iċ-ċittadini, il-professjonisti tal-effiċjenza enerġetika, min jieħu d-deċiżjonijiet). Il-gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati jistgħu jinġabru flimkien biex jiġi żviluppat il-kunċett tal-OSS u jiġu stabbiliti l-miri tiegħu. Dan l-immappjar jista’ jqis ukoll il-benefiċjarji potenzjali u l-ħtiġijiet tagħhom.

(c)

Linja ta’ servizz tad-disinn —Abbażi tat-tipi ta’ benefiċjarji u l-ħtiġijiet tagħhom, tista’ titfassal linja xierqa ta’ servizzi. Għal kull segment tal-klijenti, l-OSS jista’ jipproponi valur, jiġifieri billi jidentifika l-benefiċċji mis-servizzi proposti u kif dawn il-benefiċċji jippermettu li jimtlew il-lakuni fis-suq.

(d)

L-identifikazzjoni tal-istruttura tal-kostijiet u l-flussi tad-dħul — Skont is-segmenti magħżula tal-klijenti u s-servizzi relatati pprovduti, l-OSS se jkun soġġett għal kostijiet differenti fissi u varjabbli, li jistgħu jiġu identifikati. Il-korp responsabbli għall-istabbiliment tal-OSS jista’ jidentifika wkoll il-flussi tad-dħul u jiddefinixxi l-mudell ekonomiku u finanzjarju tal-OSS. Il-gruppi l-aktar vulnerabbli dejjem għandhom jiġu protetti. Għandu jkun ċar kristall li t-talbiet mill-aktar gruppi vulnerabbli mhux se jinbidlu f’opportunitajiet inġusti biex jiġu ggwadanjati profitti. Iċ-ċittadini vulnerabbli huma aktar vulnerabbli għall-influwenza tal-preġudizzji konjittivi li jxekklu t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom minħabba l-kundizzjonijiet subottimali li jgħixu fihom. Din il-vulnerabbiltà għal preġudizzji konjittivi tista’ tintuża ħażin minn atturi privati malevolenti li jistgħu “jagħtu l-ħama” liċ-ċittadini vulnerabbli biex jaqblu ma’ tariffi u għażliet li fir-realtà huma subottimali għalihom. Għandhom jiġu żgurati tariffi speċjali u trasparenza fuq kollox għal dawk l-aktar vulnerabbli. Ix-xjenzi tal-imġiba jistgħu jintużaw biex jidentifikaw meta jkun hemm “għoti tal-ħama” fis-seħħ u jeħtieġ li jiġi sanzjonat. (40)

(e)

L-identifikazzjoni tas-sħab u r-riżorsi ewlenin — Il-korp responsabbli jista’ jidentifika l-aktar sħab importanti (bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjoni professjonali, l-aġenziji tal-proprjetà immobbli, il-banek, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, oħrajn) u jiddefinixxi b’mod ċar ir-rwol u l-kontribut tagħhom għall-attivitajiet tal-OSS. Ir-riżorsi fiżiċi, umani, finanzjarji u intellettwali ewlenin meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet tal-OSS jistgħu wkoll jiġu identifikati b’mod ċar.

(f)

Id-definizzjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni — Għal kull segment ta’ klijenti, it-tipi xierqa ta’ relazzjonijiet (virtwali vs dawk fiżiċi tal-OSS) u l-mezzi ta’ komunikazzjoni (pereżempju, laqgħat individwali, sessjonijiet ta’ informazzjoni, għodod ta’ komunikazzjoni diġitali (sit web, bullettin, midja soċjali, eċċ.), kanali tas-sħab ewlenin) jistgħu jiġu ddeterminati/speċifikati/identifikati.

5.3.3.   L-OSSs kif jistgħu jiġbru data aggregata skont it-tipoloġija?

L-Artikolu 22(5), il-punt (b), jiddikjara li, fejn xieraq, l-OSS irid jiġbor data aggregata mit-tipoloġija minn proġetti tal-effiċjenza enerġetika, jaqsam l-esperjenzi u jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. Il-ġbir tad-data mill-OSS jista’ jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ statistika u ta’ informazzjoni aggregati komprensivi, robusti, rappreżentattivi u sodi dwar l-effiċjenza enerġetika. Barra minn hekk, dan jagħmilha possibbli wkoll li jittejjeb il-funzjonament tal-OSS, li jiġu kondiviżi prattiki tajbin ma’ Stati Membri oħra jew ma’ partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali u li l-atturi tas-suq jiġu infurmati/titqajjem kuxjenza dwar l-effiċjenza enerġetika. L-OSS għandu opportunità tajba biex jiġbor ukoll data iktar mgħarbla dwar l-effiċjenza enerġetika. Id-data disponibbli għall-OSS u miġbura minnu taqa’ fl-oqsma ewlenin li ġejjin:

(a)

data operazzjonali, inkluż pereżempju, il-kostijiet operazzjonali u tas-servizz, il-mistoqsijiet riċevuti, l-għadd u t-tip ta’ servizzi pprovduti, l-għadd u t-tip ta’ benefiċjarji;

(b)

is-sodisfazzjon tal-klijenti, inkluż bl-aċċessibbiltà tas-servizzi;

(c)

id-data tal-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari dwar l-eliġibbiltà tal-unitajiet domestiċi għal għotjiet iddedikati għal unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx jew f’faqar enerġetiku. Naturalment, dan għandu jkun soġġett għall-kunfidenzjalità u għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41);

(d)

id-data tal-awditi tal-enerġija tal-bini/tad-djar inkluż permezz tal-bażi tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2024/1275;

(e)

l-impatt, li jista’ jiġi definit bħala r-rata ta’ suċċess mill-inkjesta għall-eżitu mixtieq, pereżempju, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika installati jew l-imġiba nbidlet, l-effettività ta’ kull attività ta’ ħidma biex jintlaħqu n-nies biex jiġu ġġenerati mistoqsijiet.

5.4.   Mekkaniżmi ta’ soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti — l-Artikolu 22(8)

5.4.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikolu 22(8) jestendi s-sett ta’ drittijiet għall-aċċess għal soluzzjoni barra mill-qorti “sempliċi, ġusta, trasparenti, indipendenti, effettiva u effiċjenti”, u l-kriterji ta’ kwalità għall-korpi tas-soluzzjoni għat-tilwim, stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2019/944 għal:

(a)

l-utenti finali. L-Artikolu 22(8) jorbot mal-Artikolu 21 peress li jipprevedi soluzzjoni barra mill-qorti għal tilwim relatat mad-drittijiet kuntrattwali l-ġodda pprovduti lill-utenti finali fl-Artikolu 21 (Ara t-taqsima 4 ta’ dawn il-linji gwida);

(b)

il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta jkun applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

Id-drittijiet għal soluzzjoni barra mill-qorti jkopru tilwim li jirriżulta mid-drittijiet u mill-obbligi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2023/1791. Dan jista’ jinkludi mhux biss il-fornituri tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku (imsemmija espressament fl-Artikolu 21) iżda wkoll, pereżempju, il-fornituri tal-finanzi, l-awdituri tal-enerġija, il-fornituri tas-servizzi tal-enerġija, is-servizzi professjonali bħall-arkitetti u l-inġiniera, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Id-drittijiet speċifiċi mogħtija fid-Direttiva (UE) 2023/1791 għandhom x’jaqsmu ma’:

(c)

il-kejl għall-gass naturali (l-Artikolu 13) u t-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku (l-Artikolu 14) u l-kejl separat (tal-konsum tal-enerġija) (l-Artikolu 15);

(d)

kontijiet affidabbli u akkurati bbażati fuq il-konsum reali tal-gass naturali (l-Artikolu 17) u t-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku (l-Artikolu 18);

(e)

l-aċċess għal kontijiet mingħajr ħlas, informazzjoni dwar il-kontijiet u data dwar il-konsum tal-gass naturali (l-Artikolu 19) u t-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku (l-Artikolu 20);

(f)

drittijiet kuntrattwali bażiċi għall-provvista ta’ tisħin, tkessiħ u misħun distrettwali (l-Artikolu 21) introdotti fid-Direttiva (UE) 2023/1791.

5.4.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

L-Artikolu 22(8) jippermetti li l-korpi eżistenti għas-soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim (regolaturi, ombudspersons indipendenti jew korpi tal-konsumatur) jestendu l-ħiliet u s-servizzi tagħhom biex ikopru r-rekwiżiti l-ġodda, diment li jkunu effettivi bl-istess mod. L-Istati Membri għandhom jispjegaw fil-leġiżlazzjoni kif l-aċċess għal mekkaniżmi barra mill-qorti huwa sempliċi, ġust, trasparenti, indipendenti, effettiv u effiċjenti.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu l-opportunità li jirrieżaminaw u jestendu s-servizzi barra mill-qorti biex ikopru r-rekwiżiti fl-Artikolu 22 biex itejbu l-faċilità tal-aċċess u l-għoti tas-servizzi.

Sabiex dawk is-servizzi jiġu aġġustati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 22, is-servizzi eżistenti għandhom jestendu s-servizzi ta’ konsulenza u ta’ riżoluzzjoni lill-klijenti finali u lill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom, b’mod partikolari dawk li jipprovdu tisħin, tkessiħ u misħun distrettwali. Il-medjazzjoni għandha tkopri tilwim relatat mad-drittijiet il-ġodda previsti fl-Artikolu 21.

Is-servizzi għandhom jiġu adattati wkoll biex jaqdu b’mod speċifiku l-ħtiġijiet tal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, tal-klijenti vulnerabbli u, meta jkun applikabbli, tal-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali:

(a)

impenn ta’ ħidma biex jintlaħqu n-nies biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur, immirati speċifikament lejn demografija speċifika u gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-bażijiet tal-klijenti għas-soluzzjoni għat-tilwim. (42) Is-servizzi aċċessati minn unitajiet domestiċi vulnerabbli u foqra fl-enerġija (pereżempju, s-servizzi soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-akkomodazzjoni, il-gruppi tal-konsumaturi, il-kafetterija tal-enerġija, l-Ombudsperson tal-Enerġija, is-servizzi tas-saħħa pubblika u t-tobba) jista’ jkollhom rwol fiż-żieda tas-sensibilizzazzjoni. Azzjonijiet proattivi biex jiġu mmirati attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni b’rispons għal avvenimenti li joħolqu riskji speċifiċi għall-konsumaturi (pereżempju, il-kriżi tal-prezzijiet tal-enerġija) u għal ilmenti u reati komuni (pereżempju, il-bejgħ inadatt) jistgħu jkunu wkoll għodda importanti;

(b)

it-titjib tar-rotot għall-aċċess għas-servizzi. L-Istati Membri jistgħu jżidu l-kapaċità tal-konsumaturi li jaċċessaw is-soluzzjoni għat-tilwim billi jiżguraw li jkun hemm SPC fejn ikunu jistgħu jinstabu servizzi relatati mal-intrapriżi rilevanti kollha (kif previst fl-Artikolu 22(3), il-punt (e)). Mudelli simplifikati u aktar konsistenti, fejn għadd iżgħar ta’ korpi jkopru s-setturi rilevanti kollha, itejbu n-navigabbiltà għall-konsumaturi u jillimitaw ir-riskju li “jintilfu fil-lakuni”. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti eżistenti għan-negozjanti biex jinfurmaw b’mod ċar lill-konsumaturi minn liema entità għas-soluzzjoni għat-tilwim huma koperti (43);

(c)

L-Istati Membri jistgħu jtejbu l-eżiti mis-servizzi għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli billi jiżguraw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-fornituri tas-servizzi biex tiżdied il-fiduċja. Piżijiet proċedurali mnaqqsa u żmien iqsar permess biex l-ilmenti jiġu pproċessati u deċiżi jtejbu wkoll l-eżiti. (44) L-aċċess liberu għas-soluzzjoni għat-tilwim, ir-rotot mhux diġitali għall-aċċess u l-appoġġ biex isir ilment huma partikolarment importanti għall-klijenti vulnerabbli. Prattika tajba adottata minn xi mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni hija li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta’ kwalità biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-klijenti vulnerabbli, li jistgħu jinkludu rekwiżiti ta’ taħriġ għall-persunal u l-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta’ proċeduri u livelli għoljin ta’ servizz għall-klijenti vulnerabbli. (45) Il-mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv jistgħu jnaqqsu wkoll il-piż u r-riskju li jieħdu l-klijenti individwali.

L-atturi lokali jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji bejn il-partijiet ikkonċernati u s-sħab biex isolvu l-problemi. Dawn jistgħu joħolqu fiduċja u jappoġġaw l-aċċess għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Għalhekk, il-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni barra mill-qorti jibbenefikaw mill-fatt li jkunu viżibbli ħafna u d-disinn tas-sistemi għandu jkun aċċessibbli kemm għall-utenti finali kif ukoll għall-organizzazzjonijiet intermedjarji.

5.5.   Miżuri biex jitneħħew l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-inċentivi opposti — l-Artikolu 22(9)

5.5.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikolu 22(9) isaħħaħ l-obbligu għall-Istati Membri li jieħdu miżuri biex ineħħu l-ostakli għall-effiċjenza enerġetika li jirriżultaw mill-hekk imsejħa “inċentivi opposti”.

5.5.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

L-Artikolu 22(9) jelenka xi inizjattivi li jistgħu jittieħdu biex jiġu indirizzati l-inċentivi opposti u li jinkludu miżuri li jistgħu jinqasmu fi tliet tipi ta’ soluzzjonijiet:

5.5.2.1.   Għażliet regolatorji

(a)

Standards minimi ta’ rendiment: L-Istati Membri jistgħu jintroduċu regolamenti li jirrikjedu li l-binjiet mikrija jilħqu standard minimu. Tali regolamenti jintużaw biex jirrikjedu lis-sidien tal-kera jwettqu xogħlijiet speċifiċi jew jissodisfaw l-istandards fil-proprjetajiet tagħhom.

(b)

Reviżjoni tal-liġijiet tal-kiri u tal-liġijiet tal-kondominju: L-Istati Membri jistgħu jintroduċu liġijiet li jipprevedu aktar flessibbiltà fl-arranġamenti bejn l-inkwilini u s-sidien jew fost is-sidien u li jistabbilixxu regoli u kundizzjonijiet għad-diviżjoni tal-kostijiet. Tali liġijiet jistgħu jagħtu dettalji dwar jekk u kif sid il-kera jista’ jirkupra parti mill-investiment f’titjib fl-effiċjenza enerġetika, pereżempju permezz ta’ frazzjoni tal-kostijiet tal-enerġija ffrankati tal-inkwilin jew żieda fil-kera. Jistgħu wkoll jiċċaraw il-kundizzjonijiet li taħthom tali żieda fil-kera tista’ tiġi rrifjutata mill-inkwilin (46). Fir-rigward tal-kwistjoni tal-inċentivi opposti bejn diversi atturi, id-dispożizzjonijiet fil-liġijiet dwar il-kondominju jistgħu jindirizzaw ir-regoli tal-votazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kostijiet fil-każ ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika u deskrizzjoni ċara tar-rwoli bejn id-diversi atturi. (47)

(c)

It-tikkettar tal-enerġija u d-data relatata mal-bini: Il-forniment tat-tikketta tal-enerġija tal-bini fil-mument tal-bejgħ jew tal-kiri, kif meħtieġ mill-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/31/UE (Ħruġ ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija), jgħin biex jiġi żgurat li l-partijiet involuti jkollhom l-informazzjoni meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħhom.

(d)

Metraġġ/submetraġġ/feedback dirett: Il-metraġġ jew is-submetraġġ, kif meħtieġ fl-Artikolu 13 (Metraġġ għall-gass naturali), l-Artikolu 14 (Metraġġ għall-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku) u l-Artikolu 15 (Submetraġġ u allokazzjoni tal-kost għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun domestiku) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, jippermetti lill-inkwilini jsiru aktar konxji tal-konsum tal-enerġija tagħhom.

5.5.2.2.   Strumenti finanzjarji

(a)

Inċentivi finanzjarji u fiskali diretti lejn il-gruppi fil-mira ta’ inkwilini/sidien il-kera: Dan jista’ jsir billi jitfasslu skemi ta’ appoġġ jew ħelsien mit-taxxa sabiex is-sidien tal-kera (residenzjali) biss ikunu jistgħu jagħmlu użu minnhom; billi jitnaqqsu l-ostakli biex il-binjiet b’diversi unitajiet japplikaw għal ċerti sussidji; u pereżempju billi tiġi stabbilita mira speċifika għal binjiet b’aktar minn appartament wieħed fi programmi ta’ rinnovazzjoni, jew billi jiġu ddedikati mezzi speċifiċi għalihom.

(b)

Finanzjament fuq il-kont: L-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jippermetti l-ħlas lura tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika permezz ta’ kontijiet tal-enerġija ta’ kull xahar. F’dan il-mekkaniżmu, l-investimenti bil-quddiem jiġġarrbu minn parti terza, pereżempju, l-utilità, il-bank jew l-ESCO, li hija responsabbli wkoll għall-amministrazzjoni tal-programm ta’ finanzjament fuq il-kont u għall-ġbir tal-pagamenti permezz tal-kont tal-enerġija jew il-kera. Il-finanzjament fuq il-kont għandu jkun ibbażat fuq il-profil tal-enerġija speċifiku. Jekk jitqies profil ġenerali tal-konsum tal-enerġija, allura dawk fil-faqar enerġetiku jistgħu jkunu żvantaġġati jekk l-iffrankar tal-enerġija mistenni (abbażi tal-profil ġenerali) ma jiġix realizzat.

Meta jinvolvu għajnuna mill-Istat, il-miżuri li jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-enerġija jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm ma jikkostitwixxux għajnuna de minimis jew ikunu (48) koperti minn eżenzjoni ta’ kategorija. (49)

5.5.2.3.   Azzjonijiet oħra, bħal kirjiet ekoloġiċi jew għodod ta’ informazzjoni

(a)

Kirja ekoloġika: L-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kiri ekoloġiku bejn l-inkwilini u s-sidien tal-kera li jippermettulhom jallinjaw l-interessi tagħhom fir-rigward tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika. Biex jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disponibbli gwida prattika dwar kif tiġi stabbilita kirja ekoloġika kif ukoll mudelli standard ta’ ftehim li jistgħu jiġu aċċessati u użati faċilment mill-inkwilini u s-sidien tal-kera.

6.   OBBLIGI STABBILITI FL-ARTIKOLU 24

Din it-taqsima tipprovdi lill-Istati Membri bi gwida dwar kif id-diversi dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 jistgħu jiġu trasposti u implimentati.

6.1.   L-istabbiliment tal-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli inkluż l-utenti finali — l-Artikolu 24(1)

6.1.1.   Qafas legali

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri li jagħtu s-setgħa u jipproteġu l-gruppi vulnerabbli jilħqu lill-unitajiet domestiċi rilevanti kollha, l-Artikolu 24(1) jirrikjedi li l-Istati Membri mhux biss jinkludu lill-klijenti iżda wkoll lill-utenti finali, fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli. Dik id-dispożizzjoni hija komplementari għal dispożizzjonijiet oħra fid-Direttiva (UE) 2023/1791, b’mod partikolari fl-Artikolu 22, li għandhom l-għan li jestendu d-dispożizzjonijiet għall-informazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika u l-użu effiċjenti tal-enerġija, punti uniċi ta’ servizz u mekkaniżmi għal soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti għall-utenti finali.

Utent finali huwa definit fl-Artikolu 2, il-punt (53), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 bħala “persuna fiżika jew ġuridika li tixtri t-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun domestiku għall-użu finali tagħha stess, jew persuna fiżika jew ġuridika li tokkupa binja jew unità individwali f’binja b’diversi appartamenti jew b’diversi użi, fornuta b’tisħin, tkessiħ jew misħun domestiku minn sors ċentrali, fejn tali persuna li ma jkollha l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija”. Eżempji ta’ utenti li ma għandhom l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija jinkludu inkwilini ta’ bini b’aktar minn okkupant wieħed b’sistemi kollettivi ta’ tisħin, tkessiħ jew produzzjoni tal-misħun domestiku, persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, abitanti ta’ residenza indipendenti jew unità tal-kura fit-tul, u persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni temporanja jew f’postijiet ta’ kenn.

6.1.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

Biex jissodisfaw dan ir-rekwiżit, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-appoġġ u l-protezzjonijiet eżistenti u proposti biex jilħqu lill-utenti finali, pereżempju billi jestendu tariffa soċjali biex mhux biss tkun disponibbli għall-klijenti vulnerabbli, li jixtru l-enerġija għall-konsum tagħhom stess, iżda wkoll għall-inkwilini ta’ appartamenti soċjali b’tisħin kollettiv, li ma għandhomx kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.

6.2.   L-implimentazzjoni tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika u l-protezzjoni tal-konsumatur relatata bħala prijorità fost il-gruppi vulnerabbli — l-Artikolu 24(2)

6.2.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikolu 24(2) jirrikjedi li l-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u miżuri relatati ta’ protezzjoni tal-konsumatur jew ta’ informazzjoni bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta jkun applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali biex itaffu l-faqar enerġetiku.

6.2.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

L-approċċi għall-identifikazzjoni u għall-prijoritizzazzjoni tal-unitajiet domestiċi eliġibbli jinkludu kombinament ta’ perkorsi (mhux eżawrjenti): li jkollhom fil-mira tagħhom l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx (normalment awtoidentifikati), bl-użu tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew tal-akkomodazzjoni eżistenti bħala “benefiċċji tal-passaport” lejn l-appoġġ għall-effiċjenza enerġetika, filwaqt li jiġu mmirati l-unitajiet domestiċi diġà identifikati bħala klijenti vulnerabbli eliġibbli għal appoġġ fis-swieq tal-enerġija, jiġu identifikati żoni ġeografiċi b’introjtu baxx jew inkella żvantaġġati, bl-użu ta’ kombinament ta’ varjabbli, inkluż fuq kollox il-livell tal-effiċjenza enerġetika tad-djar, l-introjtu u l-kostijiet tal-enerġija, biex jiġu identifikati l-unitajiet domestiċi li huma vulnerabbli għall-faqar enerġetiku (jiġifieri, li huma f’riskju li jsiru foqra fl-enerġija).

Biex jimplimentaw ir-rekwiżit li tingħata prijorità lill-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jintroduċu għotjiet u sussidji għall-effiċjenza enerġetika jew għar-rinnovazzjoni tad-djar (50), u skemi ta’ sostituzzjoni tal-apparati domestiċi, li jkunu ddedikati speċifikament għall-unitajiet domestiċi fil-gruppi vulnerabbli. Skemi simili miftuħa għall-popolazzjoni usa’ jistgħu joffru miżuri mingħajr ħlas jew livelli ogħla b’mod sinifikanti ta’ sussidju lill-unitajiet domestiċi eliġibbli. Jista’ jkun meħtieġ ukoll appoġġ speċifiku għall-inkwilini f’akkomodazzjoni mikrija privatament minħabba l-livelli għoljin ta’ faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà tal-kerrejja f’dan is-settur f’ħafna Stati Membri.

Sabiex joperazzjonalizzaw il-miżuri ta’ informazzjoni u tal-għoti tas-setgħa bħala prijorità fost il-gruppi vulnerabbli elenkati, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, pereżempju, punti ta’ pariri dwar l-enerġija f’livell reġjonali jew muniċipali li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi vulnerabbli u konsultazzjonijiet dwar l-enerġija fid-djar jew personali għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Biex ikunu effettivi, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jitfasslu speċifikament biex jappoġġaw lill-gruppi vulnerabbli, konxji tal-ħtiġijiet tal-enerġija speċifiċi tagħhom, is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni u tal-pussess tal-art u l-kompożizzjoni u l-esperjenza tal-unitajiet domestiċi. Dan ir-rekwiżit jista’ jinqara b’mod inkroċjat mar-rekwiżit komplementari fl-Artikolu 22 għal punti uniċi ta’ servizz biex jiġu offruti servizzi ddedikati għall-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

Il-miżuri ta’ informazzjoni jistgħu jiġu kkombinati ma’ appoġġ għal gruppi vulnerabbli biex jinnavigaw is-suq tal-provvista tal-enerġija, jifhmu l-kontijiet, jimmaniġġjaw id-dejn, jiddefendu d-drittijiet tagħhom fis-swieq tal-enerġija u jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur (inkluż id-drittijiet kuntrattwali l-ġodda għall-klijenti fil-provvista tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun distrettwali previsti fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2023/1791). Pereżempju, punti uniċi ta’ kuntatt li jipprovdu lill-gruppi vulnerabbli bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-liġi applikabbli u l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni għat-tilwim jistgħu jappoġġaw l-aċċess għall-protezzjoni.

6.3.   Implimentazzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika biex jittaffew l-effetti distribuzzjonali minn politiki u miżuri oħra — l-Artikolu 24(3)(a)

6.3.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikolu 24(3), il-punt (a), jirrikjedi li l-Istati Membri, meta jkun applikabbli, jindirizzaw u jtaffu l-effetti distribuzzjonali avversi, speċifikament relatati mal-miżuri tat-tassazzjoni u mal-implimentazzjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-settur tal-bini u tat-trasport, kif deskritt fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51). Dan irid jitwettaq permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika.

L-impatti distribuzzjonali jirreferu għall-konsegwenzi li miżuri ta’ politika speċifiċi għandhom fuq l-unitajiet domestiċi li jappartjenu għal livelli ta’ introjtu differenti fil-popolazzjoni. Impatti distributtivi negattivi jew rigressivi jseħħu meta tali politiki jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew lil gruppi vulnerabbli oħra (52). Sabiex tiffaċilita l-evalwazzjoni tal-impatti distribuzzjonali, fl-2022 il-Kummissjoni ħarġet Gwida li toffri metodi mtejba għall-valutazzjoni tal-impatt distribuzzjonali tal-politiki implimentati mill-Istati Membri (53).

6.3.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika użati biex itaffu l-impatti distribuzzjonali jistgħu jinkludu investimenti fit-teknoloġija jew fit-tagħmir fil-livell individwali/tal-unitajiet domestiċi, jew investimenti fis-servizz pubbliku/fl-infrastruttura għall-benefiċċju tal-gruppi jew tal-komunitajiet li l-aktar għandhom piż. L-investimenti fl-effiċjenza enerġetika jipprovdu soluzzjonijiet aktar sostenibbli u jgħinu biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi strutturali li jwasslu għall-impatti distributtivi negattivi, bħal djar ineffiċjenti u aċċess għal sorsi tal-enerġija għaljin, ineffiċjenti jew li jniġġsu biss. (54)

L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jużaw id-dħul mis-Sistemi tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS, Emissions Trading System) u t-taxxi nazzjonali fuq il-karbonju biex jiffinanzjaw skemi ta’ rinnovazzjoni tad-djar u rinnovazzjonijiet bla ħlas tal-effiċjenza enerġetika għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Id-delimitazzjoni ta’ proporzjon tal-iffrankar tal-enerġija minn Skema ta’ Obbligu tal-Effiċjenza Enerġetika li trid tinkiseb għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jew vulnerabbli tista’ tgħin ukoll biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kostijiet li jiġu mgħoddija fuq il-kontijiet tal-klijenti (ara r-rekwiżiti speċifiċi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2023/1791). Il-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija jistgħu jiġu promossi permezz ta’ dawn l-iskemi għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u vulnerabbli u dawk f’komunitajiet li ma humiex moqdijin tajjeb jew żvantaġġati, pereżempju unitajiet domestiċi rurali.

6.4.   L-aħjar użu mill-finanzjament pubbliku fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u t-twettiq ta’ investimenti bikrija u progressivi — l-Artikolu 24(3)(b) u l-Artikolu 24(3)(c)

6.4.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

Fl-Artikolu 24(3), il-punt (b), l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-finanzjament pubbliku disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż meta jkun applikabbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja li Stat Membru jirċievi mill-Fond Soċjali għall-Klima u mid-dħul minn irkanti bl-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-EU ETS għal investimenti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika bħala azzjonijiet ta’ prijorità. Minbarra d-dħul tal-Fond Soċjali għall-Klima u l-ETS, hemm programmi Ewropej oħra biex jiffinanzjaw l-isforzi tal-Istati Membri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u l-Fond għall-Modernizzazzjoni, InvestEU.

Barra minn hekk, l-Artikolu 24(3), il-punt (c), jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jwettqu investimenti progressivi u mmirati lejn it-titjib tal-effiċjenza enerġetika. Dawn l-investimenti għandhom l-għan li jipproteġu lill-unitajiet domestiċi mill-effetti negattivi ta’ politiki oħra qabel ma jidħlu fis-seħħ, jiffaċilitaw l-espansjoni u t-tfassil mill-ġdid ta’ programmi ta’ appoġġ biex jittaffew l-impatti distributtivi avversi, u jnaqqsu l-piż finanzjarju fuq l-infiq pubbliku għall-assistenza finanzjarja.

6.4.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

L-istabbiliment ta’ skemi ta’ finanzjament xierqa biex jappoġġaw l-użu ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fid-dekarbonizzazzjoni huwa deskritt fin-nota ta’ gwida relatata mal-Artikolu 30 (55). Hemm diversi eżempji ta’ Stati Membri li jużaw finanzjament pubbliku għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika f’oqsma b’livelli għoljin ta’ faqar enerġetiku jew b’livelli ogħla ta’ finanzjament għal unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx. Biex jinħoloq livell tajjeb ta’ finanzjament għall-familji bi dħul baxx, l-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu flimkien miżuri ta’ finanzjament individwali biex jikkombinaw fondi pubbliċi, Ċertifikati Bojod, self b’imgħax żero, mudelli ta’ finanzjament innovattivi, bħal pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, eċċ. L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jikkombinaw fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika u s-sħana ma’ finanzjament addizzjonali għal miżuri għaljin ibbażati fuq iż-żona lokali, flimkien ma’ self mingħajr imgħax.

Sabiex jinkisbu investimenti progressivi u mmirati, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu programm tal-effiċjenza enerġetika ġdid, jew jespandu jew ifasslu mill-ġdid programm eżistenti tal-effiċjenza enerġetika biex jimmiraw lejn il-popolazzjoni taħt piż u jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom. Pereżempju, jistgħu jiġu introdotti sussidji għall-iżolament jew teknoloġiji tat-tisħin nadif bħall-pompi tas-sħana qabel it-tassazzjoni fuq il-karbonju fuq il-fjuwils fossili użati għat-tisħin. Jistgħu jiġu introdotti inċentivi għax-xiri ta’ forom ta’ vjaġġar b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bħal roti u vetturi elettriċi, u skemi ta’ skrappjar tal-vetturi, qabel ir-riformi tat-taxxa li jżidu l-kost tal-fjuwils tat-trasport bit-triq, it-tassazzjoni fit-toroq jew l-introduzzjoni ta’ limiti tal-emissjonijiet f’żoni urbani. Barra minn hekk, qabel l-introduzzjoni tar-riforma tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw interventi mmirati biex iżidu l-għarfien dwar il-benefiċċji ta’ dawn it-teknoloġiji l-ġodda. Ħafna drabi, l-individwi ma jadottawx it-teknoloġiji l-ġodda minħabba l-inċertezza, il-perċezzjonijiet żbaljati jew il-preġudizzju tal-istatus quo. Għalhekk, kampanji ta’ informazzjoni dwar dawn il-benefiċċji addizzjonali tat-teknoloġiji, u spjegazzjonijiet dwar kif jaħdmu, kif ukoll informazzjoni dwar kemm nies adottawhom u l-esperjenza pożittiva tagħhom, jistgħu jkunu kruċjali wkoll.

Meta jintroduċu skemi ġodda ta’ appoġġ jew jemendaw jew jestendu skemi eżistenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jeżaminaw jekk dawk il-miżuri jinvolvux għajnuna mill-Istat, f’liema każ tkun meħtieġa notifika minn qabel lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

6.5.   It-trawwim tal-assistenza teknika u l-introduzzjoni ta’ finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti — l-Artikolu 24(3)(d)

6.5.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikolu 24(3), il-punt (d), jirrikjedi li l-Istati Membri, meta jkun applikabbli, irawmu assistenza teknika għall-klijenti vulnerabbli, għall-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, u, meta jkun applikabbli, għall-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali u għall-introduzzjoni ta’ finanzjament u għodod finanzjarji li jippermettu lil dawn il-gruppi vulnerabbli jibbenefikaw minn investimenti fl-effiċjenza enerġetika. Jistgħu jiġu kkunsidrati diversi eżempji ta’ finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti meta jiġi implimentat l-Artikolu 24, bħal skemi fuq il-kont, kopertura għal telf lokali, fondi ta’ garanzija, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet profondi.

6.5.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

Il-klijenti vulnerabbli jsibuha aktar diffiċli biex jaġixxu b’mod indipendenti fis-suq liberalizzat tal-enerġija u biex jibbenefikaw mill-opportunitajiet tiegħu. Bl-istess mod, dawn l-unitajiet domestiċi spiss ma jkunux moqdija tajjeb jew ikunu inqas kapaċi jaċċessaw servizzi ta’ appoġġ bħal pariri dwar l-enerġija jew il-bdil tat-tariffi tal-enerġija, sakemm l-iskemi jew il-programmi ma jkunux imfassla u ddedikati speċifikament għall-ħtiġijiet tagħhom. L-assistenza teknika, speċifikament rilevanti għall-gruppi vulnerabbli, tista’ għalhekk tiġi pprovduta fl-oqsma li ġejjin, fost l-oħrajn:

(a)

pariri dwar it-tariffi tal-enerġija u miżuri ta’ mġiba biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija f’konformità mal-ħtiġijiet tagħhom;

(b)

pariri dwar apparati domestiċi, bħas-sostituzzjoni ta’ apparati elettriċi qodma u insuffiċjenti, sistemi tat-tidwil, bojlers tal-misħun, eċċ.;

(c)

miżuri ta’ rinnovazzjoni profonda fil-kuntest ta’ djar b’aktar minn appartament wieħed, inkluż is-sostituzzjoni jew it-titjib tas-sistema tal-provvista tal-enerġija, b’enfasi fuq il-valutazzjoni teknika-ekonomika tar-rinnovazzjoni u l-koordinazzjoni tal-partijiet ikkonċernati differenti involuti;

(d)

miżuri ta’ rinnovazzjoni profonda fil-kuntest ta’ djar b’familja waħda, inkluż l-iskambju tas-sistema tal-provvista tal-enerġija, b’enfasi fuq l-għażla tal-aktar miżuri tekniċi effettivi u l-fattibbiltà tal-finanzjament.

L-assistenza teknika għall-gruppi vulnerabbli tista’ tingħata permezz, pereżempju, ta’ punti ta’ pariri dwar l-enerġija u kafetteriji tal-enerġija f’livell reġjonali jew muniċipali jew permezz ta’ konsultazzjonijiet dwar l-enerġija fid-dar. Għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 24(3), il-punt (d), huwa importanti li jiġi żgurat li l-assistenza pprovduta fil-fatt tilħaq il-gruppi vulnerabbli elenkati. Dan jista’ jinkiseb, pereżempju, billi jkun hemm konsulenti b’kompetenzi fil-qasam tal-enerġija kif ukoll fil-qasam soċjali jew bl-involviment ta’ atturi soċjali li jiżguraw aċċess għal unitajiet domestiċi vulnerabbli (ara t-taqsima 6.6 ta’ dawn il-linji gwida).

Il-finanzjament u l-għodod finanzjarji, f’termini ġenerali, huma deskritti fin-nota ta’ gwida relatata mal-Artikolu 30 (56). L-Artikolu 24(3), il-punt (d), jelenka eżempji ta’ finanzjament u għodod finanzjarji li jistgħu jkunu rilevanti għal gruppi vulnerabbli inkluż skemi fuq il-kont, kopertura għal telf lokali, fondi ta’ garanzija, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet (profondi). Irrispettivament mill-mudelli speċifiċi magħżula, huwa rrakkomandat li l-finanzjament u l-għodod finanzjarji jkunu: (57)

(a)

imfassla speċifikament għall-gruppi fil-mira sabiex ikunu aċċessibbli u xierqa, kif enfasizzat aktar fl-Artikolu 24(3), il-punt (f);

(b)

disponibbli għat-tipi differenti ta’ investimenti, inkluż investimenti f’apparati domestiċi, bħas-sostituzzjoni ta’ apparati elettriċi qodma u insuffiċjenti, sistemi tad-dawl, bojlers tal-misħun, kif ukoll binjiet, sa rinnovazzjoni profonda;

(c)

jindirizzaw il-kuntesti differenti tal-akkomodazzjoni b’mod xieraq bħal, pereżempju, id-deċiżjoni ta’ investiment fi djar b’aktar minn familja waħda hija kompletament differenti minn dik fi djar b’familja waħda. L-iskemi ta’ finanzjament għandhom jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet ta’ investiment pożittivi minn unitajiet domestiċi vulnerabbli fiż-żewġ ċirkostanzi, filwaqt li jqisu t-tipi differenti kollha ta’ oqfsa legali bħal-liġi tal-kondominju, il-liġi tal-kera, eċċ.

L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jintroduċu skema ta’ finanzjament li taħtha l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jistgħu jikru apparati effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-iskema ta’ finanzjament tippermetti l-aċċess għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx għal apparati effiċjenti fl-użu tal-enerġija mingħajr il-ħtieġa li jġarrbu l-kostijiet bil-quddiem, u fl-aħħar mill-aħħar tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija u tittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji b’introjtu baxx.

6.6.   Trawwim ta’ assistenza teknika għall-atturi soċjali — l-Artikolu 24(3)(e)

6.6.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikolu 24(3), il-punt (e), jirrikonoxxi l-kontribut siewi tal-atturi soċjali fl-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku. L-Istati Membri jistgħu jrawmu assistenza teknika għall-atturi soċjali biex iżidu l-għarfien espert professjonali u l-għarfien tekniku tagħhom. Din l-assistenza hija essenzjali biex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jippromwovu l-involviment attiv tal-klijenti vulnerabbli fis-suq tal-enerġija u jrawmu bidliet pożittivi fil-mod kif jinteraġixxu mal-enerġija.

6.6.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

L-atturi soċjali fil-kuntest tal-Artikolu 24(3), il-punt (e), jistgħu jinkludu: intrapriżi soċjali, pubbliċi, privati, tal-karità, u istituzzjonijiet reliġjużi bi skop soċjali. Il-proċess ta’ implimentazzjoni jista’ jibbenefika speċifikament mill-involviment attiv tal-atturi soċjali mill-akkomodazzjoni, is-saħħa, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-koeżjoni u l-iżvilupp tal-komunità, u s-servizzi soċjali.

L-esperjenza mill-prattika turi li l-assistenza teknika pprovduta lill-atturi soċjali tista’ tinkludi, fost l-oħrajn:

(a)

l-iżvilupp ta’ sit web komprensiv li jipprovdi lill-atturi soċjali b’informazzjoni dettaljata dwar il-kunċetti u l-proċeduri relatati mal-enerġija (pereżempju, il-kontijiet tal-enerġija, il-proċeduri legali għall-iskonnessjonijiet, id-drittijiet tal-konsumatur);

(b)

l-iżvilupp ta’ diversi għodod u pubblikazzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-għarfien u l-kapaċità tal-atturi soċjali li jaġixxu direttament fuq kwistjonijiet relatati mal-enerġija (pereżempju, skedi informattivi, gwidi prattiċi, kalkolaturi tal-konsum medju);

(c)

l-għoti ta’ appoġġ personalizzat lill-atturi soċjali permezz ta’ konsulenza u gwida kontinwi, sessjonijiet ta’ taħriġ, jew żjarat fil-post;

(d)

l-organizzazzjoni ta’ taħriġ ġenerali u speċifiku għall-atturi soċjali, li jvarja minn taħriġ fil-ħiliet bażiċi li jkun fih moduli legali, amministrattivi, soċjali u tekniċi għal taħriġ fil-fond dwar, pereżempju, il-funzjonament tas-suq tal-enerġija, il-litteriżmu finanzjarju u l-litteriżmu diġitali;

(e)

l-istabbiliment ta’ network għall-iskambju ta’ approċċi u prattiki biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u biex jinbnew konnessjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati differenti fis-settur pubbliku u fis-soċjetà ċivili.

6.7.   L-iżgurar tal-aċċess għal finanzjament, għotjiet jew sussidji — l-Artikolu 24(3)(f)

6.7.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikolu 24(3), il-punt (f), jestendi r-rekwiżit tal-Artikolu 24(3), il-punt (d), filwaqt li jenfasizza s-sinifikat li jiġi żgurat li l-gruppi vulnerabbli jkollhom aċċess għal finanzjament, għotjiet jew sussidji xierqa, marbuta ma’ gwadanji minimi fl-enerġija, u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal self bankarju affordabbli jew linji ta’ kreditu ddedikati.

6.7.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

Deskrizzjoni ġenerali tal-iskemi u l-għodod finanzjarji hija inkluża fin-nota ta’ gwida relatata mal-Artikolu 30 iżda biex ikunu effettivi dawn l-iskemi ta’ finanzjament għandhom jitfasslu b’tali mod li jkunu aċċessibbli u aċċettati mill-gruppi vulnerabbli identifikati. L-esperjenza turi li l-iskemi ta’ finanzjament bil-karatteristiċi li ġejjin huma partikolarment aċċessibbli għall-gruppi vulnerabbli elenkati: (58)

(a)

sehem mill-iskema ta’ finanzjament ikun riżervat għall-gruppi vulnerabbli elenkati, jiġifieri, l-applikanti li ma jappartjenux għall-grupp fil-mira ma jkunux jistgħu jaċċessaw il-finanzjament. Inkella, ikun hemm probabbiltà għolja li gruppi b’introjtu ogħla jużaw is-sussidju kollu;

(b)

il-kundizzjonijiet tas-sussidju jqisu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi tal-gruppi vulnerabbli elenkati. Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti bejn l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, medju u għoli;

(c)

l-affidabbiltà kreditizja baxxa tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli tiġi indirizzata. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-inklużjoni ta’ garanzija fl-iskema ta’ finanzjament jew l-applikazzjoni ta’ skema fuq il-kont. Fi skema fuq il-kont, ir-rifinanzjament tal-investimenti jkun kopert mill-iffrankar tal-enerġija, filwaqt li l-fattura tal-konsenja tal-enerġija jew il-pagament tal-kost tal-akkomodazzjoni ta’ kull xahar jibqgħu l-istess;

(d)

il-konġestjonijiet finanzjarji jiġu indirizzati b’mod effettiv billi tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-fondi qabel ma jkun dovut il-pagament għax-xogħol. Dan l-approċċ jgħin biex jiġu minimizzati l-ostakli finanzjarji potenzjali. Inkella, il-pagament ta’ sussidju jista’ jitħallas direttament lill-installatur, filwaqt li jiġi ssimplifikat il-proċess ta’ pagament;

(e)

l-iskema ta’ finanzjament tkun adattata għall-kuntesti differenti li abbażi tagħhom il-gruppi vulnerabbli jaf jieħdu deċiżjoni dwar l-investiment jew le. Skemi ta’ finanzjament li jkollhom l-għan li jissostitwixxu l-apparati elettriċi jkunu għalhekk imfassla b’mod differenti minn dawk għal rinnovazzjoni profonda;

(f)

l-iżgurar tal-lonġevità tal-finanzjament huwa kruċjali biex jinżamm aċċess konsistenti għall-appoġġ finanzjarju meta jkun meħtieġ. Jekk l-iskema ta’ sussidju ma tkunx kontinwament aċċessibbli — pereżempju, f’każ ta’ interruzzjoni meta jintużaw il-fondi baġitarji għal ċertu perjodu — l-impatt negattiv fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jkun aktar sinifikanti milli fuq gruppi oħra ta’ konsumaturi.

6.8.   Stabbiliment ta’ network ta’ esperti — l-Artikolu 24(4)

6.8.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit

L-Artikolu 24(4) jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu network ta’ esperti jew jinkarigaw network eżistenti, biex jiżviluppaw strateġiji li jappoġġaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u nazzjonali biex jimplimentaw miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-assistenza teknika u għodod finanzjarji mmirati biex itaffu l-faqar enerġetiku. L-Artikolu 24(4) jirrikjedi li l-esperti fin-network ikunu minn diversi setturi, bħas-setturi tas-saħħa, tal-binjiet u soċjali u jirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-kompożizzjoni tan-network ta’ esperti tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri u tirrifletti l-perspettivi tan-nies kollha.

L-Artikolu 24(4) jelenka wkoll firxa ta’ attivitajiet li bihom jista’ jiġi inkarigat in-network ta’ esperti, li huma deskritti fit-taqsima 6.9 ta’ dawn il-linji gwida Pariri offruti min-network ta’ esperti.

6.8.2.   Għażla tal-miżuri ta’ politika sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit

In-network ta’ esperti jista’ jieħu diversi forom strutturali, inkluż, pereżempju, osservatorju nazzjonali (normalment iffinanzjat pubblikament), korp governattiv indipendenti konsultattiv u ta’ skrutinju, jew korp immexxi mis-soċjetà ċivili jew immexxi mid-dinja akkademika li jkollu relazzjoni formalizzata ma’ dawk li jfasslu l-politika.

Sabiex tiġi żgurata r-rappreżentanza settorjali rilevanti tal-esperti fin-network, għandhom jiġu mfittxija esperti fis-settur tas-saħħa, tal-binjiet u tas-settur soċjali. Fis-settur tas-saħħa, dan jista’ jinkludi korpi tas-saħħa pubblika governattivi u mhux governattivi, servizzi tas-saħħa nazzjonali, u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili minn entitajiet tas-saħħa fiżika u mentali, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, u gruppi tad-diżabbiltà. Fis-settur tal-bini, il-parteċipazzjoni tista’ tinvolvi d-dipartimenti jew l-aġenziji governattivi tal-akkomodazzjoni u tal-komunitajiet, il-korpi nazzjonali tal-istandards tal-akkomodazzjoni, il-fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali, il-korpi rappreżentattivi tas-sidien tal-kera, tal-inkwilini u tas-sidien tad-djar, l-assoċjazzjonijiet tal-esklużjoni mill-akkomodazzjoni u tal-persuni mingħajr dar, kif ukoll il-fassala u l-implimentaturi tal-programmi tal-effiċjenza enerġetika u tar-rinnovazzjoni. Fis-settur soċjali, ir-rappreżentanti jistgħu jinkludu l-gruppi tal-konsumaturi, l-aġenziji tal-inklużjoni soċjali u tal-edukazzjoni, l-assoċjazzjonijiet tal-gvern lokali jew reġjonali, l-NGOs u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili min-networks kontra l-faqar, l-assoċjazzjonijiet reliġjużi, u l-gruppi tal-karità. In-networks ta’ esperti jistgħu jinkludu wkoll amministrazzjonijiet pubbliċi minn setturi rilevanti oħra, bħall-ilma jew it-trasport, il-fornituri tal-enerġija, id-distributuri u r-regolaturi, l-akkademiċi, u l-ombudspersons jew il-medjaturi tal-enerġija.

Il-kunsiderazzjoni tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-parteċipanti hija importanti wkoll għall-fatt li l-unitajiet domestiċi mmexxija min-nisa ġew identifikati b’mod konsistenti bħala f’riskju ogħla ta’ faqar enerġetiku. (59) L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi li jiffukaw fuq gruppi ewlenin f’riskju ta’ faqar enerġetiku (bħal gruppi ta’ età akbar, gruppi tal-familja u tat-tfal, u gruppi ta’ minoranza, inklużi gruppi ta’ immigranti u refuġjati), riċerkaturi li jistgħu jippreżentaw l-iskala, il-prevalenza u l-inugwaljanzi strutturali li jwasslu għar-riskju tal-faqar enerġetiku, u potenzjalment dawk b’esperjenza ħajja jistgħu jgħinu lil network ta’ esperti jikseb din il-kompożizzjoni. Sabiex il-persuni b’esperjenza ta’ ħajja jkunu jistgħu jikkontribwixxu b’suċċess għan-network, tista’ tingħata kunsiderazzjoni għal soluzzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa, inkluż il-ħlas għaż-żmien u l-ivvjaġġar, il-ħolqien ta’ ambjent ta’ involviment inklużiv u l-kunsiderazzjoni tal-impenn tal-ħin u t-twaqqit tal-attivitajiet.

6.9.   Pariri offruti minn network ta’ esperti — l-Artikolu 24(4)

L-Artikolu 24(4) jispeċifika li n-network ta’ esperti jista’ jiġi inkarigat biex joffri pariri dwar firxa ta’ miżuri rilevanti ta’ valutazzjoni tal-faqar enerġetiku u ta’ mitigazzjoni.

In-network jista’ jappoġġa l-iżvilupp ta’ definizzjonijiet, indikaturi u kriterji nazzjonali tal-faqar enerġetiku, foqra fl-enerġija u kunċetti ta’ konsumaturi vulnerabbli, inkluż l-utenti finali (l-Artikolu 24(4), il-punt (a)) u l-iżvilupp jew it-titjib ta’ indikaturi u settijiet ta’ data rilevanti fil-qasam tal-faqar enerġetiku (l-Artikolu 24(4), il-punt (b)).

L-Artikolu 24(4) jipprevedi wkoll il-possibbiltà li n-network ta’ esperti joffri pariri dwar metodi u miżuri li jiżguraw l-affordabbiltà tal-kostijiet tal-għajxien, il-promozzjoni tan-newtralità tal-kost tal-akkomodazzjoni jew modi li jiżguraw li l-fondi pubbliċi investiti f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jkunu ta’ benefiċċju għas-sidien u għall-inkwilini tal-binjiet u tal-unitajiet tal-bini, b’mod partikolari b’rabta mal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, mal-klijenti vulnerabbli, mal-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta jkun applikabbli, mal-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali (l-Artikolu 24(4), il-punt (c)).

Għalkemm l-installazzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika tista’ tnaqqas il-kontijiet tal-enerġija, skont kif jiġu ffinanzjati dawk il-miżuri, dawn jistgħu jżidu l-għoli tal-ħajja f’oqsma oħra. Dan huwa partikolarment il-każ fl-akkomodazzjoni soċjali jew fl-akkomodazzjoni mikrija, li l-fornituri tagħhom jista’ jkollhom bżonn jiffinanzjaw parzjalment il-kostijiet tar-rinnovazzjoni mill-kirjiet. Sabiex jiġi evitat li l-kirjiet jew kostijiet oħra jgħolew, huma ssuġġeriti metodi biex jittaffa l-faqar enerġetiku u jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija li jippromwovu n-newtralità tal-kostijiet tal-akkomodazzjoni (“fejn kwalunkwe żieda fil-kera jew fil-kostijiet tal-ħlas lura tal-finanzjament ikunu koperti bis-sħiħ mill-iffrankar tal-enerġija”). (60) Miżura ċentrali biex jiġi żgurat li l-kostijiet tal-akkomodazzjoni ma jiżdidux hija li jiġu ssussidjati b’mod sinifikanti l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika permezz ta’ finanzjament pubbliku, filwaqt li tiġi evitata jew titnaqqas il-ħtieġa għal ripagamenti finanzjarji. Miżuri xierqa huma deskritti fit-taqsima 6.5 ta’ dawn il-linji gwida dwar l-iffaċilitar tal-introduzzjoni ta’ finanzjament u għodod finanzjarji xierqa u fit-taqsima 5.5 ta’ dawn il-linji gwida dwar l-indirizzar tal-inċentiv oppost.

Fl-aħħar nett, in-network ta’ esperti jista’ joffri pariri dwar miżuri għall-prevenzjoni ta’ sitwazzjonijiet li fihom gruppi partikolari jkunu aktar affettwati jew aktar f’riskju li jiġu affettwati mill-faqar enerġetiku jew aktar suxxettibbli għall-impatt avvers tiegħu, abbażi tal-introjtu, il-ġeneru, id-demografija, il-kundizzjoni tas-saħħa jew is-sħubija tagħhom fi grupp ta’ minoranza (l-Artikolu 24(4), il-punt (d)).

Il-valutazzjoni tal-indikaturi tal-faqar enerġetiku u d-diżaggregazzjoni ta’ din id-data skont l-introjtu, il-ġeneru, il-pussess ta’ abitazzjoni u sovrappożizzjonijiet oħra, imwettqa minn osservatorji nazzjonali tal-faqar enerġetiku jew networks ta’ esperti, jistgħu jappoġġaw fehim nazzjonali u lokali aktar sfumat ta’ min huwa aktar f’riskju ta’ faqar enerġetiku u l-korrelazzjoni ma’ fatturi strutturali u soċjali. In-networks nazzjonali ta’ esperti jistgħu jwettqu wkoll riċerka dwar l-effettività u l-impatti distributtivi tal-enerġija, l-introjtu, jew politiki soċjali oħra biex jistabbilixxu min jibbenefika u kwalunkwe piż soċjali addizzjonali maħluq. Projezzjonijiet li jħarsu ’l quddiem dwar ir-rati u r-riskji tal-faqar enerġetiku bħala riżultat tal-bidliet fil-prezzijiet tal-enerġija jistgħu jenfasizzaw ukoll ir-riskji għal gruppi speċifiċi. Dan imbagħad jista’ jinfluwenza t-tfassil ta’ politiki u ta’ programmi ta’ appoġġ biex jindirizzaw jew jipprevjenu l-faqar enerġetiku esperjenzat minn gruppi speċifiċi f’riskju.

7.   REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR

7.1.   Aġġornament tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima

Skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, sat-30 ta’ Ġunju 2024 u sussegwentement sal-1 ta’ Jannar 2034 u minn hemm ’il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru jrid jippreżenta lill-Kummissjoni aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima (NECP, National Energy and Climate Plan). L-Artikolu 14(1) jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu abbozz ta’ aġġornament tal-NECP dejjem sena qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-Artikolu 14(2).

Minbarra r-Regolament (UE) 2018/1999, l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu u jiffaċilitaw użu effiċjenti tal-enerġija mill-klijenti finali u mill-utenti finali u jinkluduhom fi strateġija nazzjonali, bħall-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima, jew l-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul stabbilita skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE.

7.2.   Rapportar tal-Progress

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw ir-Rapporti ta’ Progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima li jkopru l-ħames dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija, fejn l-effiċjenza enerġetika tkun waħda mid-dimensjonijiet.

L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999 jispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi rrapportata fir-rigward tal-miżuri meħuda biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku.

F’każ li Stat Membru jsib, abbażi ta’ valutazzjoni tal-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, li għandu għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, dak l-Istat Membru jrid jinkludi fir-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima informazzjoni dwar il-progress lejn l-objettiv indikattiv nazzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku u informazzjoni kwantitattiva dwar l-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, u, fejn tkun disponibbli, informazzjoni dwar politiki u miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku.

Barra minn hekk, l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw il-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u l-miżuri relatati tal-protezzjoni tal-konsumatur jew tal-informazzjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, implimentati bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli, il-persuni li ġejjin minn familji b’introjtu baxx u, meta jkun applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali biex itaffu l-faqar enerġetiku fil-qafas tar-rekwiżiti ta’ rapportar eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999.


(1)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/73/oj).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj).

(3)  Energy Cities, 2020: How to set up a one-stop-shop for integrated home energy renovation? Disponibbli fuq: How to set up a one-stop-shop for integrated home energy renovation? - Energy Cities (energy-cities.eu) (Ikkonsultat: 3.10.2023)

(4)  ACER, 2022: Annual Report on the Results of Monitoring the Internal Electricity and Natural Gas Markets in 2021 - Energy Retail and Consumer Protection Volume. (Ikkonsultat: 7/3/2023). Valutazzjoni aktar dettaljata tal-kriterji li jintużaw mill-Istati Membri differenti (u min-Norveġja) biex jiddefinixxu l-kunċett ta’ konsumaturi vulnerabbli fl-elettriku u/jew fil-gass fl-2018 tista’ tinstab f’ACER (2019). Annual Report on the Results of Monitoring the Internal Electricity and Natural Gas Markets in 2018 - Consumer Empowerment Volume. (Ikkonsultat: 7/3/2023).

(5)  L-introjtu ekwivalizzat huwa kejl tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi li jqis id-differenzi fid-daqs u fil-kompożizzjoni tal-unità domestika.

Eurostat, 2021: Glossarju: Introjtu disponibbli ekwivalizzat. Disponibbli fuq: Glossary: Equivalised disposable income – Statistics Explained (europa.eu) (Ikkonsultat: 7/3/2023).

(6)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/11/oj).

(7)  Your Europe, 2022: Ilmenti u soluzzjoni għat-tilwim. Disponibbli fuq: Ilmenti u soluzzjoni għat-tilwim mal-fornituri tal-enerġija — Your Europe (europa.eu) (Ikkonsultat: 3.10.2023)

(8)  Il-Parlament Ewropew, 2023: L-Ombudsman Ewropew. Disponibbli fuq: L-Ombudsman Ewropew | Skedi Informattivi dwar l-Unjoni Ewropea | Il-Parlament Ewropew (europa.eu) (Ikkonsultat: 3.10.2023)

(9)  OECD, 2020: Social housing: A key part of past and future housing policy. Disponibbli fuq: social-housing-policy-brief-2020.pdf (oecd.org) (Ikkonsultat: 3.10.2023).

Dan id-dokument ta’ sintesi jipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-settur eteroġenu ħafna, filwaqt li jiġbor fil-qosor il-karatteristiċi distintivi tal-akkomodazzjoni soċjali fl-OECD u fl-UE (fit-taqsima 1) u jagħti għażla ta’ eżempji dwar l-akkomodazzjoni soċjali f’diversi pajjiżi tal-OECD (il-Kaxxa 1.1). (Ikkonsultat: 7/3/2023).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/21(1)/oj).

(11)  Simili għar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 5(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/83/oj).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2366/oj).

(13)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/31/oj)

(14)  Chritiano, A., & Neimand, A., 2017: Stop Raising Awareness Already. Disponibbli fuq: Stop Raising Awareness Already (ssir.org) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(15)  Renders, N., & Meynaerts, E., 2019: Implementation status and effectiveness of Article 17 of the Energy Efficiency Directive. Disponibbli fuq: Implementation status and effectiveness of Article 17 of the Energy Efficiency Directive (eceee.org) (Ikkonsultat 3.10.2023);

Labandeira et al., 2020: The impacts of energy efficiency policies: Meta-analysis. Disponibbli fuq: The impacts of energy efficiency policies: Meta-analysis - ScienceDirect (Ikkonsultat 3.10.2023). Alt, M., Bruns, H., Della Valle, N. u Murauskaite-Bull, I., Synergies of interventions to promote pro-environmental behaviors – A meta-analysis of experimental studies, GLOBAL ENVIRONMENTAL CHANGE-HUMAN AND POLICY DIMENSIONS, ISSN 0959-3780, 84, 2024, p. 102776, JRC130163, https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC130163.

(16)  Preziosi, M., Federici, A., & Merli, R., 2022: Evaluating the Impact of Public Information and Training Campaigns to Improve Energy Efficiency: Findings from the Italian Industry. Disponibbli fuq: Energies | Free Full-Text | Evaluating the Impact of Public Information and Training Campaigns to Improve Energy Efficiency: Findings from the Italian Industry (mdpi.com) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(17)  Evans, S., 2014: If energy efficiency is so great, why aren’t we doing more of it? Disponibbli fuq: If energy efficiency is so great, why aren’t we doing more of it? - Carbon Brief (Ikkonsultat 3.10.2023).

(18)  Saars, L., Meyer, J., & Madsen, M., 2023: Kurzstudie Energieeffizienzmaßnahmen in der Industrie – Marktnahe und wirtschaftliche Energieeinsparpotentiale in der Industrie. Disponibbli fuq: HSNR-Kurzstudie-EnEffPotentiale-Industrie-2023-03-31.pdf (deneff.org) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(19)  F’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L, 2023/2831, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2831/oj).

(20)  B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (l-hekk imsejjaħ Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija, jew GBER).

(21)  S3C, 2015: Energy audits for households. Disponibbli fuq: S3C (2015) Guideline: Energy audit for households (Ikkonsultat 3/10/2023).

(22)  Fl-UE, huwa stmat li jvarja bejn €180 u €500 skont it-tip u d-daqs tal-bini (Sors: S3C (2015). Energy audits for households. Disponibbli fuq: S3C (2015) Guideline: Energy audit for households (Ikkonsultat 3/10/2023).

(23)  UNHCR. Accessible Communication for Persons with Disabilities. Disponibbli fuq: AAP Operational Guidance | UNHCR https://www.unhcr.org/sites/default/files/2022-12/UNHCR_AAPTool_CT_Accessible_Communication_for_PwD.pdf (Ikkonsultat: 3/10/2023)

(24)   Bridging the Gap, 2018: Inclusive and accessible communication guidelines. Disponibbli fuq: BtG_Inclusive-and-competible-communication-Guidelines.pdf (bridgingthegap-project.eu) (Ikkonsultat 3/10/2023).

(25)  AIE, 2021: Better energy efficiency policy with digital tools. Disponibbli fuq:Better energy efficiency policy with digital tools – Analysis – AIE (Ikkonsultat 3/10/2023).

(26)  Nudge, 2023: Il-paġna ewlenija. Disponibbli fuq: Nudge • Nudging consumers towards energy efficiency through behavioural science (nudgeproject.eu) (Ikkonsultat 3/10/2023).

(27)  Interreg, 2018: Behaviour change for energy efficiency. Disponibbli fuq: https://euagenda.eu/upload/publications/untitled-192854-ea.pdf (Ikkonsultat 3/10/2023).

(28)  EEA, 2013: Achieving energy efficiency through behaviour change: what does it take? Disponibbli fuq: Achieving energy efficiency through behaviour change: what does it take? — l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (europa.eu) (Ikkonsultat 3/10/2023).

(29)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj).

(30)  Interreg Europe, 2019: Supporting energy renovation of private households through One-Stop Shops. Disponibbli fuq: Policy brief on One-Stop-Shops.pdf (interregeurope.eu) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(31)  Interreg Europe, 2019: Supporting energy renovation of private households through One-Stop Shops. Disponibbli fuq: Policy brief on One-Stop-Shops.pdf (interregeurope.eu) (Ikkonsultat 3.10.2023). JRC, 2021: One-stop shops for residential building energy renovation in the EU. Disponibbli fuq: JRC, 2021: One-stop shops for residential building energy renovation in the EU (Ikkonsultat 3.10.2023).

(32)  Meta jistabbilixxu l-OSS u jagħżlu l-mudell preferut, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE li jinnotifikaw qabel l-implimentazzjoni tagħhom kwalunkwe miżura li tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sakemm tali miżuri ma jkunux koperti minn eżenzjoni ta’ kategorija.

(33)  Interreg Europe, 2019: Supporting energy renovation of private households through One-Stop Shops. Disponibbli fuq: Policy brief on One-Stop-Shops.pdf (interregeurope.eu) (Ikkonsultat 3.10.2023). JRC, 2021: One-stop shops for residential building energy renovation in the EU. Disponibbli fuq: JRC, 2021: One-stop shops for residential building energy renovation in the EU (Ikkonsultat 3.10.2023).

(34)  L-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj).

(35)  Ara pereżempju, il-proġett STEP H2020 dwar l-involviment ta’ unitajiet domestiċi foqra fl-enerġija https://www.stepenergy.eu, Opelanga One-stop-shop in the Basque region https://opengela.eus/en.

(36)   UsersTCP, 2020: Hard-to-Reach Energy Users: A Literature Review. Disponibbli fuq: HTR-Task-Literature-Review_EBook.pdf (userstcp.org) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(37)  Meta jistabbilixxu l-OSS u jagħżlu l-mudell preferut, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE li jinnotifikaw qabel l-implimentazzjoni tagħhom kwalunkwe miżura li tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sakemm tali miżuri ma jkunux koperti minn eżenzjoni ta’ kategorija.

(38)  Interreg Europe, 2019: Supporting energy renovation of private households through One-Stop Shops. Disponibbli fuq: Policy brief on One-Stop-Shops.pdf (interregeurope.eu) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(39)  Energy Cities, 2020: How to set up a one-stop-shop for integrated home energy renovation? Disponibbli fuq: How to set up a one-stop-shop for integrated home energy renovation? - Energy Cities (energy-cities.eu) (Konsultat: 3.10.2023)

(40)  Della Valle, N. u Sareen, S., Nudging and boosting for equity Towards a behavioural economics of energy justice, ENERGY RESEARCH and SOCIAL SCIENCE, ISSN 2214-6296, 68, 2020, p. 101589, JRC125190, https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC125190.

(41)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(42)  Creutzfeldt, N. Gill, C., Cornelis, M. & McPherson, R., 2021: Access to justice for vulnerable and energy poor consumer: Just energy? Hart Publishing Kapitolu 4 Access to Justice for Vulnerable and Energy-Poor Consumers: Just Energy?: Naomi Creutzfeldt: Hart Publishing (bloomsbury.com) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(43)  [jekk jogħġbok speċifika] Ara l-Artikolu(i)... tad-Direttiva 2013/11/UE.

(44)  BEUC, 2022: Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għall-konsumaturi: Time to move up a gear. Disponibbli fuq: beuc-x-2022-062_adr_position_paper.pdf (Ikkonsultat 3.10.2023).

(45)  BEUC, 2022: Alternative dispute resolution for consumers: Time to move up a gear. Disponibbli fuq: beuc-x-2022-062_adr_position_paper.pdf (Ikkonsultat 3.10.2023).

(46)  Economidou, M., & Bertoldi, P., 2015: Practices to overcome split incentives in the EU building stock. Disponibbli fuq: Practices to overcome split incentives in the EU building stock (eceee.org) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(47)  Economidou, M., & Serrenho, T., 2019: Assessment of progress made by Member States in relation to Article 19(1) of Directive 2012/27/EU - Actions taken to remove barrier of split incentives and boost green procurement. Disponibbli fuq: Assessment of progress made by Member States in relation to Article 19(1) of the Directive 2012/27/EU — l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (europa.eu) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(48)  F’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2831.

(49)  B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (l-hekk imsejjaħ Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija, jew GBER), b’mod partikolari l-Artikolu 38b.

(50)  Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fil-bini hija pprovduta fil-Mudell ta’ Gwida: Energy efficiency in buildings (disponibbli fuq https://competition-policy.ec.europa.eu/document/download/f38dcd94-689e-4de9-9747-765126f49438_en?filename=template_RRF_energy_efficiency_in_buildings_04042023.pdf).

Il-Mudell ta’ Gwida jipprovdi informazzjoni kemm dwar is-sitwazzjonijiet fejn il-miżuri li jappoġġaw l-effiċjenza enerġetika fil-binjiet jistgħu ma jinvolvux għajnuna mill-Istat kif ukoll dwar bażijiet legali adegwati għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat.

(51)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).

(52)  Eurofound, 2021: Distributional impacts of climate policies in Europe. Disponibbli fuq: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (europa.eu) (Ikkonsultat 3.10.2023); Vandyck, T., Della Valle, N., Temursho, U. u Weitzel, M., EU climate action through an energy poverty lens, SCIENTIFIC REPORTS, ISSN 2045-2322, 13 (1), 2023, p. 6040, JRC130057, https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC130057.

(53)  Il-Kummissjoni Ewropea (COM/2022/494): Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Valutazzjoni aħjar tal-impatt distributtiv tal-politiki tal-Istati Membri.

(54)  OECD, 2021: Managing the Distributional Effects of Environmental and Climate Policies: The Narrow Path for a Triple Dividend. Disponibbli fuq: https://one.oecd.org/document/ENV/WKP(2021)20/En/pdf (Ikkonsultat 3.10.2023).

(55)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar it-traspożizzjoni tal-Artikolu 30 dwar il-fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, għall- finanzjament u għall-appoġġ tekniku tad-Direttiva (UE) 2023/1791 dwar l-effiċjenza enerġetika (“riformulazzjoni tal-EED”) (ĠU C, C/2023/1553, 19.12.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1553/oj).

(56)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar it-traspożizzjoni tal-Artikolu 30 dwar il-fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, għall- finanzjament u għall-appoġġ tekniku tad-Direttiva (UE) 2023/1791 dwar l-effiċjenza enerġetika (“riformulazzjoni tal-EED”) (ĠU C, C/2023/1553, 19.12.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1553/oj).

(57)  Għal aktar informazzjoni dwar is-suġġett: Il-Kummissjoni Ewropea, 2022: The evolution of financing practices for energy efficiency in buildings, SME’s and in industry: final report Disponibbli fuq: Report on the evolution of financing practices for energy efficiency in buildings, SME’s and in industry — l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (europa.eu) (Ikkonsultat 3.10.2023).

(58)  Sunderland, L., & Gibb, D., 2022: Taking the burn out of heating for low-income households. Disponibbli fuq Taking the burn out of heating for low-income households - Regulatory Assistance Project (raponline.org) Ikkonsultat (3.10.2023).

(59)  Oliveras, L. et al., 2021: Energy poverty and health: Trends in the European Union before and during the economic crisis, 2007–2016. Disponibbli fuq: Energy poverty and health:Trends in the European Union before and during the economic crisis, 2007–2016 – ScienceDirect (Ikkonsultat 3.10.2023); Murauskaite-Bull, I., Feenstra, M., Creusen, A., Koukoufikis, G., Della Valle, N., Shortall, R. and Stojilovska, A., Gender and Energy: The effects of the energy transition on women, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2023, doi: 10.2760/511412, JRC132744.

(60)  In-newtralità tal-kost tal-akkomodazzjoni hija terminu użat kemm mis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll mill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-inkwilini biex ifisser li jiġi żgurat li l-kost totali tal-akkomodazzjoni (inkluż il-kera/is-self ipotekarju, il-kontijiet tal-enerġija u kontijiet oħra) ma jiżdiedx wara r-rinnovazzjoni. L-iffrankar fuq il-kont tal-enerġija jista’ jintuża biex titħallas lura parti mill-investiment bil-quddiem fil-miżuri tal-effiċjenza enerġetika, pereżempju permezz ta’ żieda fil-kera, iżda biss sal-punt li l-kost totali tal-akkomodazzjoni jkun l-istess bħal qabel ir-rinnovazzjoni. Aktar informazzjoni għand l-Unjoni Internazzjonali tal-Inkwilini u fil-portal Housing Europe. (Ikkonsultat: 8.3.2023).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2024/2481/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)