|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/263 |
11.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/263
tal-10 ta’ Frar 2025
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Ecolab CMIT-MIT BPF” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2017, Ecolab Deutschland GmbH ippreżentat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem ta’ “Ecolab CMIT-MIT BPF” tat-tipi ta’ prodotti 4, 11 u 12, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tan-Netherlands qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-SP032736-15 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali. |
|
(2) |
“Ecolab CMIT-MIT BPF” fiha s-C(M)IT/MIT (3:1) bħala s-sustanza attiva, li huwa inkluż fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi ta’ prodotti 4, 11 u 12. |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2023, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2024, l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (SPC) ta’ “Ecolab CMIT-MIT BPF” u r-rapport ta’ valutazzjoni finali dwar il-familja ta’ prodotti bijoċidali, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
L-opinjoni tikkonkludi li “Ecolab CMIT-MIT BPF” hija familja ta’ prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (s), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li hija eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġetta għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(6) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fil-15 ta’ Lulju 2024, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għaldaqstant tikkunsidra xieraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Ecolab CMIT-MIT BPF”. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0032881-0000 lil Ecolab Deutschland GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-familja tal-prodotti bijoċidali “Ecolab CMIT-MIT BPF”, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbiliti fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mit-3 ta’ Marzu 2025 sat-28 ta’ Frar 2035.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) L-opinjoni tal-ECHA tat-30 ta’ Mejju 2024 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ “Ecolab CMIT-MIT BPF” (ECHA/BPC/436/2024), https://echa.europa.eu/mt/opinions-on-union-authorisation.
ANNESS
SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL FAMILJA TA’ PRODOTTI BIJOĊIDALI
Ecolab CMIT-MIT BPF
Tip(i) ta’ prodott
PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi
PT12: Slimiċidi
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf
Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0032881-0000
Numru tal-assi R4BP EU-0032881-0000
PART I
L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Kunjom
|
Isem |
Ecolab CMIT-MIT BPF |
1.2. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi PT12: Slimiċidi PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf |
1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Ecolab Deutschland GmbH |
|
Indirizz |
Ecolab Allee 1 40789 Monheim am Rhein DE |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0032881-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0032881-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
It-3 ta’ Marzu 2025 |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
It-28 ta’ Frar 2035 |
|
1.4. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab Europe GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Richtistrasse 7 8304 Walliselen L-Iżvizzera |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab Limited |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Brunel Way, Baglan Energy Park SA11 2GA Neath Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Laboratoires Prodene Klint |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Rue Denis Papin, 2 Z.I. Mitry Compans F-77290 Mitry Mory Franza |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab Leeds |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Lotherton Way, Garforth LS25 2JY Leeds Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab SRL |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Viale del Lavoro 10 45100 Rovigo L-Italja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Nalco Deutschland Manufacturing GmbH und Co.KG |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Justus-von-Liebig-Str. 11 D-64584 Biebesheim Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab NETHERLANDS BV |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
BRUGWAL 11 3432NZ NIEUWEGEIN In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab Weavergate |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Winnington Avenue, Northwich CW8 3AA Cheshire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab Mullingar, Ireland |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Forest Park, Zone C Mullingar Ind. Estate N91 Mullingar L-Irlanda |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab d.o.o. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Vajngerlova 4 2000 Maribor Is-Slovenja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab Rozzano |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
VIA GRANDI 9/11 20089 Rozzano L-Italja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab BVBA |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Havenlaan 4 3980 Tessenderlo Il-Belġju |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Nalco Española Manufacturing, SLU |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
C/Tramuntana s/n Polígono Industrial de Celrà 17460 CELRÀ 17460 Girona Spanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab production France SAS |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
BP509, Avenue de Général Patton 51006 Châlons-en-Champagne Franza |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ecolab Mandra, Greece |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
25KLM Old National Road 19600 Attica Mandra Il-Greċja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
NALCO FINLAND MANUFACTURING OY |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Kivikummuntie 1 FIN-07955 Tesjoki Il-Finlandja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
NALCO Water Italy |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Via Ninfina II 04012 Cisterna Di Latina L-Italja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Manufacturing Plant Fawley Nalco |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
One business centre 1180 SO45 3NP Hardley Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Nalco Ltd Scotland |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Minto Avenue, Alten Industrial Estate AB12 3JZ Aberdeen Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Microtek Medical B.V. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Hekkehorst, 24 7207 Zutphen In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Dow Europe GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Bachtobelstrasse 3 8810 Horgen L-Iżvizzera |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Troy Chemical Company B.V. Troy |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Uiverlaan 12e 3145 XN Maassluis In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Thor GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Landwehrstrasse 1 67346 Speyer Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
A.F.P. GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Otto-Brenner-Strasse 16-18 21337 Lueneburg Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
ANIOS |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Pavé du moulin 59260 Lille-Hellemmes Franza |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BELINKA-LJUBLJANA |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Belinka Zasavska Cesta 95 1001 Ljubljana Is-Slovenja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Bentus Laboratories Ltd |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
RADIO STREET, 24 BLD.1 105005 Moscow Il-Federazzjoni Russa |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BIO_PRODUCTIONS Ltd Inc STAPRO |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
72 VICTORIA ROAD, VICTORIA INDUSTRIAL ESTATE RH15 9LH BURGESS HILL Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BORES S.R.L. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Via Pioppa, 179 44030 Pontegradella (FE) L-Italja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG CEE - GUNTRAMSDORF |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Bahnstr. 13 A-2353 Guntramsdorf L-Awstrija |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG GmbH Duisburg |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Humboldtring 15 45472 Muehlheim Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Glauchau |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Humboldtring 15 45472 Muehlheim Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Hamburg |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Humboldtring 15 45472 Muehlheim Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Heilbronn |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Humboldtring 15 45472 Muehlheim Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Kaiserslaute |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Merkurstr. 47 67663 Kaiserslautern Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Kleinkarlbac |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Humboldtring 15 45472 Muehlheim Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Lohfelden |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Humboldtring 15 45472 Muehlheim Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Nordic - HASLEV |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Høsten Teglværksvej 47 4690 Haslev Id-Danimarka |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Nordic - VEJLE |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Vivaa 7100 Vejle Id-Danimarka |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Normandy |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
12 Sente des Jumelles - BP 11 76710 Montville Franza |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG PL -Zgierz |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
ul. Kwasowa 5 95-100 Zgierz Il-Polonja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Quimica - Madrid |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Calle Gutemberg no 22,.Poligono Industrial El Lomo. 28906 Getafe (Madrid) C/ Gutemberg, 22 Polig. Ind. El Lomo 28906 Madrid Spanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
BRENNTAG Schweizerhall |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Elsaesserstr. 231 C-4056 Basel L-Iżvizzera |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Budich International GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Dieselstrasse 10 32120 Hiddenhause Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Caldic Deutschland Chemie B.V |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Am Karlshof 10 D 40231 Duesseldorf Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
CARBON GROUP |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Ringaskiddy P43 R772 Cork L-Irlanda |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
COMERCIAL GODO SL |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Carrer de Franca, Igualada 13 08700 Barcelona Spanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
DAN MOR (DR WIPE) Natural Products and Chemicals Ltd. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Or Akiva Industrial Zone 30600 Or Akiva Iżrael |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
DETERGENTS BURGUERA |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
S.L. Joan Ballester 50 07630 CAMPOS (ILLES BALEARES) Spanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
ECL MICROTEK BV |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
GESINKKAMPSTRAAT 19 705 HR VARSSEVELD In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
ECL MICROTEK MOSTA |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
SORBONNE CENTRE, F20 MOSTA TECHNOPARK MST 3000 MOSTA Malta |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Ferdinand Eimermacher GmbH & Co. KG |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Westring 24 48356 Nordwalde Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
GALLOWS GREEN SERVICES LTD |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Cod Beck Mill Industrial Estate Dalton Lane YO7 3HR Thirsk Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
GIRASOL NATURAL PRODUCTS BV |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
De Veldoven 12-14 3342 GR Hendrik-Ido-Ambacht In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
HENKEL ENGELS |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Prospekt Stroitelei 413116 Engels Il-Federazzjoni Russa |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
imeco GmbH & Co. KG |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Boschstraße 5 D-63768 Hösbach Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
INNOVATE GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Am Hohen Stein 11 06618 Naumburg Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
INTERFILL LLC-TOSNO |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Moskovskoye shosse 1 Tosno 187000 Leningradskaya oblast Il-Federazzjoni Russa |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Kleinmann GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Am Trieb 13 72820 Sonnenbühl Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
KOMPAK NEDERLAND BV |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Ambachtsweg 4 4854 Bavel In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
La Antigua Lavandera SL |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Ctra. Antigua Sevilla-Alcalá Km.1,5 (SE-410) Apartado de Correos, 58 41500 Alcal de Guadaira, Seville Spanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
LICHTENHELDT GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Lichtenheldt Industriestrasse 7-9 23812 Wahlstedt Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Multifill B.V. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Constructieweg 25-A 3641 SB Mijdrecht In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
PAL INTERNATIONAL LTD |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Sandhurst Street LE2 5AR Leicester Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
PLANOL GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Maybachstr. 17 63456 Hanau Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
PLUM A/S |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Frederik Plums Vej 2 DK 5610 Assens Id-Danimarka |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
QUIMICAS MORALES |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Misiones, 11 - Urb. El Sebadal 05005 LAS PALMAS DE GRAN CANARIA Spanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
RNM PRODUCTOS QUIMICOS |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Lda Rua da Fabrica, 123, Segada 4765-080 Carreira Vila Nova de Famalicao Il-Portugall |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
ROQUETTE & BARENTZ |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Roquette Freres Route De La Gorgue F-62136 Lestrem Franza |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
RUTPEN LTD. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
MEMBURY AIRFIELD RG16 7TJ Lambourn Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
SOLIMIX Montseny |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
17-19 Pol. Ind. Sant Pere Molanta 08799 Olerdola, Barcelona Spanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
STAUB & CO - SILBERMAN GMBH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Industriestraße 3 86456 Gablingen Il-Ġermanja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
SYNERLOGIC BV ( - IN2FOOD) |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
L.J. Costerstraat 5 6827 Arnhem In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
Univar Ltd |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Argyle House, Epsom Avenue SK9 3RN Wilmslow. Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Isem tal-manifattur |
VAN DAM BODEGRAVEN |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Postbus 48 NL 2410 AA Bodegraven In-Netherlands |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
C(M)IT/MIT (3:1) |
||
|
Isem tal-manifattur |
Microbial Control (Switzerland) GmbH |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Hungerbüelstrasse 22 8500 Frauenfeld L-Iżvizzera |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U FORMULAZZJONI
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
C(M)IT/MIT (3:1) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 5-kloru-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (3:1) |
sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
2,6 - 7,51 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AL Kwalunkwe likwidu ieħor |
PART II
IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI META SPC(S)
1. META SPC 1 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 1 identifikatur
|
Identifikatur |
Meta SPC: META 1 |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-1 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi PT12: Slimiċidi |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
C(M)IT/MIT (3:1) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 5-kloru-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (3:1) |
sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
2,6 - 2,9 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AL Kwalunkwe likwidu ieħor |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H290: Jista’ jkun korrużiv għall-metalli. H314: Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn. H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P391: Iġbor it-tixrid. P234: Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali. P260: Tiblax bin-nifs raxx. P272: Ilbies tax-xogħol kontaminat ma għandux jitħalla joħroġ mill-post tax-xogħol. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P280: Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ. P301+P330+P331: JEKK JINBELA’: laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. P303+P361+P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer]. P310: Ikkuntattja immedjatament ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib. P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P333+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. P362+P364: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati u aħsilhom qabel ma terġa’ tużahom. P390: Assorbi t-tixrid sabiex tipprevjeni ħsara fil-materjal. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-kontenut fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. P501: Armi l-kontenitur fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. |
4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Uża 1.1 Preservattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi (Preservattivi)
|
Tip ta’ prodott |
PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: bakterja Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: ħmejjer Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: fungi Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: alka Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: Legionella pneumophila Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: rita bijoloġika Istadju iżvilupp: l-ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa użu fuq barra Preservazzjoni ta’ fluwidi f’sistemi ta’ tkessiħ bi skariku fid-drenaġġ muniċipali fi: Sistemi ta’ tkessiħ riċirkolatorji miftuħin, sistema ta’ tkessiħ magħluqa. Preservazzjoni ta’ likwidi tal-ipproċessar fi: Pasturizzaturi u sterilizzaturi, ħassiela bl-arja u purifikaturi. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sistema magħluqa Deskrizzjoni dettaljata: Alimenta l-prodott permezz ta’ sistema ta’ alimentazzjoni magħluqa. Il-prodott għandu jiġi applikat permezz ta’ proċess awtomatizzat bl-użu ta’ pompi jew injezzjoni. Il-prodott jista’ jiġi miżjud waqt li l-proċess ikun għaddej. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Manutenzjoni: Bakterja 100-200 ppm tal-prodott (1.5-3 mg sa/l (sustanza attiva kull litru ta’ fluwidu li jrid jiġi ppreservat)) Legionella 50-200 ppm tal-prodott (0.75-3 mg sa/l) Rita bijoloġika 200 ppm tal-prodott (3 mg sa/l) Kurattiv: Bakterja 400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (6 mg sa/l) Legionella 100-400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (1.5-6 mg sa/l) Ħmejjer u fungi 200-400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (3-6 mg sa/l) Alka 100-400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (1.5-6 mg sa/l) - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Frekwenza tal-manutenzjoni: erba’ darbiet kuljum sa darba fil-ġimgħa. Kurattiv: Dan jista’ jiġi implimentat meta jintilef il-kontroll jew meta d-data ta’ sorveljanza tissuġerixxi li hija meħtieġa implimentazzjoni kurattiva, madanakollu dan m’għandux ikun aktar minn darba kull xahrejn f’każ ta’ inkrostazzjoni qawwija. |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali ; professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Brarmel opaki tal-polietilene ta’ 20-100 kg Tankijiet opaki tal-polietilene ta’ 50-500 kg Kontenitur intermedju tal-ingrossa (IBC) opak tal-polietilene ta’ 1 000 -2 000 kg |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Dan il-prodott għandu jiġu mitmugħ permezz ta’ slug fl-ilma tat-tkessiħ li qed jiġi riċirkolat u tal-proċess b’mod li jinkisbu l-firxa u esponiment massimi għaż-żoni tas-sistema bl-ogħla livell ta’ mikroorganiżmi. Il-prodott għandu jiġi miżjud mas-sistema skont id-daqs tas-sistema, pereżempju biex tinkiseb konċentrazzjoni ta’ 100 ppm f’sistema ta’ 10 000 l irid jiġi miżjud 1 000 ml (1 l) tal-prodott.
L-intervall bejn żewġ dożi jiddependi wkoll mill-ħin ta’ ritenzjoni idrawlika tas-sistema u t-tneħħija tas-sustanza attiva permezz ta’ degradazzjoni u blowdown. Il-prodott jista’ jakkumula fil-fluwidi ta’ preservazzjoni meta jiġi ddożat wisq ta’ spiss. Hija r-responsabbiltà tal-utent finali li jiddetermina d-doża effettiva fuq il-post (eż. permezz ta’ testijiet kimiċi jew mikrobijoloġiċi) għall-post/sistema speċifika biex jiżgura li s-sistema tkun effikaċji taħt il-kundizzjonijiet ta’ użu. Jekk meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fit-tikketta).
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ilbes Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali kompatibbli:
Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN ISO 374 jew ekwivalenti (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Ilbes tuta protettiva li tgħatti kollox tat-tip 6, konsistenti mal-Istandard Ewropew EN 13034 jew ekwivalenti.
L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn konsistenti mal-Istandard Ewropew EN ISO166 jew ekwivalenti waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjonijiet oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenzi sħaħ għal dan l-att u l-Istandards Ewropej.
L-użu huwa ristrett għal sistemi ta’ tkessiħ żgħar bi blowdown massimu ta’ 2 m3/siegħa. L-ilma mormi għandu jiġi skarikat fid-drenaġġ muniċipali jew ippurifikat f’impjant ta’ trattament tad-drenaġġ industrijali fuq is-sit li jinkludi stadju ta’ trattament bijoloġiku.
Il-prodott jista’ jiġi applikat biss meta t-torrijiet ta’ tkessiħ ikunu mgħammra b’eliminaturi tal-kurrent li jnaqqsu l-kurrent b’tal-anqas 99%.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 2
Uża 1.2 Sustanza kontra l-ħama fl-industrija tal-polpa u l-karta (Preservattivi)
|
Tip ta’ prodott |
PT12: Slimiċidi |
||||
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: bakterja Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: ħmejjer Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: fungi Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: rita bijoloġika Istadju iżvilupp: l-ebda data |
||||
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Għall-użu bħala sustanza kontra l-ħama fl-industrija tal-polpa u l-karta, proċess ta’ tneħħija ta’ linka, tarf imxarrab / ilma abjad, polpa inkluż waqt li l-magna tintefa’. Stokk oħxon (li jinkludi l-karta mormija, t-taħlitiet tal-polpa, it-tankijiet tat-taħlit tal-magna kif ukoll il-polpa riċiklata). Ilma abjad, ilma mdardar u ilma nadif. Stokk irqiq. Kontroll ta’ Korrużjoni Indotta Mikrobijoloġikament (MIC) u inkrostazzjoni bijoloġika ta’ deaerators u filtri. Kontroll ta’ tkabbir ta’ ħama f’addittivi speċifikament maħsubin biex jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta. |
||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sistema magħluqa Deskrizzjoni dettaljata: Alimenta l-prodott permezz ta’ sistema ta’ alimentazzjoni magħluqa. Il-prodott għandu jiġi applikat permezz ta’ proċess awtomatizzat bl-użu ta’ pompi jew injezzjoni. Il-prodott jista’ jiġi miżjud waqt li l-proċess ikun għaddej. |
||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Għall-industrija tal-polpa u l-karta, alimenta fuq bażi intermittenti (slug): Addittivi użati fil-produzzjoni tal-karta: Manutenzjoni: Bakterja 50-400 ppm tal-prodott (0.75-6 mg sa/l(sustanza attiva kull litru)) Ħmira 100-400 ppm tal-prodott (1.5-6 mg sa/l) Kurattiv: Bakterja 50-400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 24 sigħat (0.75-6 mg sa/l) Ħmejjer u fungi 200-400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (3-6 mg sa/l) Sistema tal-magna tal-karti (li tinkludi tarf imxarrab, ilma abjad u polpa) Manutenzjoni: Batterji u ħmejjer 25-400 ppm tal-prodott (0.38-6 mg sa/l) Rita bijoloġika 200-400 ppm tal-prodott (3-6 mg sa/l) Kurattiv: Bakterja 200-400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 24 sigħat (3-6 mg sa/l) Ħmira 25-400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 24 sigħat (0.38-6 mg sa/l) Fungi 400 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (6 mg sa/l) - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Għall-industrija tal-polpa u l-karta, alimenta fuq bażi intermittenti (slug). Addittivi użati fil-produzzjoni tal-karta u fis-sistema tal-magna tal-karti (li tinkludi tarf imxarrab, ilma abjad u polpa):
|
||||
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali ; professjonali |
||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Brarmel opaki tal-polietilene ta’ 20-100 kg Tankijiet opaki tal-polietilene ta’ 50-500 kg IBCs opaki tal-polietilene ta’ 1 000 -2 000 kg |
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Alimenta l-prodott fuq bażi intermittenti biex jipprovdi preservazzjoni ta’ għadd ta’ mikrobi aċċettabbli (livell baxx) fis-sistema tal-magna tal-karta. Alimenta l-prodott fit-tarf imxarrab b’mod intermittenti fit-tank tat-taħlit tal-magna jew tank tal-istokk simili jew fl-addittivi użati fil-produzzjoni tal-karta. Waħdu m’għandu qatt jintuża fuq ċirkuwitu qasir imma lura fis-sistema.
Id-doża tiddependi ħafna fuq il-formulazzjoni u l-użu maħsub tal-mattriċi li magħha jiġi miżjud il-preservattiv. L-intervall bejn żewġ dożi jiddependi wkoll mill-ħin ta’ ritenzjoni idrawlika tas-sistema u t-tneħħija tas-sustanza attiva permezz, pereżempju, ta’ degradazzjoni u dilwizzjoni. Il-prodott jista’ jakkumula fi fluwidi tal-ipproċessar meta ddożat ta’ spiss. Hija r-responsabbiltà tal-utent finali li jiddetermina d-doża effettiva fuq il-post (eż. permezz ta’ testijiet kimiċi jew mikrobijoloġiċi) għall-post/sistema speċifika biex jiżgura li s-sistema tkun effikaċji taħt il-kundizzjonijiet ta’ użu. Jekk meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fit-tikketta).
Il-prodott għandu jiġi miżjud abbażi tal-volum tas-sistema, pereżempju biex tintlaħaq konċentrazzjoni ta’ 100 ppm f’sistema ta’ 10 000 l jrid jiġi miżjud 1 000 ml (1 l) ta’ prodott.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Saħħet il-Bniedem:
Ilbes Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali kompatibbli:
Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN ISO 374 jew ekwivalenti (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Ilbes tuta protettiva li tgħatti kollox tat-tip 6, konsistenti mal-Istandard Ewropew EN 13034 jew ekwivalenti.
L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn konsistenti mal-Istandard Ewropew EN ISO166 jew ekwivalenti waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjonijiet oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenzi sħaħ għal dan l-att u l-Istandards Ewropej.
Ambjent:
L-applikazzjoni hija permessa biss f’fabbriki tal-karta li jikkonformaw mad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/UE) fejn l-ilma mormi jiġi ppurifikat f’impjant ta’ trattament tad-drenaġġ industrijali fis-sit, li jinkludi stadju ta’ trattament bijoloġiku b’konformità mal-Aħjar Metodi Tekniċi (BAT) kif ippreżentati fid-dokument ta’ referenza tal-BAT (BREF) għall-produzzjoni ta’ polpa, karta u kartun. l-effluwent għandu jiġi dilwit tal-anqas 200 darba. Il-fabbriki tal-karta li huma eżentati mid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali għandhom jiskarikaw ġod-drenaġġ muniċipali.
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Proċeduri ta’ ġestjoni tar-reżistenza għandhom jiġu adottati kif ġej:
|
— |
il-prodotti għandhom dejjem jintużaw b’konformità mar-rakkomandazzjonijietta’ fuq it-tikketta |
|
— |
l-eliminazzjoni ta’ tkabbir mikrobijali għandha dejjem tiġi pprovata billi jintużaw rati ta’ applikazzjoni li huma murija li huma effettivi |
|
— |
il-livelli ta’ effettività għandhom jiġu mmonitorjati u każijiet ta’ effettività mnaqqsa għandhom jiġu mistħarrġa għal evidenza possibbli ta’ reżistenza. |
Fl-użu kummerċjali, C(M)IT/MIT ta’ spiss jiġi użat f’kombinazzjoni jew f’rotazzjoni ma’ bijoċidi oħrajn f’diversi applikazzjonijiet. Ir-reżistenza mikrobikai għal C(M)IT/MIT tista’ tiġi evitata billi taqleb jew talterna ma’ bijoċidi jew billi tuża kombinazzjonijiet ma’ sustanzi attivi oħrajn.
Il-ħaddiema u l-individwi kollha li jimmaniġġjaw il-prodott għandu jkollhom aċċess għall-Iskedi tad-Data tas-Sikurezza (SDS) u l-Skedi tad-Data Teknika (TDS)
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Irreferi għal miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskji organizzazzjonali:
|
— |
Il-mili għandu jiġi ristrett għal proċessi awtomatiċi. |
|
— |
Ħaddiema involuti f’tiswijiet jew attivitajiet ta’ tindif għandhom ilaħalħu s-sistema qabel il-ftuħ u t-tindif. |
|
— |
Huma meħtieġa stazzjon għall-ħasil tal-għajnejn u doċċa ta’ sikurezza. |
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Protezzjoni għal dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna: Ilbes tagħmir ta’ protezzjoni personali adattat.
Struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna:
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Jekk ikun hemm sintomi: Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika. Jekk ma jkunx hemm sintomi: Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek minnufih. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Baħbaħ minnufih il-ġilda b’ħafna ilma. Wara, neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Ibqa’ laħlaħ il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib. Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ minnufih bl-ilma għal ħafna minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal tal-inqas 15-il minuta. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.
Prekawzjonijiet ambjentali:
F’każ ta’ tixrid, evita li l-materjal jidħol fid-drenaġġ jew fil-korsiji tal-ilma. Tħallix material jikkontamina s-sistema tal-ilma tal-pjan. Evita li l-prodott jidħol fil-katusi. Jekk il-katusi, in-nixxigħat, il-ħamrija jew id-drenaġġ jiġu kkontaminati, avża l-awtorità lokali. Il-prodott imxerred jista’ jkun ta’ riskju għall-ekosistema akkwatika jekk jiġi rilaxxat.
Metodi u materjal għall-konteniment u t-tindif:
TIXRID ŻGĦIR: Agħmel diga u assorbi b’matejal inerti (eż., xaħx, ramel), impala s-solidi kontaminati kollha ġo barmil jew tank u mbagħad ittratta b’biżżejjed soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni biex ixxarrab is-solidi sew. Ħalli dawn ir-reċipjenti miftuħa għal 48 siegħa biex tevita li tinbena pressjoni u mbagħad issiġilla għar-rimi. It-tagħmir bir-residwi għandu jiġi dekontaminat qabel ma jsir xogħol ta’ manutenzjoni jew tiswija jew jintuża għal xi servizz ieħor. Uċuħ kontaminati għandhom jintmesħu b’soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni, stenna sakemm ir-reazzjoni tbatti u laħlaħ sew b’ilma nadif.
TIXRID KBIR: Xarrab b’materjal assorbenti inerti. Ittrasferixxi l-materjal kontaminanti ġo reċipjenti adattati għar-rimi. Uċuħ kontaminati għandhom jintmesħu b’soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni, ħallihom joqgħodu għal 30 sekonda u laħlaħ sew b’ilma nadif.
M’GĦANDEKX iżżid is-soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni mar-reċipjent tal-iskart biex tiddiżattiva l-materjal assorbit.
|
* |
SOLUZZJONI TA’ DIŻATTIVAZZJONI - ħejji soluzzjoni friska ta’ 5% bikarbonat tas-sodju u 5% ipoklorit tas-sodju fl-ilma. Uża proporzjon ta’ 10 volumi ta’ soluzzjoni ta’ dekontaminazzjoni għal kull volum stmat ta’ tixrid residwu. Ikkuntattja trasportatur approvat tal-iskart għar-rimi ta’ materjal irkuprat. Armi l-materjal f’konformità mar-regolamenti indikati fl-Iskeda tad-Data tas-Sikurezza. |
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Armi b’konformità mad-Direttivi Ewropej dwar l-iskart u l-iskart perikoluż. Il-kodiċijiet tal-iskart għandhom jiġu assenjati mill-utent, preferibbilment f’diskussjoni mal-awtoritajiet tar-rimi tal-iskart.
Il-prodott ma għandux jiġi rilaxxati fil-ħamrija, fil-mogħdijiet tal-ilma jew kwalunkwe tip ta’drenaġġ. Fejn huwa possibbli huwa ppreferut ir-riċiklaġġ mir-rimi. Jekk ir-riċklaġġ mhuwiex prattiku, iddisponi b’konformità mar-regolamenti lokali. Iddispona mill-iskart f’faċilità għar-rimi ta’ skart approvata.
Imballaġġ ikkontaminat: Armi kwalunkwe prodott mhux użat. Kontenituri vojta għandhom jittieħdu f’sit tal-immaniġġjar tal-iskart approvat. Terġax tuża kontenituri vojta.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott: 24 xahar.
Taħżinx f’temperatura ogħla minn 40°C.
Żomm il-kontenitur magħluq sew. Aħżen f’kontenituri ttikkettjati kif xieraq.
6. INFORMAZZJONI OĦRA
It-titoli sħaħ tal-standards EN li għalihom qed issir referenza fit-taqsimiet “Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju speċifiċi għall-użu” huma:
EN ISO 374 - Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi.
EN ISO 166 – Protezzjoni tal-għajnejn personali standard
EN 13034 - Ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi likwidi - Rekwiżiti tal-prestazzjoni għal ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi li joffri prestazzjoni protettiva limitata kontra sustanzi kimiċi likwidi (tagħmir tat-Tip 6 u Tip PB).
Id-Direttiva tal-kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).
Fir-rigward tal-“Kategorija/Kategoriji ta’ utenti” innota: “Professjonisti (li jinkludu utenti industrijali)” tfisser professjonisti mħarrġa jekk dan huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
NALCO® WT-735 |
qasam tas-suq: UE |
|||||
|
NALCO® 77352 |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0032881-0001 1-1 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
||
|
C(M)IT/MIT (3:1) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 5-kloru-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (3:1) |
sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
2,9 % (w/w) |
||
7.2. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
NALCO® WT-730 |
qasam tas-suq: UE |
|||||
|
NALCO® 7330 |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0032881-0002 1-1 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
||
|
C(M)IT/MIT (3:1) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 5-kloru-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (3:1) |
sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
2,6 % (w/w) |
||
1. META SPC 2 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 2 identifikatur
|
Identifikatur |
Meta SPC: META 2 |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-2 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf PT12: Slimiċidi |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
C(M)IT/MIT (3:1) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 5-kloru-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (3:1) |
sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
5,2 - 5,2 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AL Kwalunkwe likwidu ieħor |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H290: Jista’ jkun korrużiv għall-metalli. H314: Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn. H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P391: Iġbor it-tixrid. P234: Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali. P260: Tiblax bin-nifs raxx. P272: Ilbies tax-xogħol kontaminat ma għandux jitħalla joħroġ mill-post tax-xogħol. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P280: Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ. P301+P330+P331: JEKK JINBELA’: laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. P303+P361+P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer]. P310: Ikkuntattja immedjatament ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib. P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P333+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. P362+P364: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati u aħsilhom qabel ma terġa’ tużahom. P390: Assorbi t-tixrid sabiex tipprevjeni ħsara fil-materjal. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-kontenut fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. P501: Armi l-kontenitur fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. |
4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Uża 2.4 Preservattiv mhux fil-linja għal membrani ta’ RO fl-industrija tal-ikel u tal-għalf
|
Tip ta’ prodott |
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: bakterja Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: ħmejjer Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: rita bijoloġika Istadju iżvilupp: l-ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Għall-użu fi preservazzjoni mhux fil-linja ta’ membrani ta’ filtrazzjoni mnaddfa u ta’ osmosi inversa (RO) fl-industrija tal-ikel u tal-għalf. Maħsub biex jipproduċi effett bijostatiku. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sistema magħluqa Deskrizzjoni dettaljata: Alimenta l-prodott fis-sistema ta’ filtrazzjoni fl-istadji ta’ qabel kull tagħmir periferiku li jista’ jkun fih tkabbir bijoloġiku. Alimenta l-prodott permezz ta’ sistema ta’ alimentazzjoni magħluqa. Il-prodott għandu jiġi applikat permezz ta’ proċess awtomatizzat bl-użu ta’ pompi jew injezzjoni. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Manutenzjoni: Bakterja 50 ppm tal-prodott (1.5 mg sa/l(sustanza attiva kull litru)) Ħmira 12.5 ppm tal-prodott (0.38 mg sa/l) Rita bijoloġika 100 ppm tal-prodott (3 mg sa/l) - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Bħala preservattiv tal-membrana waqt perjodi ta’ ħażna fit-tul ta’ sa 6 xhur, id-dożaġġ kif iddikjarat hawn fuq abbażi ta’ kontenut attiv ta’ 3% u densità tal-prodott ta’ 1.199 g/ml (skont it-tul ta’ żmien li s-sistemi ma kinux fil-linja). |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali ; professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Brarmel opaki tal-polietilene ta’ 20-100 kg Tankijiet opaki tal-polietilene ta’ 50-500 kg IBCs opaki tal-polietilene ta’ 1 000 -2 000 kg |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Il-membrani għandhom ikunu nodfa qabel ma jitpoġġew għall-ħażna barra mil-linja.
Il-prodott hu maħsub biss għall-preservazzjoni barra mil-linja ta’ membrani ta’ filtrazzjoni jew il-preservazzjoni ta’ membrani ta’ filtrazzjoni waqt it-tfigħ għal sa 6 xhur (li jista’ jinkludi membrani ta’ RO fil-produzzjoni ta’ ilma potabbli). Il-membrana ta’ filtrazzjoni maħżuna u s-soluzzjoni tal-ħżin ittrattata għandhom jiġu ċċekkjati fuq bażi regolari (kull ġimgħa). Is-soluzzjoni għandha tiġi assessjata għall-kontenut totali ta’ mikrobi. Għandu jiġi miżjud bijoċida addizzjonali jekk ikun meħtieġ. Wara ż-żewġ avvenimenti għandhom jitwettqu proċeduri xierqa ta’ tlaħliħ (min 5x) u/jew tindif fil-post (wara preservazzjoni fit-tul) qabel mas-sistema terġa’ titħaddem. Aċċerta li ma jkunx hemm bijoċida residwu preżenti fl-ilma tat-tlaħliħ finali u aċċerta li l-bijoċida jiġi newtralizzat fl-ilma skarikat.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ilbes Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali kompatibbli:
Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN ISO 374 jew ekwivalenti (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Ilbes tuta protettiva li tgħatti kollox tat-tip 6, konsistenti mal-Istandard Ewropew EN 13034 jew ekwivalenti.
L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn skont l-Istandard Ewropew EN ISO 166 jew ekwivalenti waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjonijiet oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenzi sħaħ għal dan l-att u l-Istandards Ewropej.
Tal-inqas 5 proċeduri ta’ tlaħliħ huma obbligatorji qabel mas-sistema terġa’ tibda taħdem.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 2
Uża 2.2 Sustanza kontra l-ħama (slimicide) f’sistemi tal-ilma mhux potabbli
|
Tip ta’ prodott |
PT12: Slimiċidi |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: bakterja Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: ħmejjer Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: rita bijoloġika Istadju iżvilupp: l-ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Użata għal manutenzjoni mhux fil-linja ta’ sistemi tal-ilma mhux potabbli (ilma mhux tajjeb għax-xorb) billi jipprevjeni t-tkabbir ta’ ħama fuq it-tagħmir |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sistema magħluqa Deskrizzjoni dettaljata: Alimenta l-prodott lis-sistema ta’ RO jew UF fl-istadji ta’ qabel kull tagħmir periferiku li jista’ jkun fih tkabbir bijoloġiku. Dan għandu jiġi alimentat permezz ta’ sistema ta’ alimentazzjoni magħluqa. Il-prodott għandu jiġi applikat permezz ta’ proċess awtomatizzat bl-użu ta’ pompi jew injezzjoni. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Manutenzjoni: Bakterja 50 ppm tal-prodott (1.5 mg sa/l(sustanza attiva kull litru)) Ħmira 12.5 ppm tal-prodott (0.38 mg sa/l) Rita bijoloġika 100 ppm tal-prodott (3 mg sa/l) Kurattiv: Bakterja 200 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (6 mg sa/l) Ħmira 25 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (0.75 mg sa/l) - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Alimenta fuq bażi intermittenti (slug) jew kontinwa. Frekwenza tal-manutenzjoni: darba kull jum sa darba fil-ġimgħa Kurattiv: dan jista’ jiġi implimentat meta jintilef il-kontroll jew meta d-data ta’ sorveljanza tissuġġerixxi li hija meħtieġa implimentazzjoni kurattiva, madanakollu dan m’għandux ikun aktar minn darba kull xahrejn f’każ ta’ inkrostazzjoni qawwija. |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali ; professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Brarmel opaki tal-polietilene ta’ 20-100 kg Tankijiet opaki tal-polietilene ta’ 50-500 kg IBCs opaki tal-polietilene ta’ 1 000 -2 000 kg |
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Għall-aħjar riżultati, huwa importanti li tibda b’membrani nodfa.
Programm ta’ manutenzjoni preventiva fil-linja f’sistemi ta’ ilma mhux potabbli għandu l-għan li jevita żieda fil-pressjoni differenzjali (dħul u ħruġ tas-sistema) minħabba tkabbir ta’ rita bijoloġika.
Meta l-programm bijoċidali ta’ manutenzjoni preventiva fil-linja jintuża korrettament, il-membrana ta’ RO tiflaħ iżżomm il-pressjoni differenzjali, u għalhekk iżżomm il-prestazzjoni tal-membrana maż-żmien. Il-frekwenza ta’ żieda tvarja minn kull jum għal sistemi b’inkrostazzjoni qawwija għal darba kull 7 ijiem għal sistemi b’inkrostazzjoni ħafifa. Meta l-pressjoni differenzjali fil-membrana tiżdid b’10 sa 15% minn meta tinxtegħel, għandhom jittieħdu azzjonijiet korrettivi.
Il-prodott għandu jiġi miżjud mas-sistema skont id-daqs tas-sistema, pereżempju biex tinkiseb konċentrazzjoni ta’ 100 ppm f’sistema ta’ 10 000 l irid jiġi miżjud 1 000 ml (1 l) tal-prodott.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ilbes Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali kompatibbli:
Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN ISO 374 jew ekwivalenti (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Ilbes tuta protettiva li tgħatti kollox tat-tip 6, konsistenti mal-Istandard Ewropew EN 13034 jew ekwivalenti.
L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn skont l-Istandard Ewropew EN ISO166 jew ekwivalenti waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjonijiet oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenzi sħaħ għal dan l-att u l-Istandards Ewropej.
Uża l-prodott biss f’post li huma konness ma’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ.
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 2
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Proċeduri ta’ ġestjoni tar-reżistenza għandhom jiġu adottati kif ġej:
|
— |
il-prodotti għandhom dejjem jintużaw b’konformità mar-rakkomandazzjonijietta’ fuq it-tikketta |
|
— |
l-eliminazzjoni ta’ tkabbir mikrobijali għandha dejjem tiġi pprovata billi jintużaw rati ta’ applikazzjoni li huma murija li huma effettivi |
|
— |
il-livelli ta’ effettività għandhom jiġu mmonitorjati u każijiet ta’ effettività mnaqqsa għandhom jiġu mistħarrġa għal evidenza possibbli ta’ reżistenza. |
Fl-użu kummerċjali, CMIT/MIT ta’ spiss jiġi użat f’kombinazzjoni jew f’rotazzjoni ma’ bijoċidi oħrajn f’diversi applikazzjonijiet. Ir-reżistenza mikrobikai għal CMIT/MIT tista’ tiġi evitata billi taqleb jew talterna ma’ bijoċidi jew billi tuża kombinazzjonijiet ma’ sustanzi attivi oħrajn.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Irreferi għal miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskji organizzazzjonali:
|
— |
Il-mili għandu jiġi ristrett għal proċessi awtomatiċi. |
|
— |
Ħaddiema involuti f’tiswijiet jew attivitajiet ta’ tindif għandhom ilaħalħu s-sistema qabel il-ftuħ u t-tindif. |
|
— |
Huma meħtieġa stazzjon għall-ħasil tal-għajnejn u doċċa ta’ sikurezza. |
Il-ħaddiema u l-individwi kollha li jimmaniġġjaw il-prodott għandu jkollhom aċċess għall-Iskedi tad-Data tas-Sikurezza (SDS) u l-Skedi tad-Data Teknika (TDS).
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Protezzjoni għal dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna: Ilbes tagħmir ta’ protezzjoni personali adattat.
Struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna:
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Jekk ikun hemm sintomi: Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika. Jekk ma jkunx hemm sintomi: Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek minnufih. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Baħbaħ minnufih il-ġilda b’ħafna ilma. Wara, neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Ibqa’ laħlaħ il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib. Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ minnufih bl-ilma għal ħafna minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal tal-inqas 15-il minuta. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.
Prekawzjonijiet ambjentali:
F’każ ta’ tixrid, evita li l-materjal jidħol fid-drenaġġ jew fil-korsiji tal-ilma. Tħallix material jikkontamina s-sistema tal-ilma tal-pjan. Evita li l-prodott jidħol fil-katusi. Jekk il-katusi, in-nixxigħat, il-ħamrija jew id-drenaġġ jiġu kkontaminati, avża l-awtorità lokali. Il-prodott imxerred jista’ jkun ta’ riskju għall-ekosistema akkwatika jekk jiġi rilaxxat.
Metodi u materjal għall-konteniment u t-tindif:
TIXRID ŻGĦIR: Agħmel diga u assorbi b’matejal inerti (eż., xaħx, ramel), impala s-solidi kontaminati kollha ġo barmil jew tank u mbagħad ittratta b’biżżejjed soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni biex ixxarrab is-solidi sew. Ħalli dawn ir-reċipjenti miftuħa għal 48 siegħa biex tevita li tinbena pressjoni u mbagħad issiġilla għar-rimi. It-tagħmir bir-residwi għandu jiġi dekontaminat qabel ma jsir xogħol ta’ manutenzjoni jew tiswija jew jintuża għal xi servizz ieħor. Uċuħ kontaminati għandhom jintmesħu b’soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni, stenna sakemm ir-reazzjoni tbatti u laħlaħ sew b’ilma nadif.
TIXRID KBIR: Xarrab b’materjal assorbenti inerti. Ittrasferixxi l-materjal kontaminanti ġo reċipjenti adattati għar-rimi. Uċuħ kontaminati għandhom jintmesħu b’soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni, ħallihom joqgħodu għal 30 sekonda u laħlaħ sew b’ilma nadif.
M’GĦANDEKX iżżid is-soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni mar-reċipjent tal-iskart biex tiddiżattiva l-materjal assorbit.
|
* |
SOLUZZJONI TA’ DIŻATTIVAZZJONI - ħejji soluzzjoni friska ta’ 5% bikarbonat tas-sodju u 5% ipoklorit tas-sodju fl-ilma. Uża proporzjon ta’ 10 volumi ta’ soluzzjoni ta’ dekontaminazzjoni għal kull volum stmat ta’ tixrid residwu. Ikkuntattja trasportatur approvat tal-iskart għar-rimi ta’ materjal irkuprat. Armi l-materjal f’konformità mar-regolamenti indikati fl-Iskeda tad-Data tas-Sikurezza. |
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Armi b’konformità mad-Direttivi Ewropej dwar l-iskart u l-iskart perikoluż. Il-kodiċijiet tal-iskart għandhom jiġu assenjati mill-utent, preferibbilment f’diskussjoni mal-awtoritajiet tar-rimi tal-iskart.
Il-prodott ma għandux jiġi rilaxxati fil-ħamrija, fil-mogħdijiet tal-ilma jew kwalunkwe tip ta’drenaġġ. Fejn huwa possibbli huwa ppreferut ir-riċiklaġġ mir-rimi. Jekk ir-riċklaġġ mhuwiex prattiku, iddisponi b’konformità mar-regolamenti lokali. Iddispona mill-iskart f’faċilità għar-rimi ta’ skart approvata.
Imballaġġ ikkontaminat: Armi kwalunkwe prodott mhux użat. Kontenituri vojta għandhom jittieħdu f’sit tal-immaniġġjar tal-iskart approvat. Terġax tuża kontenituri vojta.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott: 24 xahar
Żomm il-kontenitur magħluq sew. Aħżen f’kontenituri ttikkettjati kif xieraq.
6. INFORMAZZJONI OĦRA
It-titoli sħaħ tal-standards EN li għalihom qed issir referenza fit-taqsimiet “Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju speċifiċi għall-użu” huma:
EN ISO 374 - Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi
EN ISO 166 – Protezzjoni tal-għajnejn personali standard
EN 13034 - Ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi likwidi - Rekwiżiti tal-prestazzjoni għal ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi li joffri prestazzjoni protettiva limitata kontra sustanzi kimiċi likwidi (tagħmir tat-Tip 6 u Tip PB).
Id-Direttiva tal-kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).
Fir-rigward tal-“Kategorija/Kategoriji ta’ utenti” innota: “Professjonisti (li jinkludu utenti industrijali)” tfisser professjonisti mħarrġa jekk dan huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
PermaClean® PC-55 |
qasam tas-suq: UE |
|||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0032881-0003 1-2 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
||
|
C(M)IT/MIT (3:1) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 5-kloru-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (3:1) |
sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
5,2 % (w/w) |
||
1. META SPC 3 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 3 identifikatur
|
Identifikatur |
Meta SPC: META 3 |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-3 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi PT12: Slimiċidi |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 3
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 3
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
C(M)IT/MIT (3:1) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 5-kloru-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (3:1) |
sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
7,51 - 7,51 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 3
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AL Kwalunkwe likwidu ieħor |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 3
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H290: Jista’ jkun korrużiv għall-metalli. H302: Jagħmel il-ħsara jekk jinbela’. H332: Jagħmel il-ħsara jekk jinxtamm. H314: Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn. H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P391: Iġbor it-tixrid. P234: Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali. P260: Tiblax bin-nifs raxx. P270: Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li tuża dan il-prodott. P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew. P272: Ilbies tax-xogħol kontaminat ma għandux jitħalla joħroġ mill-post tax-xogħol. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P280: Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ. P301+P330+P331: JEKK JINBELA’: laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. P303+P361+P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer]. P310: Ikkuntattja immedjatament ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib. P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P333+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. P362+P364: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati u aħsilhom qabel ma terġa’ tużahom. P390: Assorbi t-tixrid sabiex tipprevjeni ħsara fil-materjal. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-kontenut fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. P501: Armi l-kontenitur fi servizz ta’ rimi ta’ skart perikoluż skont ir-regolamenti statutorji. |
4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Uża 3.1 Preservattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi (Preservattivi)
|
Tip ta’ prodott |
PT11: Preżervattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: bakterja Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: ħmejjer Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: fungi Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: alka Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: Legionella pneumophila Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: rita bijoloġika Istadju iżvilupp: l-ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa użu fuq barra Preservazzjoni ta’ fluwidi f’sistemi ta’ tkessiħ bi skariku fid-drenaġġ muniċipali fi: Sistemi ta’ tkessiħ riċirkolatorji miftuħin, sistema ta’ tkessiħ magħluqa. Preservazzjoni ta’ likwidi tal-ipproċessar fi: Pasturizzaturi u sterilizzaturi, ħassiela bl-arja u purifikaturi. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sistema magħluqa Deskrizzjoni dettaljata: Alimenta l-prodott permezz ta’ sistema ta’ alimentazzjoni magħluqa. Il-prodott għandu jiġi applikat permezz ta’ proċess awtomatizzat bl-użu ta’ pompi jew injezzjoni. Il-prodott jista’ jiġi miżjud waqt li l-proċess ikun għaddej. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Manutenzjoni: Bakterja 34-69 ppm tal-prodott (1.5-3 mg sa/l (sustanza attiva kull litru)) Legionella 17-69 ppm tal-prodott (0.75-3 mg sa/l) Rita bijoloġika 69 ppm tal-prodott (3 mg sa/l) Kurattiv: Bakterja 137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (6 mg sa/l) Legionella 33-137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (1.5-6 mg sa/l) Ħmejjer u fungi 69-137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (3-6 mg sa/l) Alka 33-137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (1.5-6 mg sa/l) - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Frekwenza tal-manutenzjoni: darba kull jum sa darba fil-ġimgħa. Kurattiv: dan jista’ jiġi implimentat meta jintilef il-kontroll jew meta d-data ta’ sorveljanza tissuġerixxi li hija meħtieġa implimentazzjoni kurattiva, madanakollu dan m’għandux ikun aktar minn darba kull xahrejn f’każ ta’ inkrostazzjoni qawwija. |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali ; professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Brarmel opaki tal-polietilene ta’ 20-100 kg Tankijiet opaki tal-polietilene ta’ 50-500 kg IBCs opaki tal-polietilene ta’ 1 000 -2 000 kg |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Dan il-prodott għandu jiġu mitmugħ permezz ta’ slug fl-ilma tat-tkessiħ li qed jiġi riċirkolat u tal-proċess b’mod li jinkisbu l-firxa u esponiment massimi għaż-żoni tas-sistema bl-ogħla livell ta’ mikroorganiżmi.
Il-prodott għandu jiġi miżjud mas-sistema skont id-daqs tas-sistema, pereżempju biex tinkiseb konċentrazzjoni ta’ 100 ppm f’sistema ta’ 10 000 l irid jiġi miżjud 1 000 ml (1 l) tal-prodott.
L-intervall bejn żewġ dożi jiddependi wkoll mill-ħin ta’ ritenzjoni idrawlika tas-sistema u t-tneħħija tas-sustanza attiva permezz ta’ degradazzjoni u blowdown. Il-prodott jista’ jakkumula fil-fluwidi ta’ preservazzjoni meta jiġi ddożat wisq ta’ spiss. Hija r-responsabbiltà tal-utent finali li jiddetermina d-doża effettiva fuq il-post (eż. permezz ta’ testijiet kimiċi jew mikrobijoloġiċi) għall-post/sistema speċifika biex jiżgura li s-sistema tkun effikaċji taħt il-kundizzjonijiet ta’ użu. Jekk meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fit-tikketta).
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ilbes Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali kompatibbli:
Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN ISO 374 jew ekwivalenti (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Ilbes tuta protettiva li tgħatti kollox tat-tip 6, konsistenti mal-Istandard Ewropew EN 13034 jew ekwivalenti.
L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn skont l-Istandard Ewropew EN ISO166 jew ekwivalenti waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjonijiet oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenzi sħaħ għal dan l-att u l-Istandards Ewropej.
L-użu huwa ristrett għal sistemi ta’ tkessiħ żgħar bi blowdown massimu ta’ 2 m3/siegħa. L-ilma mormi għandu jiġi skarikat fid-drenaġġ muniċipali jew ippurifikat f’impjant ta’ trattament tad-drenaġġ industrijali fuq is-sit li jinkludi stadju ta’ trattament bijoloġiku.
Il-prodott jista’ jiġi applikat biss meta t-torrijiet ta’ tkessiħ ikunu mgħammra b’eliminaturi tal-kurrent li jnaqqsu l-kurrent b’tal-anqas 99%.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 2
Uża 3.2 Sustanza kontra l-ħama fl-industrija tal-polpa u l-karta (Preservattivi)
|
Tip ta’ prodott |
PT12: Slimiċidi |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: bakterja Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: ħmejjer Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: fungi Istadju iżvilupp: l-ebda data Isem xjentifiku: l-ebda data Isem komuni: rita bijoloġika Istadju iżvilupp: l-ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Għall-użu bħala sustanza kontra l-ħama fl-industrija tal-polpa u l-karta, proċess ta’ tneħħija ta’ linka, tarf imxarrab / ilma abjad, polpa inkluż waqt li l-magna tintefa’. Stokk oħxon (li jinkludi l-karta mormija, t-taħlitiet tal-polpa, it-tankijiet tat-taħlit tal-magna kif ukoll il-polpa riċiklata). Ilma abjad, ilma mdardar u ilma nadif. Stokk irqiq. Kontroll ta’ Korrużjoni Indotta Mikrobijoloġikament (MIC) u inkrostazzjoni bijoloġika ta’ deaerators u filtri. Kontroll ta’ tkabbir ta’ ħama f’addittivi speċifikament maħsubin biex jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni tal-karta. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sistema magħluqa Deskrizzjoni dettaljata: Alimenta l-prodott permezz ta’ sistema ta’ alimentazzjoni magħluqa. Il-prodott għandu jiġi applikat permezz ta’ proċess awtomatizzat bl-użu ta’ pompi jew injezzjoni. Il-prodott jista’ jiġi miżjud waqt li l-proċess ikun għaddej. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Addittivi użati fil-produzzjoni tal-karta Manutenzjoni: Bakterja 17-137 ppm tal-prodott (0.75-6 mg sa/l(sustanza attiva kull litru)) Ħmira 34-137 ppm tal-prodott (1.5-6 mg sa/l) Kurattiv: Bakterja 17-137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 24 sigħat (0.75-6 mg sa/l) Ħmejjer u fungi 68-137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (3-6 mg sa/l) Sistema tal-magna tal-karti (li tinkludi tarf imxarrab, ilma abjad u polpa) Manutenzjoni: Batterji u ħmejjer 9-137 ppm tal-prodott (0.38-6 mg sa/l) Rita bijoloġika 69-137 ppm tal-prodott (3-6 mg sa/l) Kurattiv: Bakterja 69-137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 24 sigħat (3-6 mg sa/l) Ħmira 9-137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 24 sigħat (0.38-6 mg sa/l) Fungi 137 ppm tal-prodott ħin ta’ kuntatt ta’ 6 sigħat (6 mg sa/l) - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Għall-industrija tal-polpa u l-karta, alimenta fuq bażi intermittenti (slug): Addittivi użati fil-produzzjoni tal-karta u fis-sistema tal-magna tal-karti (li tinkludi tarf imxarrab, ilma abjad u polpa) Frekwenza tal-manutenzjoni: erba’ darbiet kuljum sa darba fil-ġimgħa. Kurattiv: F’każ ta’ inkrostazzjoni qawwija dan jista’ jiġi implimentat meta jintilef il-kontroll jew meta d-data ta’ sorveljanza tissuġerixxi li hi meħtieġa implimentazzjoni kurattiva, madanakollu dan m’għandux ikun aktar minn darba kull xahrejn. |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
industrijali ; professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Brarmel opaki tal-polietilene ta’ 20-100 kg Tankijiet opaki tal-polietilene ta’ 50-500 kg IBCs opaki tal-polietilene ta’ 1 000 -2 000 kg |
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Alimenta l-prodott fuq bażi intermittenti biex jipprovdi preservazzjoni ta’ għadd ta’ mikrobi aċċettabbli (livell baxx) fis-sistema tal-magna tal-karta. Alimenta l-prodott fit-tarf imxarrab b’mod intermittenti fit-tank tat-taħlit tal-magna jew tank tal-istokk simili jew fl-addittivi użati fil-produzzjoni tal-karta. Waħdu m’għandu qatt jintuża fuq ċirkuwitu qasir imma lura fis-sistema.
Id-doża tiddependi ħafna fuq il-formulazzjoni u l-użu maħsub tal-mattriċi li magħha jiġi miżjud il-preservattiv. L-intervall bejn żewġ dożi jiddependi wkoll mill-ħin ta’ ritenzjoni idrawlika tas-sistema u t-tneħħija tas-sustanza attiva permezz, pereżempju, ta’ degradazzjoni u dilwizzjoni. Il-prodott jista’ jakkumula fi fluwidi tal-ipproċessar meta ddożat ta’ spiss. Hija r-responsabbiltà tal-utent finali li jiddetermina d-doża effettiva fuq il-post (eż. permezz ta’ testijiet kimiċi jew mikrobijoloġiċi) għall-post/sistema speċifika biex jiżgura li s-sistema tkun effikaċji taħt il-kundizzjonijiet ta’ użu. Jekk meħtieġ, ikkonsulta d-detentur tal-awtorizzazzjoni (kif speċifikat fit-tikketta).
Il-prodott għandu jiġi miżjud abbażi tal-volum tas-sistema, pereżempju biex tintlaħaq konċentrazzjoni ta’ 100 ppm f’sistema ta’ 10 000 l jrid jiġi miżjud 1 000 ml (1 l) ta’ prodott.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Saħħet il-Bniedem:
Ilbes Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali (PPE) kompatibbli
Matul il-fażi tal-immaniġġar tal-prodott, ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN ISO 374 jew ekwivalenti (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Ilbes tuta protettiva li tgħatti kollox tat-tip 6, konsistenti mal-Istandard Ewropew EN 13034 jew ekwivalenti.
L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn skont l-Istandard Ewropew EN ISO 166 jew ekwivalenti waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjonijiet oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenzi sħaħ għal dan l-att u l-Istandards Ewropej.
Ambjent:
L-applikazzjoni hija permessa biss f’fabbriki tal-karta li jikkonformaw mad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/UE) fejn l-ilma mormi jiġi ppurifikat f’impjant ta’ trattament tad-drenaġġ industrijali fis-sit, li jinkludi stadju ta’ trattament bijoloġiku b’konformità mal-Aħjar Metodi Tekniċi (BAT) kif ippreżentati fid-dokument ta’ referenza tal-BAT (BREF) għall-produzzjoni ta’ polpa, karta u kartun. l-effluwent għandu jiġi dilwit tal-anqas 200 darba. Il-fabbriki tal-karta li huma eżentati mid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali għandhom jiskarikaw ġod-drenaġġ muniċipali.
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Jekk jogħġbok irreferi għad-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 3
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Proċeduri ta’ ġestjoni tar-reżistenza għandhom jiġu adottati kif ġej:
|
— |
il-prodotti għandhom dejjem jintużaw b’konformità mar-rakkomandazzjonijietta’ fuq it-tikketta |
|
— |
l-eliminazzjoni ta’ tkabbir mikrobijali għandha dejjem tiġi pprovata billi jintużaw rati ta’ applikazzjoni li huma murija li huma effettivi |
|
— |
il-livelli ta’ effettività għandhom jiġu mmonitorjati u każijiet ta’ effettività mnaqqsa għandhom jiġu mistħarrġa għal evidenza possibbli ta’ reżistenza. |
Fl-użu kummerċjali, CMIT/MIT ta’ spiss jiġi użat f’kombinazzjoni jew f’rotazzjoni ma’ bijoċidi oħrajn f’diversi applikazzjonijiet. Ir-reżistenza mikrobikai għal CMIT/MIT tista’ tiġi evitata billi taqleb jew talterna ma’ bijoċidi jew billi tuża kombinazzjonijiet ma’ sustanzi attivi oħrajn.
Il-ħaddiema u l-individwi kollha li jimmaniġġjaw il-prodott għandhom ikunu mħarrġa, ikollhom aċċess għall-Iskedi tad-Data tas-Sikurezza (SDS) u l-Iskedi tad-Data Teknika (TDS).
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Irreferi għal miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskji organizzazzjonali:
|
— |
Il-mili għandu jiġi ristrett għal proċessi awtomatiċi. |
|
— |
Ħaddiema involuti f’tiswijiet jew attivitajiet ta’ tindif għandhom ilaħalħu s-sistema qabel il-ftuħ u t-tindif. |
|
— |
Huma meħtieġa stazzjon għall-ħasil tal-għajnejn u doċċa ta’ sikurezza. |
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Irreferi għal Taqsimiet 4.1.3 u 4.2.3 “Meta speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri tal-emerġenza biex jiġi protett l-ambjent”.
Protezzjoni għal dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna: Ilbes tagħmir ta’ protezzjoni personali adattat.
Struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna:
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Jekk ikun hemm sintomi: Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika. Jekk ma jkunx hemm sintomi: Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib. Informazzjoni għall-persunal tal-Kura tas-Saħħa/it-tabib: Ibda miżuri t’appoġġ għall-ħajja jekk meħtieġ, imbagħad sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT.
JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek minnufih. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika. Informazzjoni għall-persunal tal-Kura tas-Saħħa/it-tabib: Ibda miżuri t’appoġġ għall-ħajja jekk meħtieġ, imbagħad sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Baħbaħ minnufih il-ġilda b’ħafna ilma. Wara, neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Ibqa’ laħlaħ il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib. Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ minnufih bl-ilma għal ħafna minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal tal-inqas 15-il minuta. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.
Prekawzjonijiet ambjentali:
F’każ ta’ tixrid, evita li l-materjal jidħol fid-drenaġġ jew fil-korsiji tal-ilma. Tħallix material jikkontamina s-sistema tal-ilma tal-pjan. Evita li l-prodott jidħol fil-katusi. Jekk il-katusi, in-nixxigħat, il-ħamrija jew id-drenaġġ jiġu kkontaminati, avża l-awtorità lokali. Il-prodott imxerred jista’ jkun ta’ riskju għall-ekosistema akkwatika jekk jiġi rilaxxat.
Metodi u materjal għall-konteniment u t-tindif:
TIXRID ŻGĦIR: Agħmel diga u assorbi b’matejal inerti (eż., xaħx, ramel), impala s-solidi kontaminati kollha ġo barmil jew tank u mbagħad ittratta b’biżżejjed soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni biex ixxarrab is-solidi sew. Ħalli dawn ir-reċipjenti miftuħa għal 48 siegħa biex tevita li tinbena pressjoni u mbagħad issiġilla għar-rimi. It-tagħmir bir-residwi għandu jiġi dekontaminat qabel ma jsir xogħol ta’ manutenzjoni jew tiswija jew jintuża għal xi servizz ieħor. Uċuħ kontaminati għandhom jintmesħu b’soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni, stenna sakemm ir-reazzjoni tbatti u laħlaħ sew b’ilma nadif.
TIXRID KBIR: Xarrab b’materjal assorbenti inerti. Ittrasferixxi l-materjal kontaminanti ġo reċipjenti adattati għar-rimi. Uċuħ kontaminati għandhom jintmesħu b’soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni, ħallihom joqgħodu għal 30 sekonda u laħlaħ sew b’ilma nadif.
M’GĦANDEKX iżżid is-soluzzjoni ta’ diżattivazzjoni mar-reċipjent tal-iskart biex tiddiżattiva l-materjal assorbit.
|
* |
SOLUZZJONI TA’ DIŻATTIVAZZJONI - ħejji soluzzjoni friska ta’ 5% bikarbonat tas-sodju u 5% ipoklorit tas-sodju fl-ilma. Uża proporzjon ta’ 10 volumi ta’ soluzzjoni ta’ dekontaminazzjoni għal kull volum stmat ta’ tixrid residwu. Ikkuntattja trasportatur approvat tal-iskart għar-rimi ta’ materjal irkuprat. Armi l-materjal f’konformità mar-regolamenti indikati fl-Iskeda tad-Data tas-Sikurezza. |
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Armi b’konformità mad-Direttivi Ewropej dwar l-iskart u l-iskart perikoluż. Il-kodiċijiet tal-iskart għandhom jiġu assenjati mill-utent, preferibbilment f’diskussjoni mal-awtoritajiet tar-rimi tal-iskart.
Il-prodott ma għandux jiġi rilaxxati fil-ħamrija, fil-mogħdijiet tal-ilma jew kwalunkwe tip ta’drenaġġ. Fejn huwa possibbli huwa ppreferut ir-riċiklaġġ mir-rimi. Jekk ir-riċklaġġ mhuwiex prattiku, iddisponi b’konformità mar-regolamenti lokali. Iddispona mill-iskart f’faċilità għar-rimi ta’ skart approvata.
Imballaġġ ikkontaminat: Armi kwalunkwe prodott mhux użat. Kontenituri vojta għandhom jittieħdu f’sit tal-immaniġġjar tal-iskart approvat. Terġax tuża kontenituri vojta.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żmien kemm idum tajjeb il-prodott: 24 xahar.
M’għandekx taħżen ’il fuq minn temperatura ta’ ħżin ambjentali (25 °C).
Żomm il-kontenitur magħluq sew. Aħżen f’kontenituri ttikkettjati kif xieraq.
6. INFORMAZZJONI OĦRA
It-titoli sħaħ tal-standards EN li għalihom qed issir referenza fit-taqsimiet “Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju speċifiċi għall-użu” huma:
EN ISO 374 - Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi
EN ISO 166 – Protezzjoni tal-għajnejn personali standard
EN 13034 - Ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi likwidi - Rekwiżiti tal-prestazzjoni għal ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi li joffri prestazzjoni protettiva limitata kontra sustanzi kimiċi likwidi (tagħmir tat-Tip 6 u Tip PB).
Id-Direttiva tal-kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).
Fir-rigward tal-“Kategorija/Kategoriji ta’ utenti” innota: “Professjonisti (li jinkludu utenti industrijali)” tfisser professjonisti mħarrġa jekk dan huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 3
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
NALCO® BACTOLYSE 74824 |
qasam tas-suq: UE |
|||||
|
NALCO® 74824 |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0032881-0004 1-3 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
||
|
C(M)IT/MIT (3:1) |
Massa ta’ reazzjoni ta’ 5-kloru-2-metil-2H-isotijażol-3-on u 2-metil-2H-isotijażol-3-on (3:1) |
sustanza attiva |
55965-84-9 |
|
7,51 % (w/w) |
||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/263/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)