<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-29/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0029</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:619">EU:C:2018:619</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet ta’ Saugmandsgaard Øe-Kawża C-29/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Novartis Farma</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saugmandsgaard Øe</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑29/17</HT></P><P>Novartis Farma SpA</P><P>vs</P><P>Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA),</P><P>Roche Italia SpA,</P><P>Consiglio Superiore di Sanità</P><P>fil-preżenza ta’</P><P>Ministero della Salute,</P><P>Regione Veneto,</P><P>Società Oftalmologica Italiana (SOI)</P><P>Associazione Medici Oculisti Italiani (AMOI),</P><P>Regione Emilia-Romagna</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Punt 1 tal-Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà ta’ deroga</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni għal manifattura</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 40(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 726/2004</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq maħruġa wara proċedura ċentralizzata</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Teħid ta’ responsabbiltà mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa ta’ prodott mediċinali użat għal trattament mhux kopert bl-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tiegħu (off-label)</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tat-talba għal deċiżjoni preliminari tiegħu, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l‑interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 5(1) u tal‑Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il‑kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill‑bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, tal-Artikoli 3, 25 u 26 moqrija flimkien mal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 726/2004<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1027/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 316, p. 38</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, kif ukoll tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 89/105/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE> dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il‑kumpannija Novartis Farma SpA u l-Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) (l-Aġenzija Taljana tal-Mediċini) dwar il-legalità ta’ deċiżjonijiet li permezz tagħhom din tal-aħħar inkludiet, fil-lista ta’ prodotti mediċinali li jaqgħu taħt ir‑responsabbiltà tas-Servizio Sanitario Nazionale (SSN) (is-Servizz Nazzjonali tas‑Saħħa, l-Italja), prodott mediċinali użat għal indikazzjonijiet terapewtiċi li ma huwiex inkluż fl‑awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tiegħu (iktar ’il quddiem l‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dan il-prodott mediċinali, l-Avastin, ġie awtorizzat għat‑trattament ta’ ċerti tipi ta’ kanċer. Huwa użat ukoll għat-trattament ta’ marda debilitanti tar-retina, id-deġenerazzjoni makulari relatata mal‑età (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>AMD<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), minkejja li l-ATS ta’ dan il‑prodott mediċinali ma ssemmix din l-indikazzjoni terapewtika. Dan l-użu, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>off-label<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jippreżumi li l-Avastin jiġi estratt mill‑kunjett oriġinali tiegħu u ppakkjat mill-ġdid f’doża, fi preżentazzjoni u b’metodu ta’ amministrazzjoni li ma humiex koperti bl-ATS tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Wara l-kawżi li wasslu għas-sentenzi Novartis Pharma<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u F. Hoffmann-La Roche <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE> (<NO.CASE>C‑179/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:25">EU:C:2018:25</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, din il-kawża tressaq quddiem il-Qorti tal‑Ġustizzja, għat-tielet darba, domandi li joriġinaw minn dan l-użu off-label tal-Avastin. Id-domandi magħmula mill-qorti tar‑rinviju jirrigwardaw, essenzjalment, il-kompatibbiltà tat-teħid ta’ responsabbiltà mis-SSN ta’ dan il-prodott mediċinali użat off-label mar-rekwiżiti mitluba mil-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni Ewropea li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali. Barra minn hekk, din il-qorti tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u dawk tal-Unjoni fil-qasam tal-farmakoviġilanza għall-prodotti mediċinali suġġetti għall‑proċedura ċentralizzata ta’ awtorizzazzjoni prevista bir-Regolament Nru 726/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/83</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2001/83, din id-direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>għandha tgħodd għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem maħsuba li jitqiegħdu fis-suq fl-Istati Membri inkella jkunu preparati industrijalment jew manifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Kull prodott mediċinali ippreparat ġo spiżerija skond riċetta medika għal pazjent individwali (magħrufa l-aktar bħala l-formola maġistrali);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[s]tat Membru jista’, skond il-leġislazzjoni fis-seħħ u biex iwettaq ħtiġiet speċjali, jeskludi mid-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva prodotti mediċinali provduti bi tweġiba għal ordni bona fede mhux mitluba, formulati skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ professjonista awtorizzat tal‑kura tas-saħħa u għall-użu minn pazjent individwali taħt ir‑responsabbiltà diretta personali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-ebda prodott mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru jekk ma tkunx inħarġet [ATS] mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond din id-Direttiva jew jekk ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni skond ir-Regolament [Nru 726/2004] […].</ALINEA><ALINEA>Meta prodott mediċinali jkun ingħata awtorizzazzjoni inizjali għall‑marketing [għat-tqegħid fis-suq] skond l-ewwel sub-paragrafu, kull saħħiet [doża] addizzjonali, formoli farmaċewtiċi, rotot amministrattivi, prezentazzjonijiet, kif ukoll varjazzjonijiet u estensjonijiet għandhom ukoll jingħataw awtorizzazzjoni skond l-ewwel sub-paragrafu jew jiġu inklużi fl-awtorizzazzjoni inizjali għall-marketing. Dawn l-[ATS kollha] għandhom jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess awtorizzazzjoni globali […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/83 jindika l-informazzjoni u d‑dokumenti li għandhom jakkumpanjaw it-talba għal ATS. B’mod partikolari, l-ittra (j) ta’ din id-dispożizzjoni tindika fil-qosor il‑karatteristiċi tal-prodott. Skont l-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, dan id-dokument jindika b’mod partikolari d-doża u l-forma farmaċewtika, il-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-komponenti kollha, l‑indikazzjonijiet terapewtiċi, il-posoloġija u l-metodu ta’ amministrazzjoni tal-prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tal-imsemmija direttiva jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="040.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-manifattura ta’ prodotti mediċinali fit-territorju tagħhom tkun suġġetta għal pussess ta’ awtorizzazzjoni […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="040.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorizzazzjoni msemmija f’paragrafu 1 għandha tkun meħtieġa kemm għal manifattura totali kif ukoll parzjali, u għall-proċessi diversi ta’ qsim, imballaġġ jew preżentazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, awtorizzazzjoni bħal din m’għandhiex tkun meħtieġa għall‑preparazzjoni, qsim, tibdil fl-imballaġġ jew preżentazzjoni meta dawn il-proċessi huma mwettqa biss għall-provvista bl-imnut, minn spiżjara fi spiżeriji jew minn persuni legalment awtorizzati fl-Istati Membri biex iwettqu dawn il-proċessi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 89/105</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 89/105 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[m]’għandu jkun hemm xejn f’din id-Direttiva li jħalli l-bejgħ ta’ speċjalitajiet mediċinali li ma jkollhiex il-permess imsemmi fl-Artikolu [6(1)] tad‑Direttiva [2001/83]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 726/2004</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 726/2004 jistabbilixxi proċedura ċentralizzata għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti mediċinali fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[l]-ebda prodott mediċinali li jidher fl-Anness ma jista jitqiegħed fis-suq [fl-Unjoni] sakemm ma tingħatax [ATS] mill-[Unjoni] skond [l-imsemmi] Regolament<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Il-punt 1 ta’ dan l-anness jinkludi l-prodotti mediċinali żviluppati permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1) tal-istess regolament, l-ATS mogħtija skont il-proċedura ċentralizzata hija valida fl-Unjoni kollha u tagħti f’kull Stat Membru l-istess drittijiet u obbligi bħal ATS mogħtija minn dan l‑Istat Membru skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 726/2004 jipprevedi li d‑detentur ta’ ATS mogħtija fi tmiem il-proċedura ċentralizzata għandu immedjatament jipprovdi lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), lill‑Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri kull informazzjoni ġdida li tista’ twassal għal bidla fl-informazzjoni jew fid-dokumenti msemmija, b’mod partikolari, fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/83. L-informazzjoni li għandha tingħata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>għandha tinkludi kemm ir-riżultati pożittivi kif ukoll negattivi tal-provi kliniċi jew studji oħra fl-indikazzjonijiet u l‑popolazzjonijiet kollha, kemm jekk ġew inklużi jew le fl‑[ATS], kif ukoll data dwar l-użu tal‑prodott mediċinali fejn tali użu jkun barra mit-termini tal‑[ATS]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikoli 21 sa 29 ta’ dan ir-regolament jipprevedu sistema ta’ farmakoviġilanza għall-mediċini awtorizzati fil‑livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Din is-sistema tinkludi, skont l-Artikolu 24(1) tal-imsemmi regolament, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni mill-EMA, f’kollaborazzjoni mal‑Istati Membri u l-Kummissjoni, ta’ bażi ta’ data għall-ġbir ta’ informazzjoni li tirrigwarda b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>reazzjonijiet ħżiena suspettati fil-bnedmin ġejjin mill-użu tal-prodott mediċinali fi ħdan it‑termini tal-[ATS], kif ukoll minn użu barra t-termini tal-[ATS]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25 tal-istess regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[l-EMA] għandha, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa forom standard strutturati fuq l-Internet għar-rappurtar ta’ reazzjonijiet ħżiena suspettati mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 726/2004, jipprevedi li l-EMA għandha, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, toħloq u tieħu ħsieb iżżomm web-portal Ewropew dwar il-prodotti mediċinali sabiex tingħata informazzjoni dwar prodotti mediċinali awtorizzati fl‑Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(4) tad-decreto-legge n. 53<DATE ISO="19961006">6</DATE>, <DATE ISO="19961021">21 ottobre 1996</DATE>, convertito senza modificazioni dalla legge n. 64<DATE ISO="19961208">8</DATE>, <DATE ISO="19961223">23 dicembre 1996</DATE> (id-Digriet Liġi Nru 536, tal-<DATE ISO="19961021">21 ta’ Ottubru 1996</DATE>, li mingħajr emendi sar il-Liġi Nru 648, tat-<DATE ISO="19961223">23 ta’ Diċembru 1996</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Liġi Nru 648/96<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Meta ma teżistix terapija alternattiva valida, il-prodotti mediċinali innovativi li l-bejgħ tagħhom huwa awtorizzat fi Stati oħra iżda mhux fit‑territorju nazzjonali, il-prodotti mediċinali li għadhom mhux awtorizzati iżda suġġetti għal testijiet kliniċi u l-prodotti mediċinali intiżi biex jintużaw għal indikazzjoni terapewtika differenti minn dik awtorizzata, li huma inklużi f’lista stabbilita u aġġornata perijodikament mill-Commission unica del farmaco [il-Kummissjoni Unika tal-Mediċini] [iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>lista 648<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>], skont il-proċeduri u l-kriterji adottati minn din tal-aħħar, jistgħu jiġu preskritti u koperti kompletament mis-[SSN] b’effett mill-<DATE ISO="19970101">1 ta’ Jannar 1997</DATE> […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2) tad-decreto-legge n. 3<DATE ISO="20140306">6</DATE>, <DATE ISO="20140320">20 marzo 2014</DATE>, convertito con modificazioni dalla legge n. 7<DATE ISO="20140509">9</DATE>, <DATE ISO="20140516">16 maggio 2014</DATE> (id-Digriet Liġi Nru 36, tal‑<DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>, li b’emendi saret il-Liġi Nru 79 tas-<DATE ISO="20140516">16 ta’ Mejju 2014</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Liġi Nru 79/2014<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 648/96 ġie ssuplimentat b’paragrafu 4a, li jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Anke meta teżisti terapija alternattiva fil-kuntest tal-prodotti mediċinali awtorizzati wara evalwazzjoni mill-[AIFA], il-prodotti mediċinali li jistgħu jintużaw għal indikazzjoni terapewtika differenti minn dik li ġiet awtorizzata huma inklużi fil-[lista 648], u rimborsabbli mis-[SSN], bil‑kundizzjoni li din l-indikazzjoni tkun magħrufa u konformi mar‑riċerki li saru fil-kuntest tal-komunità mediko-xjentifika nazzjonali u internazzjonali, skont il-parametri ta’ finanzi u ta’ adegwatezza. F’dan il‑każ, l-AIFA timplimenta l-istrumenti ta’ sorveljanza addattati sabiex tiżgura s-sigurtà tal-pazjenti u l-aġġustamenti neċessarji f’qasir żmien.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Kumpannija tal-grupp Novartis hija proprjetarja ta’ ATS għal prodott mediċinali bijoteknoloġiku, imsejjaħ Lucentis, li l-ingredjent attiv tiegħu huwa r‑ranibizumab. Din l-ATS ingħatat wara proċedura ċentralizzata prevista bir-Regolament Nru 726/2004. Hija tkopri t-trattament tal‑AMD. Il-Lucentis huwa disponibbli f’kunjett li fih 0.23 ml ta’ mediċina likwida. Kull kunjett jintuża għal injezzjoni waħda intravitreali ta’ 0.05 ml. Il-Lucentis jitħallas mis-SSN.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Kumpannija Roche għandha ATS għal prodott mediċinali ieħor bijoteknoloġiku, l-Avastin, li l-ingredjent attiv tiegħu huwa l‑bevacizumab. Dan il-prodott mediċinali għandu ċerti differenzi ta’ tip strutturali u farmaloġiku meta mqabbla mal-Lucentis. L-Avastin ġie awtorizzat, fil-kuntest ta’ proċedura ċentralizzata wkoll, għal indikazzjonijiet terapewtiċi fl-onkoloġija. Huwa disponibbli f’kunjett żgħir ta’ 4 ml ta’ sustanza mediċinali li titnaqqaslu l-konċentrazzjoni tiegħu għall-amministrazzjoni intravitreali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ċerti tobba jippreskrivu l-Avastin għat‑trattament tal-AMD, minkejja li l-ATS tiegħu ma tkoprix din l‑indikazzjoni terapewtika. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-dritt Taljan jawtorizza l-użu off-label ta’ prodott mediċinali meta t‑tabib, fl-eżerċizzju tal-libertà terapewtika tal-professjoni tiegħu, jikkunsidrah utili għas-saħħa tal-pazjent tiegħu. L-Avastin imbagħad jerġa’ jiġi ppakkjat mill-ġdid bl-estrazzjoni tas-sustanza medika mill‑kunjett oriġinali u mqassam f’diversi siringi għal użu ta’ darba b’kontenut ta’ 0.1 ml il-waħda, sabiex jittieħed intravitreali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 1(4a) tal-Liġi Nru 648/96 u skont opinjoni tal‑Consiglio Superiore di Sanità (il-Kunsill Superjuri tas-Saħħa, l-Italja) tal-<DATE ISO="20140415">15 ta’ April 2014</DATE>, l-AIFA adottat id-Deċiżjoni Nru 622 tal‑<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Deċiżjoni Nru 622/2014<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) dwar l-inklużjoni tal-prodott mediċinali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>bevacizumab–Avastin<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fil-lista 648 (li telenka l-prodotti mediċinali koperti mis-SSN<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>) għat-trattament tal‑AMD<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Minkejja li l-qorti tar-rinviju ma tatx dawn l-ispjegazzjonijiet fattwali f’din il-kawża, jiena nikkunsidra utili li nfakkar li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja esponiet fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>F. Hoffmann-La Roche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:25">EU:C:2018:25</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-użu off-label tal-Avastin kien beda qabel it-tqegħid fis‑suq ta’ prodotti mediċinali awtorizzati għat-trattament tal-AMD. Fl-2007, l-AIFA inkludiet l-Avastin fil-lista 648 għat-trattament tal-AMD skont l-Artikolu 1(4) tal‑Liġi Nru 648/96, peress li dakinhar ma kienet teżisti l-ebda terapija alternattiva awtorizzata għal din l-indikazzjoni terapewtika. Wara l-inklużjoni f’din il-lista, fl‑2008, tal-Lucentis u ta’ prodotti mediċinalii oħra awtorizzati għal dan l-għan, l‑AIFA eskludiet ir-rimbors tal-Avastin għat-trattament tal-AMD. L-introduzzjoni tal-paragrafu 4a tal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 648/96 ippermetta lill-AIFA li terġa’ tinkludi l-Avastin fil-lista 648 għat-trattament tal-AMD minkejja l-preżenza fis-suq ta’ prodotti mediċinali li l-ATS tagħhom tkopri din l-indikazzjoni terapewtika.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li l-għażla tal-leġiżlatur Taljan li jawtorizza tali inklużjoni kienet probabbilment dovuta għal raġunijiet purament ekonomiċi. Skont l-indikazzjonijiet mogħtija mill‑Kunsill Superjuri tas-Saħħa fl-opinjoni msemmija iktar ’il fuq, kunjett ta’ Lucentis jiswa lis-SSN EUR 902, filwaqt li d-doża ta’ Avastin meħtieġa għal injezzjoni intravitreali tiswa EUR 82. F’din l-opinjoni, din l-istituzzjoni kkunsidrat li l-preparazzjoni tal-bevacizumab għal użu intravitreali tikkonsisti fi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>preparazzjoni galenika maġistrali sterili<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 622/2014 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-provvista tal-prodott mediċinali bevacizumab-Avastin għandha ssir skont il-kundizzjonijiet segwenti, intiżi sabiex jipproteġu l-pazjent waqt l-użu ta’ dan il-prodott mediċinali għal indikazzjoni li ma hijiex inkluża fir-reġistrazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>biex tiġi żgurata l-isterilità, l-ippakkjar f’dożi ta’ użu uniku tal-prodott mediċinali bevacizumab għall-użu intravitreali għandu jsir esklużivament minn spiżeriji tal-isptarijiet li jissodisfaw ir‑rekwiżiti mitluba, bl-osservanza ta’ regoli li jiżguraw preparazzjoni tajba;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-amministrazzjoni tal-bevacizumab għall-użu intravitreali hija limitata għas-servizzi tal-oftalmoloġija speċjalizzati ferm fi ħdan l‑isptarijiet pubbliċi magħżula mir-reġjuni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-amministrazzjoni tal-prodott mediċinali tista’ ssir biss wara li l‑pazjent ikun iffirma dikjarazzjoni ta’ kunsens spjegata lilu li tirrigwarda r-raġunijiet xjentifiċi, akkumpanjati minn informazzjoni adegwata relatata mal-eżistenza ta’ terapiji alternattivi approvati, iżda li l-ispiża tagħhom għas-SSN hija ogħla;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-implimentazzjoni ta’ reġistru ta’ sorveljanza li miegħu tiġi annessa l-formula ta’ dikjarazzjoni ta’ effetti mhux mixtieqa.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[i]l-preskrizzjoni tal‑prodott mediċinali, kopert mis-SSN, mis-servizzi utenti għandha ssir għal kull pazjent billi timtela’ l-formula ta’ preskrizzjoni bil-kompjuter […]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[l-]AIFA tirriżerva li tadotta kwalunkwe evalwazzjoni oħra u li tieħu kwalunkwe deċiżjoni iktar addatta sabiex tiżgura s-sigurtà tal-pazjenti […] wara l-analiżi ta’ data miġbura permezz tas-sorveljanza u bi kwalunke prova oħra xjentifika disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Nru 622/2014 ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 79 tat-<DATE ISO="20150130">30 ta’ Jannar 2015</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Deċiżjoni Nru 79/2015<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u, flimkien mad-Deċiżjoni Nru 622/2014, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>deċiżjonijiet tal-AIFA<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) f’dak li jirrigwarda min huma l-persuni li jistgħu jamministraw il‑prodott mediċinali inkwistjoni. Dawn issa ma għadhomx jinkludu biss is-servizzi ta’ oftalmoloġija speċjalizzati ferm fi ħdan sptarijiet pubbliċi magħżula mir-reġjuni, iżda ċ-ċentri tas-saħħa speċjalizzati ferm kollha hekk magħżula<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, id-Deċiżjoni Nru 79/2015, min-naħa tagħha, ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 799 tat-<DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Deċiżjoni Nru 799/2017<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) f’dak li jirrigwarda n-nomina ta’ persuni li jistgħu jippakkjaw mill-ġdid l-Avastin f’dożi għal użu ta’ darba. Dan il-proċess issa jista’ jsir mhux biss mill-ispiżeriji tal-isptarijiet, iżda mill-ispiżeriji kollha – inklużi spiżeriji miftuħa għall-pubbliku– li jissodisfaw ir-rekwiżiti mitluba. L-AIFA adottat din id-deċiżjoni wara sentenza tad‑<DATE ISO="20170109">9 ta’ Jannar 2017</DATE>, inkluża fil-proċess ta’ din il-kawża, li permezz tagħha l-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) annulla l-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni Nru 622/2014 inkwantu kienet tirriżerva din il-possibbiltà għall-ispiżeriji tal-isptarijiet biss. Roche Italia SpA kienet ippreżentat oppożizzjon ta’ terzi f’din is-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tindika li l-ispiżeriji jipproċedu bil-preparazzjoni tal-Avastin għall-użu okulari tiegħu abbażi ta’ preskrizzjonijiet mediċinali individwali. Madankollu, dawn il‑preskrizzjonijiet ma humiex ippersonalizzati skont il-bżonnijiet tal‑individwi differenti, b’tali mod li l-preparazzjoni inkwistjoni hija magħmula bl-istess mod għal kull pazjent, f’lottijiet u ripetutament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Dawn il-fatti jirriżultaw mill-kliem tat-tieni domanda preliminari.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Novartis Farma kkontestat il-legalità tad-deċiżjonijiet tal-AIFA quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Latium, l-Italja). Skont Novartis Farma, dawn id-deċiżjonijiet huma tali li jiffavorixxu lil kompetitur tagħha, Roche Italia, billi jnaqqsu b’mod sostanzjali s-sehem tas-suq ta’ Lucentis għat-trattament tal-AMD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Dan ir-rikors ġie miċħud b’sentenza tat-<DATE ISO="20160113">13 ta’ Jannar 2016</DATE>. Novartis Farma appellat minn din is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-appell tagħha, Novartis Farma tinvoka l-illegalità <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>indiretta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tad-deċiżjonijiet tal-AIFA minħabba li l-Artikolu 3(2) tal-Liġi Nru 79/2014, li permezz tiegħu ġie introdott l-Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96 li jikkostitwixxi l-bażi legali ta’ dawn id-deċiżjonijiet, jikser id-dritt tal-Unjoni inkwantu jawtorizza l-inklużjoni fil-lista 648 ta’ prodotti mediċinali użati għal indikazzjonijiet terapewtiċi mhux koperti bl-ATS tagħhom anke fil-preżenza ta’ prodotti mediċinali awtorizzati għal dawn l-indikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Novartis Farma ssostni li din id-dispożizzjoni tikser l‑Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83, li bis-saħħa tiegħu kull bidla, b’mod partikolari, tal-indikazzjonijiet terapewtiċi, tad-doża, tal-metodu ta’ amministrazzjoni jew tal-preżentazzjoni ta’ prodott mediċinali għandha tkun is-suġġett ta’ ATS ġdida jew ta’ emenda tal-ATS eżistenti. L-unika deroga għal din id-dispożizzjoni huwa l-punt 1 tal-Artikolu 3 jew l‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83 – li ma japplikawx f’dan il-każ. Il‑ksur tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva jġib miegħu wkoll il-ksur tal‑Artikolu 1(3) tad-Direttiva 89/105.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Novartis Farma tallega li l-Artikolu 3(2) tal-Liġi Nru 79/2014, li jagħti lill-AIFA kompetenza li tissorvelja l-użu ta’ prodotti mediċinali off-label, li tidħol fuq il-kompetenzi li r-Regolament Nru 726/2004 jagħti lill-EMA fil-qasam ta’ awtorizzazzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti mediċinali u tal-farmaviġilanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fid-difiża tagħha, l-AIFA ssostni, b’mod partikolari, li l‑preparazzjoni tal-Avastin għall-użu okulari tiegħu ma hijiex ta’ natura industrijali. Għalhekk, il-prodott mediċinali li jirriżulta minnha ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83 u jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>formula maġistrali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> skont il-punt 1 tal-Artikolu 3. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal‑Italja tista’ tuża l-possibbiltà ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ din id‑direttiva permezz tal-Artikolu 5(1) tagħha. Fi kwalunkwe każ, l-AIFA tikkunsidra, l-ewwel nett, li l-kawża prinċipali ma tirrigwardax it-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali, iżda sempliċement l-użu tiegħu off-label. It-tieni nett, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) tal-imsemmija direttiva jippermetti li l-proċessi inkwistjoni jsiru mingħajr awtorizzazzjoni għal manifattura. Barra minn hekk, il-kompetenza ta’ sorveljanza mogħtija lill-AIFA bl-ebda mod ma ttellef il-kompetenzi tal‑EMA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel is-segwenti domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [2001/83] u b’mod partikolari l‑Artikoli 5 u 6, moqrija flimkien mal-premessa 2 ta[’ din id‑]direttiva, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali […] li, sabiex ikun limitat l-infiq tinkoraġixxi, permezz tal-inklużjoni fil‑lista ta’ prodotti mediċinali rimborsabbli mis-[SSN], l-użu ta’ prodott mediċinali barra mill-indikazzjoni terapewtika awtorizzata għall-pazjenti kollha, irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet terapewtiċi tal-pazjent individwali u minkejja l‑eżistenza u d-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti mediċinali awtorizzati għall-indikazzjoni terapewtika speċifika?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/83 […] japplika fil-każ fejn il-preparazzjoni tal-prodott farmaċewtiku, għalkemm isseħħ fi spiżerija abbażi ta’ riċetta medika ddestinata għal pazjent individwali, madankollu isseħ f’serje, b’mod identiku u ripetut, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-bżonnijiet speċifiċi tal-pazjent inkwistjoni, u fejn il-prodott jingħata lill-istruttura ta’ sptar u mhux lill-pazjent (meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prodott mediċinali jaqa’ fil-klassi H-OSP [prodotti mediċinali użati biss fi sptar]) u fejn il-prodott jintuża anki fi struttura differenti minn dik li fiha jsir l-ippakkjar?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament [Nru 726/2004], u b’mod partikolari l-Artikoli 3, 25 u 26, kif ukoll l-anness tiegħu, li jattribwixxu lill-[EMEA] il-kompetenza esklużiva sabiex tevalwa l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali li għandhom bħala indikazzjoni terapewtika t-trattament ta’ patoloġiji onkoloġiċi, kemm fil-kuntest tal-proċedura għal ħruġ tal‑[ATS] (proċedura obbligatorja ċċentralizzata), kif ukoll għall-finijiet tal‑monitoraġġ u tal-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ farmakoviġilanza wara t-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tirriżerva lill‑awtorità regolatorja nazzjonali (l-AIFA) il-kompetenza li tieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam ta’ sigurtà ta’ prodotti mediċinali relatati mal-użu tagħhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>off-label<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, u li l-approvazzjoni tagħhom taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni […], abbażi ta’ evalwazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi magħmula mill-[EMA]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [89/105] u b’mod partikolari l‑Artikolu 1(3) tagħha, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tippermetti lill-Istat Membru, fil-kuntest ta’ deċiżjonijiet li jieħu fil-qasam ta’ rimbors tal-ispejjeż tas-saħħa sostnuti minn persuna assigurata, li jipprevedu r-rimbors ta’ prodott mediċinali użat barra mill-indikazzjonijiet terapewtiċi speċifikati fl-[ATS] maħruġa mill-Kummissjoni […], jew minn aġenzija Ewropea speċjalizzata, fi tmiem ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni ċċentralizzata, mingħajr ma l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva [2001/83] jiġu ssodisfatti?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Novartis Farma, Roche Italia, is-Società Oftalmologica Italiana (SOI) – Associazione Medici Oculisti Italiani (AMOI) (SOI-AMOI), ir‑Regione Emilia-Romagna (ir-Reġjun tal-Emilia Romagna, l-Italja), ir‑Regione Veneto (ir-Reġjun tal-Veneto, l-Italja), l-Irlanda, il-Gvernijiet Taljan, Elleniku, Pollakk, Finlandiż u dak Svediż u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ħadu sehem fis-seduta tas-<DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE> Novartis Farma, Roche Italia, SOI-AMOI, ir-reġjuni tal-Emilia Romagna u tal-Veneto, il‑Gvernijiet Taljan u dak Pollakk u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tiegħu, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) jistaqsi, essenzjalment, jekk il-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal‑Unjoni topponix dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali, bħall‑Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96, li tippermetti r-rimbors tal‑prodotti mediċinali użati għal indikazzjonijiet terapewtiċi off-label sempliċement biex tillimita l-infiq tas-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, minkejja li jeżistu mediċini li l-ATS tagħhom tkopri dawn l-indikazzjonijiet. Skont din il-qorti, din il-possibbiltà ta’ rimbors għandha l-effett li tinkoraġġixxi l-użu off-label irrispettivament mir-rekwiżiti terapewtiċi ta’ kull pazjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-ewwel aspett ta’ din id-domanda jirrigwarda l-konformità ta’ tali dispożizzjoni mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83. Dan jissuġġetta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali fl-Istati Membri għall-ksib minn qabel ta’ ATS. Meta prodott mediċinali jkun kiseb l‑ewwel ATS, kull żieda jew bidla relatata b’mod partikolari mad-doża, il-metodu ta’ amministrazzjoni, il-preżentazzjoni u l-indikazzjonijiet terapewtiċi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ATS ġdida jew jiżdiedu mal‑ATS oriġinali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Għalkemm l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 ma jsemmihiex espressament, kull emenda relatata mal-indikazzjonijiet terapewtiċi għandha tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>emenda<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> skont din id-dispożizzjoni, kif jidher mill-punt 2(a) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008, tal‑<DATE ISO="20081124">24 ta’ Novembru 2008</DATE>, li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal‑[ATS] tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 334, p. 7</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>F’każ ta’ inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni bħall-Artikolu 4(1)a tal-Liġi Nru 648/96 mar-rekwiżiti mitluba mill-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 2001/83, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, permezz tat-tieni parti tal-ewwel domanda tagħha, jekk l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva jawtorizzax Stat Membru sabiex jidderoga minn tali rekwiżiti f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Din il-qorti tikkunsidra li n-nuqqas ta’ konformità tal‑Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96 mad-Direttiva 2001/83 iwassal għall-illegalità ta’ deċiżjonijiet li bihom l-AIFA, skont din id‑dispożizzjoni, daħlet l-Avastin fil-lista ta’ prodotti mediċinali rimborsabbli għat-trattament tal-AMD filwaqt li spjegat il‑kundizzjonijiet li fihom dan il-prodott mediċinali jista’ jiġi ppakkjat mill-ġdid u amministrat lill-pazjenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont l‑Artikolu 168(7) TFUE, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-servizz tas‑saħħa, bħall-allokazzjoni tar-riżorsi li ngħatawlhom, jaqgħu fil-qasam tal-kompetenza tal-Istati Membri. Din il-kompetenza nazzjonali hija kkonfermata fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2001/83 u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 726/2004, li jipprevedu li d‑dispożizzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti ma għandhomx jaffettwaw il-kompetenzi nazzjonali fejn għandu x’jaqsam it-tfassil ta’ prezzijiet għall-prodotti mediċinali jew l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet ta’ saħħa u dawk ekonomiċi u soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti wkoll sabiex jirregolaw, minbarra r-rimbors tal-mediċini fl‑interess tal-ekwilibriju finanzjarju tas-sistemi tal-assigurazzjoni tas‑saħħa tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/07 sa C‑356/07, C‑365/07 sa C‑367/07 u C‑400/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:217">EU:C:2009:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Association of the British Pharmaceutical Industry</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑62/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:219">EU:C:2010:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:181">EU:C:2012:181</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-kundizzjonijiet li fihom il-prodotti mediċinali jistgħu jiġu preskritti mit-tobba<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>F. Hoffmann-La Roche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:25">EU:C:2018:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑452/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:373">EU:T:2015:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk huma biss l-Istati Membri li għandhom, jekk ikun il-każ, joħolqu l-qafas għall-eżerċizzju tal-libertà terapewtika tat-tobba<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Fil-punt 56 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>F. Hoffmann-La Roche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:25">EU:C:2018:25</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tabib jista’ jippreskrivi prodott mediċinali off-label fil-każijiet koperti bil-possibbiltà ta’ deroga mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83 prevista fl-Artikolu 5(1) tagħha. Dan il-punt ma għandux jinftiehem bħala li jillimita l-libertà terapewtika tat-tabib li jippreskrivi tali prodott mediċinali biss għal dawn il-każijiet eċċezzjonali. Huwa semplicement ifisser, fl‑opinjoni tiegħi, li anki meta prodott mediċinali jitpoġġa fis‑suq jew jiġi mmanifatturat mingħajr ma josserva r-rekwiżiti mitluba mid-Direttiva 2001/83, Stat Membru jista’, f’ċerti ċirkustanzi speċifiċi, ineħħi dan il-prodott mediċinali mill‑applikazzjoni ta’ din id-direttiva sabiex jippermetti lit-tabib jeżerċita l-libertà terapewtika tiegħu fl-interess tal-pazjenti tiegħu (ara l-punti 90 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dawn il‑konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod ripetut li l‑Istati Membri għandhom jeżerċitaw dawn il-kompetenzi filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/07 sa C‑356/07, C‑365/07 sa C‑367/07 u C‑400/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:217">EU:C:2009:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:181">EU:C:2012:181</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fl-opinjoni tiegħi, minn dan jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lis-sistemi ta’ assigurazzjoni tas-saħħa tal-Istati Membri milli jkopru prodott mediċinali mhux użat skont l-ATS, bil-kundizzjoni madankollu li dan il-prodott mediċinali jkun, b’mod partikolari, imqiegħed fis-suq u mmanifatturat skont il-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni. Ħlief biex ineħħi kull effett utili ta’ din il‑leġiżlazzjoni, Stat Membru ma għandux jissanzjona b’mod validu, permezz tal-politika tiegħu ta’ rimbors ta’ prodotti mediċinali, it-tqegħid fis-suq jew il-manifattura ta’ prodotti mediċinali li ma għandhomx l‑awtorizzazzjonijiet mitluba skont l-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Anke l-Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96, inkwantu jagħti lill‑AIFA l-fakultà li jipprevedi li s-SSN tkopri mediċini mhux użati skont l-ATS anke fil-preżenza ta’ prodotti mediċinali alternattivi awtorizzati, ma jkunx bħala tali kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni – irrispettivament minn jekk tali teħid ta’ responsabbiltà jkunx meqjus bħala inkoraġġiment għall-preskrizzjoni ta’ dawn il-prodotti mediċinali jew le<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ir-Reġjun tal-Emilia Romagna, ir-Reġjun tal-Veneto, is-SOI-AMOI u l-Gvernijiet Taljan u dak Pollakk jikkontestaw il-premessa, li toħroġ mill-formulazzjoni tal‑ewwel domanda preliminari, li l-Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96 jistieden lit‑tobba jippreskrivu prodotti mediċinali off-label. Skont dawn tal-aħħar, din id-dispożizzjoni sempliċement tagħmel effettiva l-libertà terapewtika tat-tobba. F’dan ir-rigward, nosserva li, fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat fis‑sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Association of the British Pharmaceutical Industry</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑62/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:219">EU:C:2010:219</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li, bl-osservanza tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-saħħa pubblika jistgħu jirregolaw il-konsum tal-prodotti mediċinali fl-interess tal-bilanċ finanzjarju tas-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa tagħhom, jekk ikun il-każ permezz ta’ skema ta’ inċentivi finanzjarji għall-preskrizzjoni, sakemm din l-iskema tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn il-prodotti mediċinali nazzjonali u dawk li ġejjin minn Stati Membri oħra.</P></NOTE>. Madankollu, ir-rimbors għandu jkun limitat għall-prodotti mediċinali li huma mmanifatturati u mibjugħa skont il-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, sabiex tingħata risposta utili lill-qorti tar-rinviju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utili li tgħinha tiddeċieda l-kawża mressqa quddiema, billi tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew ippreżentati lilha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>SAKSA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:108">EU:C:2018:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)).</P></NOTE>, għandhom jiġu pprovduti lilha elementi li jippermettulha tistabbilixxi jekk id-deċiżjonijiet li l‑legalità tagħhom hija s-suġġett tal-kawża prinċipali, li permezz tagħhom l-AIFA eżerċitat il-fakultà mogħtija mill-Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96, jirrigwardawx tali prodotti mediċinali. Dwar dan il-punt infakkar li d‑deċiżjonijiet tal-AIFA jirrigwardaw il-prodotti mediċinali li jirriżultaw mill‑ippakkjar mill-ġdid, magħmul minn spiżeriji skont il‑kundizzjonijiet previsti minn dawn id-deċiżjonijiet, ta’ kunjetti ta’ Avastin f’diversi siringi li jkun fihom biss id-doża meħtieġa għal injezzjoni intravitreali, u dawn is-siringi jingħataw lill-istrutturi tal‑isptarijiet jew il-kontenut tagħhom jiġi sussegwentement amministrat lill-pazjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Tali analiżi timplika, fl-ewwel lok, li għandu jiġi eżaminat jekk dawn il-prodotti mediċinali jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 2001/83 (titolu 2). Din il-kwistjoni hija wkoll is-suġġett tat‑tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. Anke jekk din id‑direttiva tapplika wkoll għall-imsemmija prodotti mediċinali, fit-tieni lok, għandu jiġi spjegat x’inhuma r-rekwiżiti li hija timponi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u l-manifattura tal-prodotti mediċinali f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (titolu 3). Fil-każ li dawn ir‑rekwiżiti fil-każ ineżami ma jiġux issodisfatti, hemm lok, fit-tielet lok, li jiġi eżaminat jekk l-Istat Membru inkwistjoni huwiex madankollu awtorizzat li jidderoga minnhom skont l-Artikolu 5(1) tal‑imsemmija direttiva (titolu 4).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Is-sentenza Novartis Pharma<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> diġà wriet b’mod wiesa’ r‑raġunament li jippermetti risposta għal dawn id-domandi. Madankollu, il-kuntest fattwali tal-kawża li tat lok għal din is-sentenza huwa differenti minn dak tal-kawża prinċipali inkwantu din il-kawża tirrigwarda l‑ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin minn kumpannija li sussegwentment tipprovdi d-dożi individwali li jirriżultaw lill-ispiżeriji li jkunu ordnawhom. B’mod partikolari, peress li dan l-ippakkjar mill-ġdid ma jkunx sar minn spiżerija, l-applikabbiltà tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad‑Direttiva 2001/83 hija eskluża mill-bidu nett, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ikkunsidrat dan l-aspett. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tkopri biss il-prodotti mediċinali ppreparati fl-ispiżeriji skont preskrizzjoni medika intiża għal marda speċifika, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>formuli maġistrali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Is-sitwazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża tirrigwarda, għall-kuntrarju, l-ippakkjar mill‑ġdid tal-Avastin minn spiżeriji bil-għan li jiġu pprovduti lill‑isptarjiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-inklużjoni tal-Avastin kif ippreparat għat‑trattament tal-AMD fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 2001/83</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Skont it-tieni domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju ssaqsi jekk tali prodott mediċinali bħal dak li jirriżulta mill-proċess ta’ qsim u ppakkjar mill-ġdid, magħmul skont id-deċiżjonijiet tal-AIFA, tal-Avastin, sabiex jintuża fl-oftalmoloġija, huwiex eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 2001/83 bis-saħħa tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi, b’mod partikolari, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>formula maġistrali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jinkludix tali prodott mediċinali meta l-proċessi inkwistjoni, minkejja li jsiru fi spiżeriji abbażi ta’ preskrizzjonijiet mediċinali individwali, jsiru f’lottijiet skont doża identika għal kull pazjent. Hija tistaqsi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett, f’dan il-kuntest, tal-fatt li l-prodott mediċinali huwa amministrat fi struttura differenti minn dik li fiha jkunu saru dawn il‑proċessi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li t-tieni domanda preliminari ma ssemmix speċifikatament din il-kwistjoni, ir-Reġjun ta’ Veneto, is‑SOI‑AMOI u l-Gvern Elleniku jsostnu li l-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin għat-trattament tal-AMD ma humiex ta’ natura industrijali. Konsegwentement, il-prodott li jirriżulta minnhom, filwaqt li fi kwalunkwe każ jaqa’ fl‑esklużjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83 prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 3, ma jaqax f’dan il-kamp ta’ applikazzjoni kif iddefinit b’mod pożittiv fl-Artikolu 2(1) tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u rrepetiet fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hecht-Pharma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑276/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:801">EU:C:2016:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li sabiex prodott mediċinali jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva għandu, minn naħa waħda, jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tagħha u, min-naħa l-oħra, ma jkunx kopert b’waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 3 tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Qabelxejn nenfasizza li, jekk tingħata risposta pożittiva għat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, dan il-prodott allura ma jkunx suġġett għar-rekwiżiti fil-qasam tat-tqegħid fis-suq u tal-manifattura, u lanqas għar-rekwiżiti l-oħra kollha mitluba mill-imsemmija direttiva – inklużi dawk relatati mal-farmakoviġilanza. Id-dispożizzjonijiet tat‑titolu II tad-Direttiva 2001/83, li fosthom hemm l-Artikoli 2 u 3 tagħha, jistabbilixxu, fil-fatt, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva fit-totalità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, ir-risposta li għandha tingħata għal din id‑domanda tiddependi fl-ewwel lok mill-kwistjoni dwar jekk il-prodott li jinkiseb wara li l-Avastin jitneħħa mill-kunjett oriġinali tiegħu u jiġi ttrasferiet f’diversi siringi għal użu uniku sabiex jintuża fl-oftalmoloġija għandux jiġi kkunsidrat, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id‑direttiva, bħala prodott mediċinali different mill-prodott mediċinali Avastin, żviluppat mill-grupp Roche u kopert mill-ATS għal indikazzjonijiet terapewtiċi fl‑onkoloġija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Huwa stabbilit li l-prodott mediċinali Avastin huwa prodott mediċinali bijoteknoloġiku msemmi fil-punt 1 tal-Anness tar-Regolament Nru 726/2004. Dan il-prodott mediċinali tpoġġa fis-suq wara li nkisbet ATS skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat li l-Avastin jaqa’ fil‑kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83 bħala prodott mediċinali ppreparat industrijalment, intiż sabiex jitqiegħed fis-suq tal-Istati Membri u mhux kopert b’waħda mill-esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward infakkar li l-preparazzjoni tal-Avastin għat‑trattament tal-AMD tinvolvi bidliet fir-rigward tad-doża, l‑ippakkjar u l-metodu ta’ amministrazzjoni ta’ dan il-prodott mediċinali. La d-deċiżjoni tar-rinviju u lanqas il-proċess sottomess lill-Qorti tal‑Ġustizzja ma jindikaw, għall-kuntrarju, li din il-preparazzjoni taffettwa s-sustanza mediċinali fiha nnifisha. Għall-kuntrarju, id‑deċiżjonijiet tal-AIFA sempliċement jippermettu l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin f’dożi uniċi, u dan skont kundizzjonijiet li huma intiżi sabiex jiżguraw l-isterilità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, mit-tagħlimiet misluta mis-sentenza Novartis Pharma<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> diġà jirriżulta li l-prodott mediċinali hekk ippakkjat mill-ġdid ma għandux ikun ikkunsidrat bħala prodott differenti mill‑prodott mediċinali Avastin għall-finijiet tal-applikazzjoni tad‑Direttiva 2001/83<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Id-deċiżjonijiet tal-AIFA jidhru jirriflettu wkoll din il-perspettiva inkwantu huma inkludew il-prodott mediċinali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>bevacizumab-Avastin<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fil-lista 648.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat jekk l-attivitajiet ta’ kumpannija li taqsam u terġa’ tippakkja mill-ġdid il-kunjetti ta’ Avastin f’siringi li jkun fihom biss id-doża mitluba permezz ta’ riċetta ta’ tabib bħala injezzjoni intravitreali u l-provvista ta’ dawn is-siringi lill‑ispiżeriji li jkunu ordnawhom jirrikjedux il-kisba minn din il‑kumpannija ta’ ATS. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm dawn il-proċessi ma jibdlux il-prodott mediċinali u jsiru biss abbażi ta’ preskrizzjonijiet mediċinali individwali, dawn l-attivitajiet ma humiex simili għal tqegħid mill-ġdid fis-suq ta’ prodott mediċinali<?PAGE NO="12"?> msemmi fil‑punt 1 tal-anness tar-Regolament Nru 726/2004, tant li AST ma hijiex mitluba. Il-Qorti tal-Ġustizzja għaddiet lill-qorti nazzjonali d-dmir li tivverifika li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Din il-qorti, jiġifieri l-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hambourg, il‑Ġermanja), iddeċidiet li l-proċessi inkwistjoni kienu jibdlu l-prodott peress li ma kinux skont l-ATS tal-Avastin (sentenza tal-<DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE> (416 HKO 78/11), punt 117). Din is-sentenza ġiet annullata fuq dan il-punt fl-appell mill‑Oberlandesgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Hambourg, il-Ġermanja) (sentenza tat-<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE> (3 U 43/14), punt 210). Il-qorti tal‑appell ikkunsidrat li l-kundizzjoni relatata man-nuqqas ta’ bidla tal-prodott mediċinali, stipulata fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Pharma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), titlob biss li l-kompożizzjoni ta’ dan il-prodott mediċinali tibqa’ l-istess.</P></NOTE>, peress li din il‑qorti kienet ibbażat ruħha, fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, fuq il‑premessa li l-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin ma kienx jibdel il-kompożizzjoni tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Pharma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Dan l-approċċ kien, fl-opinjoni tiegħi, ibbażat fuq l-idea li, sakemm is-sustanza medika fiha nnifisha ma nbidlitx, il-bidliet magħmula fid-doża, fl-ippakkjar u fil-metodu ta’ amministrazzjoni tal‑Avastin fid-dawl tal-użu off-label ma jirriżultawx fil‑ħolqien ta’ prodott mediċinali differenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Fuq din l-istess linja, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>F. Hoffmann-La Roche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:25">EU:C:2018:25</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja fehmet is-sitwazzjoni inkwistjoni bħala li tirrigwarda l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin sabiex ikun jista’ jintuża bħala injezzjoni intravitreali. Hija ma kklassifikatx il-prodott li jirriżulta minn dan l-ippakkjar mill-ġdid bħala prodott mediċinali ġdid, distint mill‑ieħor li diġà kellu ATS.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, meta l-ippakkjar mill-ġdid ta’ prodott mediċinali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83 f’diversi dożi individwali ma jirriżultax f’bidla tas-sustanza medika, il‑prodott mediċinali hekk ippakkjat mill-ġdid jibqa’ kopert minn din id‑direttiva. Konsegwentement, dan il-prodott mediċinali jibqa’, b’mod partikolari, jiġi suġġett għas-sistema ta’ farmakoviġilanza stabbilita permezz tal-imsemmija direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Skont l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 726/2004, kif ukoll it‑tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 101(1) tad‑Direttiva 2001/83, l-obbligi ta’ farmakoviġilanza tad-detenturi tal-ATS, tal-EMA u tal-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali jinkludu wkoll l-użu off-label tal‑prodotti mediċinali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-istrumenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jidher mill-kliem tal-Artikoli 2 u 3 tad‑Direttiva 2001/83, l-applikabbiltà tagħha ma hijiex stabbilita skont kull proċess li għalih huwa suġġett il-prodott mediċinali, iżda iktar skont il-prodott mediċinali kkunsidrat bħala tali. Kif essenzjalment sostniet l‑Irlanda, meta prodott mediċinali jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, il-proċessi kollha li jkunu saru fuqu – fosthom il-manifattura oriġinali tiegħu, it-tqegħid fis-suq tiegħu, kif ukoll, jekk ikun il-każ, il-proċessi ta’ qsim u ta’ ppakkjar mill-ġdid ulterjuri – huma rregolati minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, il-premessa 35 tad-Direttiva 2001/83 tistipula li din hija intiża sabiex tiżgura l-kontroll tal-katina ta’ distribuzzjoni kollha ta’ prodotti mediċinali mill-manifattura sa ma jitwasslu lill‑pubbliku (filwaqt li l-obbligi ta’ farmakoviġilanza japplikaw wara din il-provvista lill-pubbliku). Dan l-objettiv ma jintlaħaqx jekk l-intervent ta’ spiżerija biex tibdel id-doża u l-ippakkjar mill-ġdid ta’ prodott mediċinali biex ikun jista’ jiġi amministrat lill-pazjenti – kemm f’kuntest ta’ użu off-label kif ukoll ta’ trattament kopert bl-ATS ta’ dan il-prodott mediċinali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>F’dan ir-rigward, ir-reġjun tal-Emilja Romanja osserva, waqt is-seduta, li l-parti l‑kbira tal-prodotti mediċinali li l-amministrazzjoni tagħhom hija rriżervata għall‑isptarijiet, inkluż l-Avastin meta jintuża fl-onkoloġija, għandhom jiġu ppreparati fi spiżeriji sabiex d-doża tagħhom tiġi addattata għal kull pazjent.</P></NOTE> – ikollu l-effett li jikser din il-katina ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dan japplika wkoll anke meta l-proċessi ta’ qsim u ppakkjar mill‑ġdid tal-prodott mediċinali inkwistjoni, ikkunsidrati waħidhom, ma humiex ta’ natura industrijali u jsiru minn spiżeriji abbażi ta’ preskrizzjonijiet individwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, dan il-fatt jaffettwa r-rekwiżiti li għalihom id‑Direttiva 2001/83 tissuġġetta dawn il-proċessi u l-provvista tal-prodott mediċinali hekk ippakkjat mill-ġdid lill-isptarjijiet. Għalhekk hija rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk l-ispiżeriji għandux ikollhom, minn naħa waħda, awtorizzazzjoni għal manifattura skont l-Artikolu 40(1) ta’ din id-direttiva sabiex jippakkjaw mill-ġdid kunjett ta’ Avastin f’diversi siringi għal użu ta’ darba u, min-naħa l-oħra, ATS skont l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva sabiex dawn is-siringi jingħataw lill-isptarijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-punti 70 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ser nippreċiża f’dan l-istadju, li t-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2001/83 jipprevedi li awtorizzazzjoni għal manifattura ma hijiex mitluba għall-preparazzjonijiet, il-qsim u l‑bdil tal-ippakkjar jew tal-preżentazzjoni ta’ prodott mediċinali meta dawn il-proċessi jsiru biss għall-provvista bl-imnut, minn spiżjara fi spiżeriji miftuħa għall-pubbliku jew minn persuni oħra legalment awtorizzati fl-Istati Membri. Din id-deroga speċifika ma għandhiex effett utili jekk il-fatt li spiżerija taqsam u tippakkja mill-ġdid prodott mediċinali wara li jiġu ppreżentati preskrizzjonijiet individwali jkollu l-konsegwenza li dan il-prodott mediċinali ma jibqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva – u, għalhekk, li qabelxejn dawn il-proċessi ma jibqgħux suġġetti għar-regola li awtorizzazzjoni għal manifattura hija, fil-prinċipju, mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Sabiex inkun eżawrjenti, inżid ngħid li għall-kuntrarju, fil-każ fejn spiżeriji jipproċedu bi proċessi fuq prodott mediċinali eżistenti u li għandu ATS li permezz tagħhom jibdlu s-sustanza mediċinali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Dan il-każ jinkludu l-eżempju li fih spiżerija tiftaħ prodott mediċinali li jaqa’ fil‑kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83 sabiex testratta l-ingredjenti attivi u minnhom toħloq prodott mediċinali ġdid mill-perspettiva tal-kompożizzjoni tiegħu.</P></NOTE>, il‑prodott hekk miksub għandu jiġi kkunsidrat bħala prodott mediċinali ġdid għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal‑Unjoni. Għalhekk hemm lok li jiġi vverifikat jekk dan il-prodott jaqax jew le fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83 u, b’mod partikolari, jekk huwiex eskluż minnha, skont il-punt 1 tal-Artikolu 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Abcur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l‑applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tirrikjedi biss li jiġu ssodisfatti l‑kundizzjonijiet kollha espressament stipulati fiha. Hija spjegat ukoll li l-kundizzjoni li l-ispiżerija għandha tipprepara l-prodott mediċinali inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>skont preskrizzjoni medika intiża għal marda speċifika<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tfisser li din il-preskrizzjoni għandha ssir qabel din il-preparazzjoni. L‑imsemmija preparazzjoni għalhekk għandha ssir speċifikament għal marda identifikata minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma talbitx li l‑preskrizzjonijiet mediċi jkunu personalizzati għal kull pazjent skont il‑bżonnijiet terapewtiċi differenti. B’hekk, il-fatt li l-istess doża hija preskritta għall-pazjenti kollha, skont protokoll mediku standard, ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad‑Direttiva 2001/83<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Kif jirriżulta mill-punt 42 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kien sostnut quddiem il-qorti nazzjonali li wieħed mill‑prodotti mediċinali inkwistjoni kien prodott b’mod standardizzat. Il-Qorti tal‑Ġustizzja ma kkunsidratx li dan il-fatt, fih innifsu, jipprekludi l-applikazzjoni tal‑punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>. Lanqas tagħmel differenza jekk il-prodott mediċinali inkwistjoni jiġix amministrat fi struttura differenti mill-ispiżerija li tkun ippreparat dan il-prodott mediċinali, peress li tali kundizzjoni ma hijiex stabbilita b’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rekwiżiti fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u ta’ manifattura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħtieġa ta’ ATS</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ispiżeriji li mill-kunjetti tal‑Avastin jippakkjaw il-prodott mediċinali mill-ġdid f’siringi individwali u jfornuhom lill-isptarjijiet ma għandhomx AST għal dan il‑għan. It-trattament tal-AMD, l-istess bħad-doża, il-metodu ta’ amministrazzjoni u l-preżentazzjoni mitluba għal din l-indikazzjoni terapewtika, għalhekk la huma koperti bl-ATS tal-Avastin li għandha kumpannija tal-grupp Roche, u lanqas b’xi ATS ġodda li setgħu kisbu dawn l‑ispiżeriji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Kif spjegajt preċedentement, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Novartis Pharma<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> diġà ddeċidiet li kumpannija tista’ taqsam u tippakkja mill-ġdid il-kunjetti tal-Avastin u tforni lill-ispiżeriji s-siringi għall-użu ta’ darba li jirriżultaw minnhom mingħajr ma tikseb ATS minn qabel, sakemm il-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid, l-ewwel nett, ma jwasslux għal bidla fil-prodott mediċinali u, it-tieni nett, isiru abbażi ta’ preskrizzjonijiet individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>L-ewwel kundizzjoni msemmija f’din is-sentenza, diġà eżaminata iktar qabel, jidher li hija ssodisfatta f’dan il-każ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punti 57 sa 60 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Minn naħa l-oħra, it‑tieni waħda, hija ssodisfatta sakemm il-prodott mediċinali inkwistjoni jiġi ppreparat biss wara l-preżentazzjoni ta’ preskrizzjonijiet mediċi individwali, mingħajr ma jintalab barra minn hekk li kull waħda minn dawn il‑preskrizzjonijiet jkollha doża personalizzata. Fil-fatt, il-Qorti tal‑Ġustizzja ma kkunsidratx li l-fatt li l-kumpannija inkwistjoni fil‑kawża li wasslet għall-imsemmija sentenza kienet tipproduċi lottijiet ta’ dożi standardizzati ta’ Avastin għall-użu okulari kien jipprekludi li din il‑kundizzjoni tiġi ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-approċċ segwit mill-Qorti tal-Ġustizzja kien iktar ibbażat fuq il‑kunsiderazzjoni li l-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott mediċinali abbażi ta’ preskrizzjonijiet mediċi jsir fi stadju sussegwenti għat-tqegħid fis-suq tiegħu u jikkostitwixxu atti li, mingħajr l-intervent tal-kumpannija inkwistjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>jistgħu jitwettqu jew setgħu jitwettqu b’mod differenti, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, mit-tobba li jagħmlu l-preskrizzjoni, jew inkella mill-ispiżjara stess fl-ispiżeriji tagħhom jew inkella fl‑isptarijiet<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Pharma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, dawn il-proċessi ma jiffurmawx parti minn attività ta’ tqegħid fis-suq għall-attenzjoni ta’ grupp ta’ persuni mhux speċifikati, iżda iktar mill-provvista lil pazjenti individwali identifikati minn qabel mit-tabib li jikkurahom. F’dan il-każ, il-qsim u l‑ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin għandhom isiru, speċifikament, skont id-deċiżjonijiet tal-AIFA, minn spiżeriji tal-isptarijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Dawn l-operazzjonijiet issa jistgħu jsiru wkoll, skont id-Deċiżjoni Nru 799/2017, fi spiżeriji miftuħa għall-pubbliku li jissodisfaw ir-rekwiżiti mitluba (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-attività ta’ spiżeriji awtorizzati għal dan il‑għan permezz tad-deċiżjonijiet tal-AIFA li tikkonsisti fil-qsim u l‑ippakkjar mill-ġdid ta’ Avastin abbażi ta’ preskrizzjonijiet mediċinali individwali, mingħajr ma tinbidel is-sustanza medika, u l-provvista sussegwenti tad-dożi individwali li jirriżultaw minn dawn il-proċessi lill‑isptarijiet li jamministrawhom lill-pazjenti, ma teħtieġx l-kisba ta’ ATS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, kif il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat fis-sentenza Novartis Pharma<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-Avastin kif ippreparat għat-trattament tal-AMD jibqa’ rregolat bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83, b’mod partikolari fir-rigward tal-manifattura tiegħu. F’din il-perspettiva, għandu jiġi eżaminat jekk il-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin għandhomx bżonn awtorizzazzjoni għal manifattura skont l-Artikolu 40(1) ta’ din id‑direttiva. Minkejja li l-qorti tar-rinviju ma semmietx din id‑dispożizzjoni<?PAGE NO="15"?> fin-notifika tad-domandi tagħha, tali eżami jidher li huwa meħtieġ sabiex tingħatalha risposta utili. Roche Italia, ir-reġjuni tal‑Emilia Romagna u tal-Veneto, is-SOI-AMOI, il-Gvern Pollakk u l‑Kummissjoni, barra minn hekk, ippreżentaw lill-Qorti tal-Ġustizzja osservazzjonijiet bil-miktub dwar dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni għal manifattura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>L-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2001/83 jobbliga lill-Istati Membri sabiex jissuġġettaw il-manifattura ta’ prodotti mediċinali li jaqgħu fil‑kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Skont l‑ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40(2) tal-imsemmija direttiva, tali awtorizzazzjoni hija meħtieġa kemm għal manifattura totali jew parzjali, kif ukoll għall-proċessi ta’ qsim, ippakkjar jew preżentazzjoni ta’ prodott mediċinali (li jistgħu jseħħu, bħal f’dan il-każ, wara t-tqegħid fis‑suq ta’ dan il-prodott mediċinali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>L-Artikoli 41 sa 53 tad-Direttiva 2001/83 jispjegaw il‑kundizzjonijiet li dawn is-sistemi nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni għandhom jissodisfaw. B’mod partikolari, il-manifattur ikkonċernat għandu jressaq talba u insostenn tagħha jagħti informazzjoni differenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara t-tieni paragrafu tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru inkwistjoni tagħti biss l‑awtorizzazzjoni għal manifattura wara li tkun aċċertat l-eżattezza ta’ din l-informazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-Artikolu 42(1) tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni għal manifattura tippreżumi iktar mis-sempliċi osservanza tar-rekwiżiti mitluba mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-manifattura tal-prodotti mediċinali, peress li l‑għoti ta’ att individwali speċifiku jawtorizza lid-detentur tiegħu sabiex jimmanifattura prodotti mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-deċiżjonijiet tal-AIFA jipprevedu li huma biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>spiżeriji tal-isptarijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti mitluba, bl‑osservanza ta’ regoli li jiżguraw preparazzjoni tajba<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> li jistgħu jipproċedu bil-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin għal użu okulari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara l-punti 27 u 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 799/2017, spiżeriji miftuħa għall-pubbliku wkoll jistgħu jwettqu dawn il-proċessi.</P></NOTE>. La dawn id-deċiżjonijiet, u lanqas elementi oħra inklużi fil‑proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja ma juru, għall-kuntrarju, li dawn l-ispiżeriji għandu jkollhom awtorizzazzjoni għal manifattura. Waqt is-seduta, il-Gvern Taljan iddikjara li, skont l-indikazzjonijiet li huwa għandu, dawn il-proċessi ma humiex koperti minn awtorizzazzjonijiet għal manifattura skont l-Artikolu 40(1) tad‑Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Anke jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tikkonferma li l-ispiżeriji awtorizzati għall-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin skont id-deċiżjonijiet tal‑AIFA ma għandhomx tali awtorizzazzjonijiet, dawn il‑proċessi jistgħu madankollu jaqgħu fid-deroga prevista fit‑tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) ta’ din id-direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Pharma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>F. Hoffmann-La Roche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:25">EU:C:2018:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-vantaġġ ta’ din id-deroga jippreżumi, fl-ewwel lok, li l-proċessi inkwistjoni jitwettqu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>minn spiżjara fi spiżeriji jew minn persuni legalment awtorizzati fl-Istati Membri biex iwettqu dawn il-proċessi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Din il-kundizzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala ssodisfatta sa fejn dawn il-proċessi jsiru skont il-qafas stabbilit mid-deċiżjonijiet tal-AIFA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Sussegwentement għandu jiġi vverifikat, fit-tieni lok, jekk il-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin humiex imwettqa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>biss għall‑provvista bl-imnut<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>provvista bl-imnut<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ma huwiex iddefinit fid‑Direttiva 2001/83. F’sens normali, huwa jirreferi għall-provvista lill‑pubbliku ta’ prodotti bl-unità jew fi kwantitajiet żgħar. Fis-sentenza Caronna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE> (<NO.CASE>C‑7/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:396">EU:C:2012:396</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja fehmet dan il-kunċett billi pparagunatu ma’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>distribuzzjoni bl-ingrossa<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Dan l-aħħar kunċett huwa ddefinit fil‑punt 17 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 li speċifikament jiddistingwih mill-provvista ta’ prodotti mediċinali lill-pubbliku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Il-punt 17 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83 jiddefinixxi d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>distribuzzjoni bl‑ingrossa ta’ prodotti mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> bħala “[l]-attivitajiet kollha li jikkonsistu f’kisba, żamma, provvista jew esportazzjoni ta’ prodotti mediċinali, <HT TYPE="ITALIC">barra milli jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku</HT>. Attivitajiet bħal dawn jitwettqu mal-produtturi jew mad-depożitarji tagħhom, ma’ importaturi, distributuri oħra bl-ingrossa jew ma’ spiżjara u persuni awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat (enfasi miżjud minni).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mis-sentenza Novartis Pharma<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-osservanza ta’ din il-kundizzjoni ma tirrikjedix li l-prodotti mediċinali li jkunu suġġetti għal proċessi ta’ qsim u ta’ ppakkjar mill-ġdid jingħataw direttament lill-pazjenti li għalihom ikunu ppreparati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Barra minn hekk, meta l-leġiżlatur ried jissuġġetta l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-Direttiva 2001/83 għall-kundizzjoni li l-prodott mediċinali inkwistjoni jingħata direttament lill-pazjenti, kif għamel fir-rigward tal-esklużjoni tal-formoli uffiċinali previsti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, huwa ddikjara espressament din il-kundizzjoni (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).</P></NOTE>. Fil-fatt, fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, is-siringi individwali miksuba minn kunjett ta’ Avastin kienu fornuti lill-ispiżeriji li kienu ordnawhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidratx li dan il-fatt kien jipprekludi li din il-kundizzjoni tkun issodisfatta, li jimplika biss li l-proċessi inkwistjoni kienu effettivament jaqgħu f’sistema ta’ provvista bl-imnut mill-ispiżeriji. F’dan ir-rigward, hija tat importanza partikolari għall-kwistjoni dwar jekk dawn il-proċessi twettqux abbażi ta’ preskrizzjonijiet mediċi individwali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Madankollu, minnha ma jirriżultax li l-vantaġġ tad-deroga prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2001/83 ikun dejjem irriżervat għall‑proċessi magħmula abbażi ta’ preskrizzjonijiet mediċi. Din id-dispożizzjoni tista’, fil-fatt, tiġi applikata wkoll għal proċessi li jikkonċernaw prodotti mediċinali pprovduti mingħajr preskrizzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Avastin inqasam u ġie ppakkjat mill-ġdid meta ġew ippreżentati tali preskrizzjonijiet. Id-dożi individwali hekk ippreparati jiġu pprovduti lill‑isptarjijiet fejn jiġu sussegwentement amministrati lill-pazjenti kkonċernati. Qabelxejn, l-Avastin jaqa’ fil-klassi ta’ prodotti mediċinali li ma jistgħux jiġu amministrati ħlief fi sptar, b’tali mod li ma jistax jiġi pprovdut direttament lill-pazjenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin ma jeħtieġx, fl-opinjoni tiegħi, awtorizzazzjoni għal manifattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Madankollu, Roche Italia indikat lill-Qorti tal-Ġustizzja li xi spiżeriji miftuħa għall-pubbliku jippakkjaw l-Avastin mill-ġdid fuq skala kbira, mingħajr ma jkunu rċevew minn qabel preskrizzjonijiet individwali personalizzati kif jitlob id-dritt Taljan u d-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn l-ispiżeriji jipprovdu l-prodott mediċinali hekk ippakkjati mill-ġdid lil oftalmoloġisti sabiex jiġi amministrat fil-kliniki privati tagħhom, minkejja li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tirrikjedi li jintużaw biss fil-ambitu ta’ sptar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, anke jekk inhu hekk, il-fatt li ċerti spiżeriji jippreperaw u jfornu dan il-prodott mediċinali bi ksur ta’ rekwiżiti mitluba mid-dritt Taljan u mid-dritt tal-Unjoni ma huwiex rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju. Tali prattiki joħorġu, fil-fatt, mill-qafas li jistabbilixxu d-deċiżjonijiet tal-AIFA u l-Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96 li jikkostitwixxi l-bażi legali tagħhom. Għalhekk, huma ma jistgħux jaffettwaw il-validità tagħhom. Kif sostnew is-SOI-AMOI, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni waqt is‑seduta, huma l-awtoritajiet Taljani li għandhom jissanzjonaw dawn l‑eventwali prattiki illegali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Barra minn hekk, waqt is-seduta, Roche Italia rreferiet għal sentenza tas‑<DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE> li permezz tagħha t-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lombardia, l-Italja) ikkonfermat il‑legalità tas-sanzjonijiet amministrattivi imposti fuq spiżerija miftuħa għall-pubbliku minħabba l‑preparazzjoni illegali tal-Avastin għal użu okulari.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-proċessi ta’ qsim u ppakkjar mill-ġdid tal-Avastin, sakemm isiru abbażi ta’ preskrizzjonijiet individwali minn spiżeriji awtorizzati għal dan il-għan bid-deċiżjonijiet tal-AIFA, ma jirrikjedux awtorizzazzjoni għal manifattura skont l‑Artikolu 40(1) tad‑Direttiva 2001/83. Il-provvista liċ-ċentri tal‑isptarijiet ta’ prodotti hekk miksuba sabiex jiġu amministrati lill-pazjenti ma għandhiex, min-naħa tagħha, tkun is-suġġett ta’ ATS skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) tar‑Regolament Nru 726/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Sakemm attivitajiet bħal dawk koperti bid-deċiżjonijiet tal-AIFA jirrispettaw ir-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83 dwar it-tqegħid fis-suq u l-manifattura ta’ prodotti mediċinali, il-legalità ta’ dawn id-deċiżjonijiet ma tiddependix fuq il-kwistjoni – li hija s-suġġett tat-tieni aspett tal-ewwel domanda preliminari – dwar jekk ir-Repubblika Taljana hijiex awtorizzata tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva skont l‑Artikolu 5(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Madankollu ser nittratta din il-kwisjtoni biex inkun eżawrjenti, f’każ li r-risposta għaliha tkun meħtieġa għad-deċiżjoni tal-kawża prinċipali jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tali attivitajiet ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>It-tieni aspett tal-ewwel domanda preliminari jittratta l‑possibbiltà, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija lill-Istati Membri permezz tal-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/83, li jeżentaw, bis-saħħa tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom, ċerti prodotti mediċinali mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Kif enfasizza l-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-konklużjonijiet tiegħu fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:622">EU:C:2011:622</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83 jagħti lill-Istati Membri ċerta flessibbiltà li tippermettilhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>jlaħħqu b’mod effiċjenti ma’ ċirkustanzi individwali jew ma’ ċerti sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, fejn iż-żmien huwa fattur essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>L-eżerċizzju ta’ din il-possibbiltà jippreżumi l-osservanza ta’ żewġ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jimmira li jissodisfa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>bżonnijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>; it-tieni nett, il-prodotti mediċinali għandhom jiġu pprovduti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>bi tweġiba għal ordni bona fede mhux mitluba, formulati skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ professjonista awtorizzat tal‑kura tas-saħħa u għall-użu minn pazjent individwali taħt ir‑responsabbiltà diretta personali tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Polonja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE> (<NO.CASE>C‑185/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:181">EU:C:2012:181</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal‑Ġustizzja eżaminat sa fejn l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83 jippermetti li prodott mediċinali jinbiegħ fi Stat Membru mingħajr ma jkun kopert minn ATS skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Wara li spjegat li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat b’mod ristrett minħabba n-natura derogatorja tiegħu, hija ddeċidiet li, l-ewwel nett, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>bżonnijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni jirreferi biss għal sitwazzjonjiet individwali ġġustifikati b’kunsiderazzjonijiet mediċi u li jippresupponi li l‑prodott mediku huwa neċessarju sabiex jissodisfa l-bżonnijiet tal-pazjenti. It‑tieni nett, ir-rekwiżit li l-prodott mediċinali inkwistjoni jiġi pprovdut għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>ordni bona fede mhux mitluba<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ifisser li dan il-prodott mediċinali għandu jiġi preskritt mit-tabib wara eżami effettiv tal-pazjenti tiegħu u billi jibbaża ruħu fuq kunsiderazzjonijiet purament terapewtiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:181">EU:C:2012:181</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-possibbiltà li tipprevedi din id-dispożizzjoni tirrigwarda biss sitwazzjonijiet li fihom it‑tabib jikkunsidra li l-istat ta’ saħħa tal-pazjenti partikolari tiegħu jirrikjedi l-amministrazzjoni ta’ prodott mediċinali li l-ekwivalenti tiegħu awtorizzat ma jeżistix – jiġifieri prodott mediċinali li għandu l-istess sustanzi attivi, l-istess doża u l-istess forma – fuq is-suq nazzjonali jew li ma huwiex disponibbli fuq dan is-suq<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:181">EU:C:2012:181</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>F. Hoffmann-La Roche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑179/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:25">EU:C:2018:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li kunsiderazzjonijiet finanzjarji ma għandhomx, fihom innifishom, iwasslu sabiex tiġi rrikonnoxxuta l-eżistenza ta’ tali bżonnijiet speċjali. Hija espressament ċaħdet il-possibbilta li Stat Membru jinvoka l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83, li l-applikazzjoni tiegħu għandha tibqa’ dejjem eċċezzjoni, bl-uniku għan li jippromwovi l-istabbiltà finanzjarja tal-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħu jew li jippermetti lil pazjenti b’mezzi finanzjarji limitati li jkollhom aċċess għall-kura meħtieġa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:181">EU:C:2012:181</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Novartis Pharma<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja implimentat dawn il-prinċipji sabiex tispjega taħt liema kundizzjonijiet l‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83 jippermetti li l-proċessi tal‑qsim u l-ippakkjar mill-ġdid tal-Avastin għall-użu tiegħu fl-oftalmoloġija jkunu eżentati mir-rekwiżit tal-ksib ta’ awtorizzazzjoni għal manifattura skont l-Artikolu 40(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Minn dan hija kkonkludiet li peress li l-ingredjenti attivi tal‑Avastin u tal‑Lucentis kienu differenti, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>tabib jista’, meta jkollu quddiemu patoloġija partikolari u fuq il-bażi biss ta’ kunsiderazzjonijiet terapewtiċi partikolari għall-pazjenti tiegħu, inkluż fid-dawl tal‑modalitajiet ta’ amministrazzjoni tal-prodott mediku, jikkunsidra li trattament li ma huwiex indikat fl-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, skont il-forma tal-prodott mediku disponibbli fi spiżerija u skont il‑posoloġija li huwa jqis adegwati u permezz ta’ Avastin, li għandu awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq Komunitarja, huwa preferibbli għal trattament permezz ta’ Lucentis<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Pharma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑535/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:226">EU:C:2013:226</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, Stat Membru ma jistax jinvoka d-deroga prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83 sabiex jeżenta l‑Avastin kif ippreparat għat-trattament tal-AMD mir-rekwiżiti ta’ din id‑direttiva – kemm jekk jikkonċernaw it-tqegħid fis-suq jew il-manifattura ta’ prodotti mediċinali – ħlief fil-każ fejn pazjent ma jkunx jista’ jiġi kkurat bl-għajnuna ta’ prodott mediċinali awtorizzat għal din l-indikazzjoni terapewtika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) adotta dan l-approċċ fis-sentenza tiegħu Nru 392459 tal‑<DATE ISO="20170224">24 ta’ Frar 2017</DATE> (FR:CECHR:2017:392459.<DATE ISO="20170224">20170224</DATE>, punti 12 sa 17), li għaliha rreferiet Roche Italia fl-osservazzjonijiet tagħha.</P></NOTE>. Dan ikun il-każ fl-eventwalità li l-prodotti mediċinali li l-ATS tagħhom tkopri t-trattament tal-AMD, bħal Lucentis, ikunu jew ineffikaċi jew b’kontraindikazzjonijiet għal pazjent partikolari, jew mhux disponibbli fis-suq ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Minn naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li essenzjalment isostnu r-Reġjun tal-Emilia Romagna u l-Gvern Taljan, dan il-każ ma jinkludix is-sitwazzjoni li fiha t-tabib jagħżel il-prodott mediċinali mhux użat skont l-ATS għal raġunijiet relatati biss mal-limitazzjoni ta’ spejjeż għas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa. Minkejja li dan il-prodott mediċinali huwa xorta effikaċi u sikur daqs il-prodotti mediċinali li l-ATS tagħhom tkopri l-AMD, tali eżempju ma jiġġustifikax l-użu tad-deroga prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Il-fatt li, skont l-Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96, l-AIFA inkludiet l-Avastin fil-lista 648 għat-trattament tal-AMD billi aċċertat minn qabel l-effikaċja terapewtika u s-sigurtà ta’ dan il-prodott mediċinali, ma huwiex biżżejjed sabiex jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha, jekk ikun il-każ, teżamina jekk, skont id-dritt nazzjonali, l-Avastin jistax jintuża biss off-label f’sitwazzjonijiet li fihom, għal raġunijiet purament terapewtiċi, it-tabib jikkunsidra li pazjent partikolari ma jistax jiġi ttrattat permezz ta’ prodott mediċinali awtorizzat għat-trattament tal-AMD u disponibbli fuq is-suq nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, id-deċiżjonijiet tal-AIFA ma jidhrux qed jillimitaw ir-rimbors tal-Avastin għal dawn l-eżempji [ara, b’mod partikolari, l‑Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni Nru 622/2014] u l-adozzjoni tal-Artikolu 1(4)a tal‑Liġi Nru 648/96 kienet probabbilment tissodisfa rekwiżiti finanzjarji (ara l‑punti 26 u 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Fid-dawl ta’ dan, Novartis Farma, Roche Italia, SOI-AMOI u l-Gvern Taljan osservaw li, skont il-leġiżlazzjoni Taljana, it-tobba ma jistgħux jippreskrivu prodott mediċinali off-label ħlief meta l-pazjent ma jistax jiġi ttrattat permezz ta’ prodott mediċinali użat b’mod konformi mal-ATS tiegħu. Dawn tal-aħar jinvokaw, b’mod partikolari, l-Artikolu 3 tad-decreto legge n. 23, 17 febbraio 1998, convertito con modifiche nella legge n.94, 8 aprile 1998 (Digriet Liġi Nru 23, tas-<DATE ISO="19980217">17 ta’ Frar 1998</DATE>, mibdul b’emendi fil-Liġi Nru 94, tat-<DATE ISO="19980408">8 ta’ April 1998</DATE>, imsejħa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>Liġi Di Bella<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Minn naħa tagħha, il-qorti tar-rinviju indikat li t-tobba jistgħu jippreskrivu prodott mediċinali off-label meta jikkunsidrawh utili għas-saħħa tal-pazjenti tagħhom, mingħajr ma spjegat jekk din is-sitwazzjoni tippresupponix in-nuqqas ta’ terapija alternattiva awtorizzata u addatta għat-trattament tal-pazjent ikkonċernat (ara l-punt 24 ta’ dawn il‑konklużjonijiet). Fil-każ li din il-qorti tikkonferma li l-leġiżlazzjoni relatata mal‑preskrizzjoni off-label timponi tali kundizzjoni, hija għandha tevalwa jekk minn qari ta’ din il-leġiżlazzjoni flimkien ma’ deċiżjonijiet tal-AIFA jirriżultax li skont id-dritt Taljan, l-Avastin ma jistax jintuża, u <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> jiġi rrimborsat, ħlief biex jissodisfa l-bżonnijiet terapewtiċi ta’ pazjenti partikolari.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kompetenza li l-Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96 jagħti lill-AIFA biex timplimenta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>strumenti ta’ sorveljanza addattati sabiex tiżgura s‑sigurtà tal-pazjenti u l-aġġustamenti neċessarji f’qasir żmien<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> meta prodott mediċinali mhux użat skont l-ATS huwa inkluż fil-lista 648, taffettwax il-kompetenza esklussiva tal-EMA sabiex tevalwa l-effikaċja, is-sigurtà u l-kwalità tal-prodotti mediċinali għal ħruġ ta’ ATS għall-prodotti mediċinali sottomessi għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ċentralizzata skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 726/2004. Hija tistaqsi wkoll jekk din il-kompetenza tal-AIFA hijiex irrikonċiljabbli mal-kompetenzi tal-EMA fil-qasam tal-farmakoviġilanza, kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikoli 25 u 26 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, ma hemm l-ebda dubju li dawn id-domandi jirrikjedu risposta negattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kompetenza esklużiva li r-Regolament Nru 726/2004 jagħti lill-EMA tirrigwarda biss l-evalwazzjonijiet magħmula għall-finijiet tal-ħruġ tal-ATS ta’ prodott mediċinali mill-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 5 sa 9 tar-Regolament Nru 726/2004.</P></NOTE>. Issa, il-kompetenza ta’ sorveljanza li l-AIFA ngħatat ma għandhiex x’taqsam ma’ dawn l-evalwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Din il-kompetenza tal-AIFA lanqas ma tostakola l-eżerċizzju mill‑EMA, wara l-ħruġ tal-ATS, tal-kompetenzi tagħha fil-qasam ta’ farmakoviġilanza. Kif jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikoli 25 u 26 ta’ dan ir-regolament, is-sistema ta’ farmakoviġilanza hija ġestita mill‑EMA b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali. L‑Artikolu 1(4)a tal-Liġi Nru 648/96 bl-ebda mod ma jaffettwa l-attribuzzjonijiet tal-EMA inkwantu tagħti lill-AIFA kompetenza ta’ sorveljanza, kumplimentari għal dik eżerċitata mill-EMA, fir-rigward tal‑użu off-label ta’ prodotti mediċinali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà tad‑deċiżjonijiet tal-AIFA mal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 89/105, li jipprevedi li l-ebda punt minn din id-direttiva ma jawtorizza t-tqegħid fis‑suq ta’ prodott mediċinali li ma jkunx kiseb l-ATS prevista fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Ma hemmx lok li tingħata risposta għal din id-domanda inkwantu l-argumenti preċedenti jippermettu li jiġi konkluż li l-ispiżeriji awtorizzati għal dan il-għan mid-deċiżjonijiet tal-AIFA jistgħu jipprovdu lill-isptarijiet l-Avastin kif imqassam u ppakkjat mill-ġdid abbażi ta’ preskrizzjonijiet individwali mingħajr ma jkollhom ATS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 89/105 fl-opinjoni tiegħi huwa intiż biss sabiex jispjega li din id-direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tkun interpretata bħala li tipprekludi, minn naħa tagħha, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-teħid ta’ responsabbiltà mis-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa ta’ prodott mediċinali, anke meta r-rekwiżiti mitluba minn din il-leġiżlazzjoni ma jkunux ġew osservati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill‑Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill‑Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) bil-mod segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ma japplikax għal prodott mediċinali li huwa s-suġġett ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (ATS), u li kien suġġett, wara t-tqegħid fis-suq tiegħu, għal proċessi ta’ qsim u ppakkjar mill-ġdid mwettqa minn spiżeriji mingħajr bdil fis‑sustanza medika li minnha huwa magħmul.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83, moqri flimkien mal‑Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s‑sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1027/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, sempliċement sabiex tnaqqas l-baġit tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa, tippermetti t-teħid ta’ responsabbiltà minn din is-sistema ta’ prodott mediċinali użat għal indikazzjoni terapewtika mhux koperta bl-ATS tiegħu, minkejja d‑disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti mediċinali li l-ATS tagħhom tinkludi din l-indikazzjoni terapewtika, sakemm dan il-prodott mediċinali jkun tqiegħed fis-suq u ġie mmanifatturat skont id‑dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament u ta’ din id-direttiva.</TXT><P>F’dan ir-rigward, attivitajiet li permezz tagħhom spiżeriji legalment awtorizzati għal dan il-għan jaqsmu u jippakkjaw mill-ġdid prodott mediċinali f’diversi dożi individwali abbażi ta’ preskrizzjonijiet mediċi individwali u mingħajr bidla fis-sustanza medika, u jipprovdu dawn id-dożi individwali lill-isptarijiet li fihom jiġu amministrati lill-pazjenti kkonċernati, ma jirrikjedux il-ksib ta’ ATS fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 724/2006.</P><P>Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) tad‑Direttiva 2001/83, tali attivitajiet lanqas ma jeħtieġu l-ksib ta’ awtorizzazzjoni għal manifattura fis-sens tal-Artikolu 40(1) ta’ din id-direttiva.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83 jippermetti lil Stat Membru jeżenta prodott mediċinali mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva fil-każijiet biss fejn it-tabib jikkunsidra, wara eżami effettiv tal-pazjenti partikolari tiegħu u billi jibbaża ruħu fuq kunsiderazzjonijiet purament terapewtiċi, li t-trattament permezz ta’ dan il-prodott mediċinali huwa neċessarju sabiex jissodisfa l‑bżonnijiet terapewtiċi partikolari ta’ dawn il-pazjenti li ma jistgħu jiġu ssodisfatti minn<?PAGE NO="21"?> ebda prodott mediċinali li għandu awtorizzazzjonijiet mitluba skont l-imsemmija direttiva u disponibbli fis-suq nazzjonali. L-Artikolu 5(1) tad‑Direttiva 2001/83 jipprekludi għalhekk li Stat Membru juża din il-possibbiltà prevista f’din id-dispożizzjoni għal raġunijiet ta’ natura purament finanzjarja.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 726/2004 ma tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lil awtorità nazzjonali kompetenza sabiex tadotta deċiżjonijiet fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti mediċinali fir-rigward tal-użu tagħhom għal indikazzjonijiet mhux koperti bl-ATS tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>