<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-177/17</NO.CASE><NO.CASE>C-178/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CO0177</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:656">EU:C:2017:656</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAS-<DATE ISO="20170907">7.9.2017</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C 177/17 U C 178/17</P><P>DEMARCHI GINO U GARAVALDI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rabta suffiċjenti</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑177/17 u C‑178/17,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (qorti amministrattiva reġjonali għall-Piemonte, l-Italja), permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20170111">11 ta’ Jannar 2017</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, fil-proċeduri</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Demarchi Gino Sas</HT> (C‑177/17),</P><P><HT TYPE="BOLD">Graziano Garavaldi</HT> (C‑178/17)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero della Giustizia,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, A. Rosas (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>Reġistratur: A. Calot Escobar,</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża permezz ta’ digriet immotivat, konformement mal-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</P></TI></TITLE><P>tagħti l-preżenti</P><P>Digriet</P><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqri fid-dawl tal-Artikoli 67, 81 u 82 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ kawżi bejn, rispettivament, Demarchi Gino Sas u Graziano Garavaldi mal-Ministero della Giustizia (ministeru għall-ġustizzja, l-Italja), fir-rigward tal-ħlas ta’ somom dovuti minn dan tal-aħħar, bħala kumpens ekwu, minħabba t-tul eċċessiv tal-proċeduri ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Taljan</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li skont l-Artikolu 2 tal-Legge n. 89 – Previsione di equa riparazione in caso di violazione del termine ragionevole del processo e modifica dell’articolo 375 del codice di procedura civile (Liġi Nru 89, dwar id-dritt għal kumpens ekwu f’każ ta’ ksur tat-tul raġonevoli ta’ proċedura ġudizzjarja u emenda għall-Artikolu 375 tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili) tal-<DATE ISO="20010324">24 ta’ Marzu 2001</DATE> (GURI Nru 78, tat-<DATE ISO="20010403">3 ta’ April 2001</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Liġi Nru 89/2001<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), il-parti li tkun sofriet dannu patrimonjali jew mhux patrimonjali, minħabba t-tul mhux raġonevoli tal-proċedura, għandha dritt għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kumpens ekwu<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, fil-kundizzjonijiet u l-miżuri ffissati minn din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din il-liġi jipprevedi li t-talba għal kumpens għandha tkun imressqa quddiem il-President tal-Corte d’appello (qorti tal-appell, l-Italja) fil-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-ewwel istanza li quddiemha nstemgħat il-proċedura li t-tul tagħha huwa meqjus bħala eċċessiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Legge n. 208 – Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (Liġi Nru 208, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-baġit annwali u pluriannwali tal-Istat), tat-<DATE ISO="20151228">28 ta’ Diċembru 2015</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 302, tat-<DATE ISO="20151230">30 ta’ Diċembru 2015</DATE>), li temenda l-Liġi Nru 89/2001. B’mod partikolari, f’din il-liġi hemm inkluż, Artikolu 5e, li jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005E.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex wieħed jirċievi s-somom imħallsa taħt din il-liġi, il-kreditur għandu jindirizza lill-amministrazzjoni debitriċi dikjarazzjoni […] li tattesta n-nuqqas ta’ rkupru tas-somom għal dan il-għan, l-eżerċizzju ta’ azzjonijiet ġuridiċi għall-istess kreditu, l-ammont tas-somom li l-amministrazzjoni għad għandha tħallas, il-metodu ta’ rkupru magħżul skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-artikolu, u jittrażmetti d-dokumentazzjoni neċessarja taħt id-digrieti msemmija fil-paragrafu 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005E.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija valida għal sitt xhur u trid tiġġedded fuq talba tal-amministrazzjoni pubblika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005E.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mudelli għad-dikjarazzjoni u d-dokumentazzjoni li għandha tiġi trażmessa lill-amministrazzjoni debitriċi taħt il-paragrafu 1 iċċitat iktar ’il fuq huma approvati permezz ta’ digrieti tal-ministeru għall-ekonomija u għall-finanzi u tal-ministeru għall-ġustizzja, li għandhom jiġu adottati sat-<DATE ISO="20161030">30 ta’ Ottubru 2016</DATE>. L-amministrazzjonijiet jippubblikaw fuq is-siti istituzzjonali tagħhom il-formoli msemmija fis-sentenza preċedenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005E.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ nuqqas ta’ trażmissjoni jew ta’ trażmissjoni mhux kompluta jew irregolari tad-dikjarazzjoni jew tad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti, l-ordni ta’ ħlas ma jistax jinħareġ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005E.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-amministrazzjoni tagħmel il-ħlas fi żmien sitt xhur mid-data meta l-obbligi msemmija fil-paragrafi preċedenti huma kollha kemm huma ssodisfatti. Dan it-terminu jibda jiddekorri fil-każ ta’ nuqqas ta’ trażmissjoni, jew ta’ trażmissjoni mhux kompluta jew irregolari tad-dikjarazzjoni jew tad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005E.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel l-iskadenza tat-terminu msemmi fil-paragrafu 5, il-kredituri ma jistgħux jipproċedu għall-eżekuzzjoni forzata, għan-notifika tal-ordni ta’ ħlas u lanqas iressqu proċedura għat-talba għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Demarchi Gino Sas u G. Garavaldi pparteċipaw, bħala kredituri, f’żewġ proċeduri distinti ta’ falliment, li seħħew, rispettivament, quddiem it-Tribunale di Genova (qorti ta’ Genova, l-Italja) u t-Tribunale di La Spezia (qorti ta’ La Spezia, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Peress li dawn il-proċeduri damu għal tul eċċessiv ta’ żmien, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ppreżentaw, quddiem il-Corte d’appello di Torino (qorti tal-appell ta’ Torino, l-Italja), rikors intiż, abbażi tal-Liġi Nru 89/2001, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu subit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet, il-Corte d’appello di Torino (qorti tal-appell ta’ Torino) rrikonoxxiet id-dritt tar-rikorrenti fil-kawżi prinċipali għal kumpens ekwu, minħabba t-tul eċċessiv tal-proċeduri ġudizzjarji li fihom huma kienu pparteċipaw, u kkundannat lill-ministeru għall-ġustizzja għall-ħlas tal-ammonti li hija ffissat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara li stennew, għalxejn, il-ħlas b’mod spontanju, mill-amministrazzjoni kkonċernata, tal-imsemmija ammonti, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ppreżentaw rikors quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (qorti amministrattiva reġjonali għall-Piemonte, l-Italja), irregolat mill-Artikoli 112 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tad-decreto legislativo n. 104 – Codice del processo amministrativo (Digriet Leġiżlattiv Nru 104, dwar il-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva), tat-<DATE ISO="20100702">2 ta’ Lulju 2010</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 156, tas-<DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE>), intiż għall-ksib mingħand il-qorti amministrattiva tal-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ sentenza li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> imposti fuq amministrazzjoni pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Jirriżulta mid-deċiżjonijiet tar-rinviju li, filwaqt li ppreżentaw dawn ir-rikorsi wara d-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma kinux issodisfaw, minn qabel, l-obbligi previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu u li, għalhekk, il-qorti tar-rinviju kellha tiddikjara r-rikorsi tagħhom bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-qorti tiddikjara li l-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kreditur tal-kumpens ekwu ma jkun jista’ jieħu ebda azzjoni ġudizzjarja sabiex jirkupra dan il-kumpens jekk ma jkunx issodisfa, minn qabel, il-formalitajiet kollha previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu u jekk terminu ta’ mill-inqas sitt xhur ma jkunx skada mid-data li fiha dawn il-formalitajiet ikunu ġew issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tirrileva li d-dispożizzjoni inkwistjoni, minn naħa, tqiegħed serje ta’ obbligi li għandhom jiġu ssodisfatti mill-kreditur tal-kumpens ekwu, inkluż, b’mod partikolari, li tagħmel dikjarazzjoni ta’ kontenut kumpless, li tikkostitwixxi kundizzjoni imperattiva għall-kisba tal-ħlas tal-kumpens li ġie ffissat, u min-naħa l-oħra, ittawwal b’mod sinjifikattiv it-terminu li fih l-Istat għandu joħroġ il-mandat ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju ssostni li l-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001 iċaħħad lill-kreditur mid-dritt li jinvoka, sussegwentement, il-kumpens ekwu għad-dannu subit minħabba fid-dewmien fil-ħlas tal-kumpens dovut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi, għaldaqstant, dwar jekk l-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001 jiksirx id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 47(2) tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikoli 67, 81 u 82 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, it-Tribunale amministrattivo regionale per il Piemonte (qorti amministrattiva reġjonali għall-Piemonte) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’kull kawża prinċipali, id-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-prinċipju li kull persuna għandha dritt li l-kawża tagħha tinstema’ f’terminu raġonevoli minn qorti imparzjali, sanċit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u<?PAGE NO="4"?> tal-Libertajiet Fundamentali, liema prinċipju ġie riprodott mid-dritt tal-Unjoni fl-Artikolu 6(3) TUE, moqri flimkien mal-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 67 TFUE, li jistabbilixxi li l-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi spazju komuni ta’ ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll tal-prinċipju li jirriżulta mill-Artikoli 81 u 82 TFUE, li skontu l-Unjoni, fl-oqsma tad-dritt ċivili u kriminali li għandhom effett transkonfinali, għandha tizviluppa koperazzjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġizlazzjoni Taljana li tinsab fl-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001, li tobbliga lill-persuni li jkunu diġà ġew rikonoxxuti bħala kredituri, fir-rigward tal-Istat Taljan, ta’ somom dovuti bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>kumpens ekwu<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> minħabba t-tul mhux raġonevoli ta’ proċeduri ġudizzjarji, li jissodisfaw serje ta’ obbligi bil-għan li jiksbu l-ħlas, kif ukoll li jistennew id-dekors ta’ terminu indikat fl-Artikolu 5e(5) tal-Liġi Nru 89/2001 iċċitata iktar ’il fuq, mingħajr ma jkunu jistgħu, fil-frattemp jistitwixxu proċeduri ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni u mingħajr imbagħad ma jkunu jistgħu jitolbu kumpens għad-danni kkaważati mid-dewmien fil-ħlas, u dan anki fil-każ li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kumpens ekwu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jkun ġie rrikonoxxut minħabba t-tul mhux raġonevoli ta’ proċedura ċivili bl-implikazzjonijiet transkonfinali jew, fi kwalunkwe każ, f’qasam li jaqa’ taħt il-kompetenzi tal-Unjoni u/jew f’qasam li fir-rigward tiegħu l-Unjoni tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji?<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 47(2) tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikoli 67, 81 u 82 TFUE, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ minn persuni li sostnew dannu minħabba t-tul eċċessiv ta’ proċedura ġudizzjarja dwar kwistjoni li taqa’ fi ħdan il-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja li jwettqu sensiela ta’ operazzjonijiet amministrattivi kumplessi għall-ksib tal-ħlas tal-kumpens ekwu li l-Istat kien ikkundannat li jħallas lilhom, mingħajr ma sadanittant ikunu jistgħu jressqu kawża għall-eżekuzzjoni u sabiex, permezz ta’ din jitolbu, il-kumpens għad-dannu kkawżat mid-dewmien għal dan il-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 51(1) tal-Karta jipprevedi li d-dispożizzjonijiet ta’ dan jindirizzaw lill-Istati Membri biss fil-każ fejn jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. L-Artikolu 6(1) TUE, l-istess bħall-Artikolu 51(2) tal-Karta, jippreċiża li d-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar ma għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi tal-Unjoni hekk kif iddefiniti mit-Trattati (ara d-digrieti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Târșia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑328/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:273">EU:C:2016:273</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pardue</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑321/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:871">EU:C:2016:871</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux barra minn tali sitwazzjonijiet. Huwa minħabba f’hekk li l-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li hija ma tistax tevalwa, fir-rigward tal-Karta, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tifformax parti mill-qafas tad-dritt tal-Unjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Siragusa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:126">EU:C:2014:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Eurosaneamientos <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑532/15 u C‑538/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:932">EU:C:2016:932</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fis-sens tal-Artikolu 51 tal-Karta, jeħtieġ l-eżistenza ta’ rabta ta’ ċertu grad, li tmur lil hinn mill-affinità bejn l-oqsma meħuda inkunsiderazzjoni jew l-effetti indiretti ta’ qasam fuq l-ieħor (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑218/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:748">EU:C:2016:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali taqax taħt l‑implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51 tal-Karta, hemm lok li jiġi vverifikat, fost elementi oħra, jekk hija għandhiex bħala għan li timplementa dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, in-natura ta’ din il-leġiżlazzjoni u jekk<?PAGE NO="5"?> hija ssegwix għanijiet differenti minn dawk koperti mid-dritt tal-Unjoni, anki jekk hija tista’ taffettwa indirettament lil din tal-aħħar, kif ukoll, jekk teżistix leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni speċifika fil-qasam jew li tista’ taffettwah (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Siragusa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:126">EU:C:2014:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Julián Hernández <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2055">EU:C:2014:2055</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet għall-inapplikabbiltà tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali minħabba l-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam ikkonċernat ma kienu jimponu ebda obbligu fuq l-Istati Membri fir-rigward tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140306">6 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Siragusa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:126">EU:C:2014:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjonijiet tar-rinviju, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkonċerna l-proċedura ta’ rkupru tas-somom dovuti mill-Istat, bħala kumpens ekwu, minħabba t-tul eċċessiv ta’ proċedura ġudizzjarja, prevista fl-Artikolu 5e tal-Liġi Nru 89/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li, għalkemm il-Liġi Nru 89/2001 ma tistax titqies bħala miżura meħuda skont l-Artikoli 81 u 82 TFUE, jew taħt regolament jew direttiva speċifika, hija tiggarantixxi, billi tfittex l-għan ta’ kontroll tat-tul ta’ kull proċedura ġudizzjarja, il-funzjonament tajjeb taż-żona ta’ ġustizzja tal-Unjoni, billi tevita li tneħħi, permezz tat-tul mhux raġonevoli tal-proċeduri ġudizzjarji, il-bżonn tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-ġustizzja li fuqhom hija bbażata l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din il-qorti enfasizzat ukoll li, fil-kawżi prinċipali, il-proċeduri li t-tul eċċessiv tagħhom wassal għall-kundanna tal-Istat huma proċeduri ta’ falliment, li għalhekk jaqgħu f’qasam li fih l-Unjoni diġà eżerċitat il-kompetenza tagħha bl-adozzjoni ta’ numru ta’ atti, li fosthom jinkludu, b’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE>, dwar proċedimenti ta’ insolvenza (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 141, p. 19</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE msemmija mill-qorti tar-rinviju, ma jimponux fuq l-Istati Membri obbligi speċifiċi dwar l-irkupru ta’ somom dovuti mill-Istat, bħala kumpens ekwu, minħabba t-tul eċċessiv ta’ proċedura ġudizzjarja u li, fl-istat attwali, id-dritt tal-Unjoni ma fih l-ebda leġiżlazzjoni speċifika dwar il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa ċar li f’dan il-każ ma hemm l-ebda element sabiex wieħed jikkunsidra li l-Liġi Nru 89/2001, li hija ta’ natura ġenerali, għandha l-għan li timplementa dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tagħmel parti mill-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, u li anki jekk din il-liġi x’aktarx taffettwa indirettament l-operazzjoni taż-żona tal-ġustizzja fl-Unjoni, tfittex li tilħaq għanijiet differenti minn dawk koperti mid-dispożizzjonijiet iċċitati fid-deċiżjonijiet tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jirriżultax mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-proċeduri ta’ falliment inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 2015/848, li jiddefinixxi qafas legali għall-proċeduri ta’ falliment transkonfinali li b’mod partikolari jirregolaw id-domandi marbuta mal-ġurisdizzjoni, mar-rikonoxximent tal-proċeduri ta’ falliment u mal-liġi applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li ebda element ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-kawża prinċipali tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni differenti minn dawk li jidhru fil-Karta. Issa, peress li sitwazzjoni legali ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwarha u d-dispożizzjonijiet tal-Karta eventwalment invokati ma jistgħux, fihom infushom, jistabbilixxu dik il-ġurisdizzjoni (digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Rîpanu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑407/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:167">EU:C:2016:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat, abbażi tal-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din tal-aħħar manifestament ma għandhiex il-kompetenza sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mit-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (qorti amministrattiva reġjonali għall-Piemonte).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex il-kompetenza sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mit-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (qorti amministrattiva reġjonali għall-Piemonte, l-Italja), permezz tad-deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20170111">11 ta’ Jannar 2017</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>