|
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/15 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/488
tat-22 ta’ Marzu 2021
li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 u (UE) 2020/1167 dwar l-użu tat-teknoloġiji innovattivi approvati f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u f’vetturi kummerċjali ħfief li kapaċi jaħdmu bil-gass likwifikat miż-żejt, mill-gass naturali kkompressat u bl-E85
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tagħhom,
Filwaqt li:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Lulju 2020, il-manifatturi Škoda Auto a.s, Ford-Werke GmbH, Groupe Renault, FCA Italy S.p.A, SEAT S.A., Volkswagen AG, Automobiles Citroen, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA u OPEL Automobile GmbH ippreżentaw talba b’mod konġunt, skont l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 (3), għall-emenda ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/174 (4) biex alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt approvati bħala teknoloġija innovattiva skont dik id-Deċiżjoni jintużaw ukoll fil-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u fil-vetturi kummerċjali ħfief li kapaċi jaħdmu bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) u bl-E85. |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2020, il-manifatturi Ford-Werke GmbH, Honda Motor Europe Ltd u Renault SA ippreżentaw talba b’mod konġunt, skont l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014, għall-emenda ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167 (5) biex muturi ġeneraturi effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertituri ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC, approvati bħala teknoloġija innovattiva skont dik id-Deċiżjoni, jintużaw ukoll f’karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u f’ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u f’vetturi kummerċjali ħfief li kapaċi jaħdmu bl-LPG, bis-CNG u bl-E85. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat iż-żewġ rikjesti f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 u mal-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011(il-verżjoni ta’ Lulju 2018) (6). |
|
(4) |
Peress li ż-żewġ talbiet jikkonċernaw il-kjarifika tal-użu tat-teknoloġiji innovattivi f’vetturi li kapaċi jaħdmu bl-LPG, bis-CNG u bl-E85, huwa xieraq li dawk it-talbiet jiġu indirizzati f’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni waħda. |
|
(5) |
Fir-rigward taż-żewġ talbiet, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-iffrankar tas-CO2 mit-teknoloġiji innovattivi jista’ jiġi ddeterminat ukoll meta dawn jiġu installati fuq vetturi li jaħdmu bl-LPG, bis-CNG u bl-E85. Soġġetti għaż-żieda ta’ ċerti fatturi speċifiċi għall-fjuwil, il-metodoloġiji biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2 kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 u (UE) 2020/1167 huma għalhekk meqjusa xierqa għad-determinazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 assoċjat mal-użu tat-teknoloġiji innovattivi rispettivi għall-vetturi li jaħdmu b’dawk il-fjuwils. |
|
(6) |
Rigward l-E85, minkejja d-disponibbiltà limitata tiegħu fis-suq tal-Unjoni kollu, ma jkunx xieraq li ssir distinzjoni bejn dan it-tip ta’ fjuwil u l-petrol għall-fini tal-metodoloġiji biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 u (UE) 2020/1167 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej: “3a. Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej: “3a. Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri, skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/174 tas-6 ta’ Frar 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta’ 12-il Volt għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 7.2.2020, p. 13).
(5) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167 tas-6 ta’ Awwissu 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għal magna ta’ kombustjoni konvenzjonali u għal ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 258, 7.8.2020, p. 15)
(6) https://circabc.europa.eu/sd/a/a19b42c8-8e87-4b24-a78b-9b70760f82a9/July%202018%20Technical%20Guidelines.pdf
ANNESS I
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/174 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
il-punt 8 huwa emendat kif ġej: it-Tabella 4 hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 4 Il-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda
|
ANNESS II
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 3.2, it-Tabelli 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Tabella 2 Konsum tal-potenza effettiva
Tabella 3 Fattur tal-konverżjoni tal-fjuwil (CF)
|
|
(2) |
fil-punt 3.5, it-Tabella 4 hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 4 Il-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda
|