<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-174/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0174</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:637">EU:C:2017:637</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170907">7.9.2017</DATE> – Kawża C‑174/16</P><P>H.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It‑Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2010/18/UE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali –Klawżola 5(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Ritorn minn leave parentali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ ritorn għall-istess impjieg jew impjieg ekwivalenti jew simili</KEYWORD><KEYWORD>Żamma kif inhuma tad-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjal ta’ Land promoss bħala uffiċjal bi prova għal pożizzjoni ta’ tmexxija</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ dan il-Land li tipprevedi t-tmiem tal-perijodu ta’ prova <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> u mingħajr possibbiltà ta’ estensjoni fl-iskadenza ta’ perijodu ta’ sentejn, anki f’każ ta’ assenza li tirriżulta minn leave parentali</KEYWORD><KEYWORD>Inkompatibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑174/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160324">24 ta’ Marzu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">H.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Land Berlin,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal (Relatur), A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal H., minnha nnifisha,</P></ITEM><ITEM><P>għal-Land Berlin, minn M. Theis, E.-N. Voigt u K.-P. Nießner kif ukoll minn A. Hollmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Valero u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali, konkluż fit-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ftehim qafas irrevedut<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, tat-<DATE ISO="20100308">8 ta’ Marzu 2010</DATE>, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 68, p. 13</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 14(1)(a) u (ċ) u tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 204, p. 23</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn H. u l-Land Berlin (land ta’ Berlin, il‑Ġermanja) rigward deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar, indirizzata lil H. matul il-leave parentali tagħha u li informatha li, billi ma kinitx, minħabba l-assenza tagħha marbuta ma’ dan il-leave, wettqet b’suċċess il-perijodu ta’ prova ta’ sentejn fil-pożizzjoni ta’ tmexxija li hija kienet ġiet assenjata għaliha qabel dan il-leave, l-istatus tagħha bħala uffiċjal bi prova kien intemm u konsegwentement, hija kienet ġiet integrata mill-ġdid fil-pożizzjoni preċedenti tagħha, ta’ livell inferjuri.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2010/18 u l-ftehim qafas irrevedut</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2010/18 ħassret, b’effett mit-<DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>, id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-<DATE ISO="19960603">3 ta’ Ġunju 1996</DATE>, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UKIIE, ĊEIP u ta’ KETU (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285), konkluż fl-<DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ftehim qafas tal-1995<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessi 8 u 11 tad-Direttiva 2010/18:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(8)</NO.P><TXT>Billi l-għanijiet tad-Direttiva, jiġifieri t-titjib tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, dik privata u dik tal-familja għall-ġenituri li jaħdmu u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Il-klawsola 1(1) tal-Ftehim Qafas rivedut, skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-politika soċjali, tistipula li l-Ftehim jistabbilixxi rekwiżiti minimi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L‑Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jkunu introduċew il-miżuri meħtieġa permezz ta’ ftehim sa mhux aktar tard mit-<DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-preambolu tal-ftehim qafas irrevedut jistabbilixxi b’mod partikolari dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dan il-Ftehim Qafas […] jirrevedi [l-ftehim qafas tal-1995] li jistipula r-rekwiżiti minimi dwar il-leave tal-ġenituri, bħala mezz importanti ta’ rikonċiljazzjoni tar-responsabbiltajiet professjonali u dawk tal-familja u li jippromwovi opportunitajiet indaqs u trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.</P><P>[…]</P><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I.</NO.P><TXT>Konsiderazzjonijiet ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> u l-Artikoli 23 u 33 tagħha dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, privata u tal-familja;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Billi l-arranġamenti tal-leave tal-ġenituri huma maħsuba biex jappoġġjaw ġenituri li jaħdmu matul perijodu speċifiku ta’ żmien, bil-għan li jżommu u jippromwovu l-parteċipazzjoni kontinwa tagħhom fis-suq tax-xogħol […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-klawżola 1(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.P><TXT>Dan il-ftehim jistabbilixxi rekwiżiti minimi mfassla biex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri u dawk professjonali għall-ġenituri li jaħdmu, b’konsiderazzjoni għaż-żieda fid-diversità ta’ strutturi familjari filwaqt li jiġu rrispettati l-liġi, il-ftehim kollettiv u/jew il-prattika nazzjonali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan il-ftehim japplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt ta’ mpjieg jew relazzjoni ta’ xogħol kif definit mil-liġi, ftehim kollettiv u/jew prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-klawżola 2 ta’ dan il-ftehim qafas:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.P><TXT>Dan il-ftehim jagħti lill-ħaddiema rġiel u dawk nisa d-dritt individwali għal leave tal-ġenituri għar-raġuni ta’ twelid jew adozzjoni ta’ wild biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-wild sal-età li tista’ tkun ta’ tmien snin li għandha tiġi definita mill-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-leave għandu jingħata għal perijodu ta’ mill-anqas erba’ xhur […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-klawżola 3(1) ta’ dan il-ftehim qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-kondizzjonijiet tal-aċċess u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-leave tal-ġenituri għandhom ikunu definiti mil-liġi u/jew bi ftehim kollettiv fl-Istati Membri, sakemm ir-rekwiżiti minimi ta’ dan il-ftehim ikunu mħarsa. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jistgħu, b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiddeċiedu jekk il-leave tal-ġenituri jingħatax fuq bażi full-time jew part-time, b’mod frammentat jew b’sistema ta’ kreditu ta’ ħin, b’konsiderazzjoni għall-bżonn kemm ta’ min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiema;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jissoġġettaw il-kwalifikazzjoni għal-leave tal-ġenituri għal perijodu ta’ xogħol u/jew ta’ servizz fix-xogħol li ma jistax ikun ta’ aktar minn sena; […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi li fihom min iħaddem, wara konsultazzjoni skont il-liġi, ftehim kollettiv u/jew prattika nazzjonali, huwa permess jipposponi l-għoti tal-leave tal-ġenituri għal raġunijiet ġustifikabbli relatati mal-operat tal-organizzazzjoni […]</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>minbarra (c), jawtorizzaw arranġamenti specjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti operattivi u organizzattivi ta’ impriżi żgħar.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Drittijiet tal-impjieg u non-diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, il-klawżola 5 tal-istess ftehim qafas titispula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.P><TXT>Fl-aħħar tal-leave tal-ġenituri, il-ħaddiema għandu jkollhom id-dritt jirritornaw għall-istess impjieg jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għal impjieg ekwivalenti jew simili konsistenti mal-kuntratt tal-impjieg jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jkunu miksuba mill-ħaddiem fid-data li fiha jibda l-leave tal-ġenituri għandhom jinżammu kif inhuma sa meta jintemm il-leave tal-ġenituri. Fit-tmiem tal-leave tal-ġenituri, dawn id-drittijiet, inkluż kull tibdil ikkawżat mil-liġi, minn ftehim kollettiv u/jew mill-prattika nazzjonali, għandhom japplikaw.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew tar-relazzjoni tax-xogħol għall-perijodu tal-leave tal-ġenituri.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id‑Direttiva 2006/54</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/54 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>M’għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba s-sess fis-settur pubbliku jew f’dak privat, inklużi l-korpi pubbliċi, b’relazzjoni għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kondizzjonijiet għal aċċess għall-impjiegi […] inkluż promozzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Mara li qiegħda bil-leave tal-maternità għandu jkollha d-dritt, wara li jintemm il-perjodu tal-leave tal-maternità tagħha, li terġa’ lura għall-impjieg tagħha jew għal kariga ekwivalenti b’termini u b’kondizzjonijiet li m’humiex inqas favorevoli […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L‑Artikolu 16 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jirrikonoxxu drittijiet distinti għal-lîf tal-paternità u/jew ta’ l-adozzjoni. Dawk l-Istati Membri li jirrikonoxxu drittijiet bħal dawn għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji […] jiżguraw li, fit-tmiem ta’ lîf bħal dan, [il-ħaddiema rġiel u nisa] jkollhom id-dritt li jerġgħu lura għall-impjiegi tagħhom jew għal karigi ekwivalenti b’termini u kondizzjonijiet li m’humiex inqas favorevoli għalihom […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Ġermaniż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-istatus tal-uffiċjal bi prova li nħatar għal pożizzjoni ta’ tmexxija huwa rregolat, fir-rigward tal-Land ta’ Berlin, mill-Artikolu 97 tal-Landesbeamtengesetz (liġi tal-Land dwar l-uffiċjali, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>LBG<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), tad-<DATE ISO="20090319">19 ta’ Marzu 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L‑Artikolu 97(1) tal-LBG jipprevedi, b’mod partikolari, li l-perijodu ta’ prova mwettaq għal tali pożizzjoni għandu tul ta’ sentejn li ma jistax jiġi estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 97(2) tal-LBG:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Mill-jum tal-ħatra, id-drittijiet u obbligi relatati mal-pożizzjoni li tkun ġiet mogħtija lill-uffiċjal fl-aħħar lok inkwantu uffiċjal permanenti […] huma sospiżi għat-tul tal-perijodu ta’ prova […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 97(4) tal-LBG, kif emendata bid-Dienstrechtsneuordnungsgesetz (liġi dwar ir-riforma u modernizzazzjoni tad-dritt federali tas-servizz pubbliku) tat-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-uffiċjal bi prova li jkun wettaq il-perijodu ta’ prova tiegħu b’suċċess jinħatar […] L-uffiċjal li ma jinħatarx fi tmiem il-perijodu ta’ prova jitlef kull dritt għar-remunerazzjoni relatata mal-pożizzjoni li ma tiġix assenjata. L-uffiċjal ma jkunx kiseb iktar drittijiet. Matul perijodu ta’ sena, l-uffiċjal ma jistax jiġi aċċettat għal perijodu ta’ prova fl-istess pożizzjoni. Meta l-uffiċjal ma jkunx wettaq b’suċċess il-perijodu ta’ prova tiegħu għall-ewwel darba sempliċement minħabba l-fatt li huwa ma setax jeżerċita l-funzjonijiet ta’ din il-pożizzjoni ta’ tmexxija matul perijodu estiż, is-superjur ġerarkiku jista’ jawtorizza l-eċċezzjonijiet għas-seba’ sentenza.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>H. daħlet fis-servizz tal-Land ta’ Berlin matul is-sena 1999 u tibbenefika mill-istatus bħala uffiċjal permanenti fl-amministrazzjoni tiegħu. Mit-<DATE ISO="20080923">23 ta’ Settembru 2008</DATE>, hija kienet tokkupa pożizzjoni bħala konsulent li taqa’ taħt il-klassi salarjali A 16. Fi tmiem ta’ proċedura ta’ selezzjoni, fl-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, H. ġiet promossa skont l-Artikolu 97(1) tal-LBG, bħala uffiċjal bi prova fl-iskala ta’ konsulent li taqa’ taħt il-klassi salarjali superjuri B 2. Konsegwentement, hija ġiet assenjata, fit-<DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, għal pożizzjoni, dak iż-żmien vakanti, li taqa’ taħt din l-aħħar klassi salarjali u kienet tinkludi dmirijiet ta’ tmexxija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu H. ma bdietx il-funzjonijiet tagħha f’din il-pożizzjoni ġdida. Fil-fatt, hija sabet ruħha f’sitwazzjoni ta’ leave tal-mard, minħabba raġunijiet marbuta mat-tqala tagħha, mill-<DATE ISO="20110725">25 ta’ Lulju 2011</DATE> sad-<DATE ISO="20120119">19 ta’ Jannar 2012</DATE>, sussegwentement, fil-leave tal-maternità mill-20 ta’ Jannar sas-<DATE ISO="20120427">27 ta’ April 2012</DATE>. Fi tmiem dan il-leave tal-maternità, H. kienet f’leave sad-<DATE ISO="20120529">29 ta’ Mejju 2012</DATE>, qabel ma ngħatat leave parentali, li beda fit-<DATE ISO="20120530">30 ta’ Mejju 2012</DATE> u ġie estiż diversi drabi sabiex intemm fl-<DATE ISO="20150220">20 ta’ Frar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-frattemp, il-pożizzjoni li H. kienet ġiet assenjata lilha inkwantu uffiċjal bi prova kienet is-suġġett ta’ kompetizzjoni ġdida matul it-tieni parti tas-sena 2012, qabel ma ġiet fdata lil uffiċjal ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-Landesverwaltungsamt Berlin (uffiċċju tal-amministrazzjoni tal-Land ta’ Berlin, il-Ġermanja), informa lil H. li hija ma kinitx wettqet b’suċċess il-perijodu ta’ prova ta’ sentejn fil-pożizzjoni msemmija iktar ’il fuq, billi naqset milli effettivament tokkupaha, u li l-istatus tagħha bħala uffiċjal bi prova kien, minħabba dan il-fatt, intemm fit-<DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, konformement mal-Artikolu 97(4) tal-LBG. Dan l-uffiċċju informa wkoll lill-persuna kkonċernata li hija kienet ser tiġi integrata mill-ġdid fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala konsulent ta’ klassi salarjali A 16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Billi l-ilment imressaq minn H. kien ġie miċħud minn dan l-uffiċċju b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141110">10 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-persuna kkonċernata ppreżentat rikors quddiem il-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin, il-Ġermanja) intiż sabiex jinkiseb l-annullament ta’ din id-deċiżjoni u sabiex jiġi deċiż li hija kellha żżomm l-istatus tagħha bħala uffiċjal fi perijodu ta’ prova ta’ promozzjoni għal pożizzjoni ta’ tmexxija ta’ klassi salarjali B 2, lil hinn mid-<DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>. Insostenn ta’ dan ir-rikors, H. b’mod partikolari ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-Direttivi 2006/54 u 2010/18.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2010/18 u tal-ftehim qafas irrevedut, il-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin) tistaqsi, b’mod partikolari, jekk l-Artikolu 97 tal-LBG huwiex kompatibbli mal-klawżola 5(1) ta’ dan il-ftehim qafas, sa fejn, fl-iskadenza tal-leave parentali tagħha, H. ma setgħetx tirritorna għall-istess impjieg li kellha qabel dan il-leave jew għal pożizzjoni ekwivalenti, iżda ġiet assenjata mill-ġdid f’pożizzjoni statutorjament iktar baxxa. Din il-qorti tistaqsi wkoll dwar il-kompatibbiltà ta’ dan l-Artikolu 97 mal-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas, li tipprevedi ż-żamma ta’ drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu, minħabba l-fatt li din l-assenjazzjoni mill-ġdid għandha bħala konsegwenza tnaqqis fis-salarju. Skont din il-qorti, ma jistax madankollu jiġi eskluż li, hekk kif isostni l-Land ta’ Berlin, ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 97 tal-LBG jistgħu jikkostitwixxu liġi, fis-sens tat-tieni sentenza tal-klawżola 5(2) ta’ dan l-istess ftehim qafas, li minnha jistgħu jirriżultaw legalment, fi tmiem tal-leave parentali, modifiki tad-drittijiet tal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tindika li, anki jekk jiġi preżuppost li l-Artikolu 97 tal-LBG jikser il-ftehim qafas irrevedut u/jew id-Direttiva 2006/54, ikun impossibbli li dan l-Artikolu 97 jiġi interpretat b’mod li tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, b’mod li, f’dan il-każ, din ir-regola nazzjonali għandha titħalla mhux applikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tikkunsidra li s-soluzzjoni l-iktar idonea tikkonsisti li tiġi imposta estensjoni tal-perijodu ta’ prova minħabba t-tul li għadu ma ddekorriex għall-bidu tal-leave parentali, kemm fuq il-pożizzjoni inizjali, kemm, meta, f’dan il-każ, din il-pożizzjoni fil-frattemp ġiet mogħtija mill-ġdid lil uffiċjal ieħor, fuq pożizzjoni ta’ tmexxija paragunabbli. Madankollu, hija tistaqsi wkoll liema tkun is-soluzzjoni li għandha tiġi adottata fl-ipoteżi fejn ebda pożizzjoni paragunabbli ma tkun disponibbli. Fl-aħħar nett, sa fejn id-dritt nazzjonali jeħtieġ, f’każ ta’ għoti ta’ pożizzjoni ġdida, is-seħħ ta’ proċedura ta’ selezzjoni ġdida, bir-riskju, f’dan il-każ, li kandidat li ma jkunx l-uffiċjal li jirritorna mil-leave partenali għandu jiġi magħżul, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni jimponix rinunzja għal tali proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [2010/18] kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-[ftehim qafas irrevedut] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regoli ta’ dritt nazzjonali li jipprovdu li l-perijodu ta’ prova, li matulu pożizzjoni li tinvolvi funzjoni ta’ tmexxija fis-servizz pubbliku tkun ġiet assenjata lil persuna bi prova, jintemm permezz tal-liġi u bl-eskużjoni ta’ possibbiltà ta’ estensjoni anki jekk l-uffiċjal kien u għadu fuq leave parentali għall-parti l-kbira ta’ dak il-perijodu ta’ prova?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [2006/54], b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) jew (ċ), l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li regoli ta’ dritt nazzjonali bil-kontenut kif deskritt fid-domanda 1, jinkludu diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess meta numru ferm ogħla ta’ nisa milli rġiel huma kkonċernati jew potenzjalment jistgħu jkunu kkonċernati minnhom?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1 jew għad-domanda 2, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ‘il fuq tad-dritt tal-Unjoni tipprekludi tali regoli tad-dritt nazzjonali anki meta huma ġġustifikati mill-għan li tkun tista’ ssir evalwazzjoni, matul il-perijodu ta’ prova, ta’ pożizzjoni permanenti li tinvolvi funzjoni ta’ tmexxija fil-każ biss li d-dmirijiet effettivament jitwettqu b’mod kontinwu għal perijodu twil ta’ żmien [estiż]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva wkoll għad-domanda 3, l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tawtorizza effett legali differenti mill-kontinwazzjoni tal-perijodu ta’ prova immedjatament wara tmiem tal-leave parentali – għat-tul tal-perijodu ta’ prova li jkun għadu ma ntemmx fil-bidu ta’ dan il-leave – għall-istess pożizzjoni ta’ servizz jew waħda paragunabbli, anki meta din il-pożizzjoni jew pożizzjoni stabbilita korrispondenti ma tkunx iktar disponibbli?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni timponi, f’każ simili, sabiex timtela pożizzjoni ta’ servizz jew pożizzjoni oħra b’funzjoni ta’ tmexxija li ma sseħx proċedura ġdida ta’ reklutaġġ permezz tal-inklużjoni ta’ kandidati oħra skont dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda u l-ewwel parti tat-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk il-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-promozzjoni definittiva għal pożizzjoni ta’ tmexxija tas-servizz pubbliku għall-kundizzjoni li l-kandidat magħżul iwettaq b’suċċess perijodu ta’ prova preliminari ta’ sentejn f’din il-pożizzjoni u li skont din il-kundizzjoni, f’sitwazzjoni fejn tali kandidat isib ruħu, fil-parti l-kbira ta’ dan il-perijodu ta’ prova, f’leave parentali, u jkun għadu dejjem qed juża dan il-leave, dan il-perijodu ta’ prova jintemm legalment fi tmiem dan il-perijodu ta’ sentejn, mingħajr ma estenzjoni tiegħu tkun possibbli, billi l-persuna kkonċernata hija, konsegwentement, integrata mill-ġdid, mar-ritorn tagħha mil-leave parentali, fil-funzjoni, ta’ livell inferjuri, kemm fil-grad statutorju kif ukoll fil-qasam ta’ remunerazzjoni, li hija kienet tokkupa qabel l-ammissjoni tagħha għal dan il-perijodu ta’ prova. F’każ ta’ risposta affermattiva għal din l-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, permezz tal-ewwel parti tat-tielet domanda tagħha, jekk din il-klawżola 5(1) u (2) għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tali leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ madankollu tkun iġġustifikata mill-għan li għandu jintlaħaq mill-istess perijodu ta’ prova, li jikkonsisti li tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni tal-kompetenza sabiex timtela l-pożizzjoni ta’ tmexxija permanenti u jeħtieġ, konsegwentement, li dan il-perijodu ta’ prova jinfirex fuq perijodu estiż.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Kunsiderazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu l-ewwel nett jiġi ppreċiżat li, billi H. kienet assenti minħabba l-leave parentali tagħha matul il-parti kbira tal-perijodu ta’ prova meħtieġ għall-kisba tal-pożizzjoni ta’ tmexxija kkonċernata, u kienet għadha tinsab f’leave parentali fil-mument meta l-uffiċċju tal-amministrazzjoni tal-Land ta’ Berlin informaha li hija kienet ser tiġi integrata mill-ġdid fil-pożizzjoni preċedenti tagħha, huwa unikament fid-dawl tad-Direttiva 2010/18 u tal-ftehim qafas irrevedut li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi eżaminata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-preambolu tal-ftehim qafas irrevedut, dan il-ftehim qafas jikkostitwixxi impenn tal-imsieħba soċjali, irrappreżentati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali ġenerali, li jistabbilixxu, permezz ta’ rekwiżiti minimi dwar il-leave parentali, miżuri intiżi li jippermettu rikonċiljazzjoni tar-responsabbiltajiet professjonali u dawk tal-familja u li jippromwovu l-ugwaljanza tal-possibbiltajiet u ta’ trattament bejn l-irġiel u n-nisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-premessa 8 tad-Direttiva 2010/18 li timplementa l-imsemmi ftehim qafas irrevedut, tenfasizza, bl-istess mod, li l-għanijiet li għandhom jintlaħqu minn din id-direttiva jikkonsistu fit-titjib tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, dik privata u dik tal-familja għall-ġenituri li jaħdmu u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol madwar l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, barra minn hekk, li l-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn nisa u rġiel, b’mod partikolari fil-qasam ta’ impjieg, ta’ xogħol u ta’ remunerazzjoni, minn naħa, u d-dritt għal leave parentali għall-finijiet li jiġu rrikonċiljati l-ħajja tal-familja u professjonali, min-naħa l-oħra, huma rispettivament stabbiliti fl-Artikoli 23 u 33(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), dispożizzjonijiet li jirreferi għalihom il-punt 3 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tal-ftehim qafas irrevedut.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dritt għal-leave parentali ġie inkluż, fl-Artikolu 33(2) tal-Karta, fost id-drittijiet soċjali fundamentali miġbura mill-ġdid fi ħdan it-Titolu IV tagħha, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Solidarjetà<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Din id-dispożizzjoni tipprovdi li, sabiex wieħed jirrikonċilja l-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali, kull persuna għandha d-dritt, b’mod partikolari, għal leave parentali wara t-twelid jew l-adozzjoni ta’ tifel jew tifla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minbarra dan, l-għanijiet għalhekk li għandhom jintlaħqu mill-ftehim qafas irrevedut huma marbuta mat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u mal-eżistenza ta’ protezzjoni soċjali adegwata tal-ħaddiema, li, kif jirriżulta mill-Artikolu 151 TFUE, jidhru fl-iskala tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-politika soċjali tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, f’dak li jikkonċerna l-ftehim qafas tal-1995, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hemm lok li jitfakkar li l-ftehim qafas irrevedut, bħal fil-każ tal-ftehim qafas tal-1995, huwa intiż sabiex japplika wkoll għall-ħaddiema li għandhom, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-istatus ta’ uffiċjal. Fil-fatt, il-klawżola 1(2) tal-ftehim qafas irrevedut hija intiża, ġeneralment, għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ħaddiema kollha […] li għandhom kuntratt ta’ mpjieg jew relazzjoni ta’ xogħol kif definit mil-liġi, ftehim kollettiv u/jew prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u l-klawżola 2(1) ta’ dan l-istess ftehim qafas tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>il-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, mingħajr ma tagħmel distinzjoni skont il-kwalità pubblika jew privata tal-persuna li timpjega li magħha huma marbuta, li għalhekk huma inklużi l-ħaddiema kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100916">16 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Chatzi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑149/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:534">EU:C:2010:534</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-klawżola 5 tal-ftehim qafas irrevedut</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-punti 1 sa 3 tal-klawżola 5 tal-ftehim qafas irrevedut huma fformulati f’termini kważi identiċi għal dawk tal-punti 5 sa 7 tal-klawżola 2 tal-ftehim qafas tal-1995, b’mod li l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna dawn l-aħħar dispożizzjonijiet tapplika wkoll għal tal-ewwel (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Rodríguez Sánchez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:447">EU:C:2016:447</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Huwa fil-perspettiva li tippermetti lill-ġenituri l-ġodda li jinterrompu l-attività professjonali tagħhom sabiex jiddedikaw ruħhom għar-responsabbiltajiet tal-familja tagħhom li l-ftehim qafas irrevedut jagħtihom l-assigurazzjoni, li tinsab fil-klawżola 5(1) ta’ dan il-ftehim qafas, li huma ser jirritornaw għall-istess impijeg tagħhom jew, f’każ ta’ impossibbiltà, impjieg ekwivalenti jew simili konsistenti mal-kuntratt tal-impjieg jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, fi tmiem tal-leave parentali. Għalhekk din id-dispożizzjoni tiggarantixxi, fit-tmiem dan il-leave, ir-ritorn għall-istess impjieg bl-istess kundizzjonijiet li kienu jeżistu fil-mument meta ttieħed dan il-leave (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>TSN u YTN</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑512/11 u C‑513/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:73">EU:C:2014:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-klawżola 5(2) tal-ftehim qafas irrevedut, fl-istess perspettiva, għandha bħala għan li tevita t-telf jew it-tnaqqis tad-drittijiet li jirriżultaw mir-relazzjoni ta’ xogħol, miksuba jew fil-proċess li jinkisbu, li l-ħaddiem jista’ jirreferi għalihom meta jibda l-leave parentali tiegħu, u li tiggarantixxi li, fit-tmiem dan il-leave, huwa jerġa’ jsib ruħu, fir-rigward ta’ dawn id-drittijiet, fl-istess sitwazzjoni li kien fiha fid-data tal-bidu tal-leave (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gómez-Limón Sánchez-Camacho</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:462">EU:C:2009:462</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ċertament, din id-dispożizzjoni ma tirregolax id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mir-relazzjoni ta’ impjieg matul it-tul tal-leave parentali, li huma ddefiniti, skont il-klawżola 5(3) tal-ftehim qafas irrevedut, mill-Istati Membru u/jew mill-imsieħba soċjali. Madankollu, hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, tali riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u għall-ftehimiet kollettivi jsir bla ħsara għar-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-ftehim qafas irrevedut u b’mod partikolari għal dawk ippreċiżati<?PAGE NO="9"?> fil-klawżola 5(1) u (2) ta’ dan il-ftehim qafas (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gómez-Limón Sánchez-Camacho</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:462">EU:C:2009:462</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument żviluppat mil-Land ta’ Berlin, għandu jiġi ppreċiżat, fl-ewwel lok, li, kuntrarjament għal dak sostnut minnu, id-dritt li jirritorna għall-impjieg okkupat u ż-żamma tad-drittijiet miskuba jew fil-proċess li jinkisbu hekk iggarantiti mill-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut għandhom jibbenefikaw lill-ħaddiem anki meta l-leave parentali meħud skont dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli jaqbeż il-perijodu minimu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-klawżola 2(2) tal-ftehim qafas irrevedut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, minbarra ċ-ċirkustanza, irrilevata mill-Avukat Ġenerali fil-punt 20 tal-konklużjonijiet tiegħu, li din is-soluzzjoni hija diġà dedotta, b’mod impliċitu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Riežniece</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:410">EU:C:2013:410</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-argument kuntrarju, difiż mil-Land ta’ Berlin, ma jsib ebda bażi fit-test tal-ftehim qafas irrevedut, fejn il-klawżola 5 tirreferi, rispettivament fil-punti 1 u 2 tagħha, għad-dritt ta’ ritorn għall-istess impjieg <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>(f)l-aħħar tal-leave tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u għad-dritt għaż-żamma kif inhuma tad-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>sa meta jintemm il-leave tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minbarra dan, li l-ħaddiem ikkonċernat jiġi miċħud mill-garanzija li jirritorna għall-impijeg preċedentement okkupat u li jkompli jibbenefika minn tali drittijet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu, meta l-leave parentali jaqbeż tul minimu ta’ erba’ xhur, ikollu bħala effett li jiddisswadi dan il-ħaddiem milli jieħu d-deċiżjoni li juża d-dritt tiegħu għal tali leave, li jwassal, b’dan il-mod, li l-effettività ta’ dan id-dritt u l-effett utli tad-Direttiva 2010/18 kif ukoll tal-ftehim qafas irrevedut jiġu ppreġudikati (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>TSN u YTN</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑512/11 u C‑513/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:73">EU:C:2014:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u billi għalhekk jitfixkel l-għan ta’ rikonċiljazzjoni tar-responsabbiltajiet professjonali u tal-familja li għandhom jintlaħqu mill-ftehim qafas irrevedut (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lyreco Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑588/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:99">EU:C:2014:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-argument tal-Land ta’ Berlin li, billi naqset milli effettivament tokkupa l-pożizzjoni ta’ membru tal-persunal bi prova inkwistjoni fil-kawża priċipali, H. ma tiħux mill-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut drittijiet li tirritorna lejn dan l-impjieg fit-tmiem tal-leave parentali tagħha u li tkompli tibbenefika mid-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu, b’mod partikolari marbuta ma’ din il-pożizzjoni, fid-data tal-bidu ta’ dan il-leave, ma jistax jiġi aċċettat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>impijeg<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>drittijiet miksuba jew fil-proċess li jkunu miksuba<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jinsabu f’din il-klawżola 5(1) u (2) għandhom, fl-assenza ta’ riferiment speċifiku għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit is-sens u l-portata tagħhom, normalment jiġu interpretati b’mod awtonomu u uniformi fl-Unjoni kollha, liema interpretazzjoni għandha titfittex billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-ftehim qafas irrevedut u mid-Direttiva 2010/18, kif imfakkra fil-punti 29 u 30 ta’ din is-sentenza u għaċ-ċirkustanza li l-ewwel sentenza tal-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut, minn naħa, tesprimi prinċipju ta’ dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari u, min-naħa l-oħra, tikkonkretizza d-dritt għal-leave parentali iggarantit, barra minn hekk, bħala dritt fundamentali fl-Artikolu 33(2) tal-Karta, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata b’mod restrittiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lyreco Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑588/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:99">EU:C:2014:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Huwa wkoll suffiċjenti, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut, li, fid-data li fiha H. ħadet il-leave parentali tagħha, hija kienet, wara proċedura ta’ selezzjoni u ta’ promozzjoni tagħha, diġà ġiet assenjata bħala uffiċjal bi prova fil-pożizzjoni kkonċernata, u għalhekk<?PAGE NO="10"?> tibbenefika wkoll mir-remunerazzjoni korrispondenti mal-klassi salarjali superjuri li din il-pożizzjoni taqa’ taħtha. Iċ-ċirkustanza li, fil-mument meta seħħet din l-assenjazzjoni, il-persuna kkonċernata kienet tinsab fil-leave tal-mard minħabba raġunijiet marbuta mat-tqala, tibqa’, min-naħa, mingħajr ebda effett fuq il-fatt li din il-pożizzjoni ġdida kienet, sa minn dan il-mument, saret tagħha, b’tali mod li hemm lok li jiġi kkunsidrat li, meta, sussegwentement, il-persuna kkonċernata ħadet il-leave parentali tagħha, hija kienet diġà tokkupa din il-pożizzjoni u kienet tibbenefika minn drittijiet miskuba jew fil-proċess li jinkisbu eventwalment marbuta magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Li tiġi adottata l-interpretazzjoni speċifikata minn qabel mil-Land ta’ Berlin iwassal, minbarra dan, li l-ħaddiema kkonċernati jiġu dissważi milli jieħdu leave parentali u li jitfixklu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu minn dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu l-ewwel nett jitqies il-punt jekk, sa fejn hija ma tipprevedi ebda estensjoni tal-perijodu ta’ prova meta l-uffiċjal bi prova li jokkupa pożizzjoni ta’ tmexxija jsib ruħu f’sitwazzjoni ta’ leave parentali, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikser il-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiem li jkun qed jieħu leave parentali fil-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut, jiġifieri li jirritorna, fi tmiem ta’ dan il-leave, għall-istess impjieg jew, jekk dan jirriżulta impossibbli, xogħol ekwivalenti jew simili, konsistenti mal-kuntratt tiegħu jew mar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Artikolu 97 tal-LBG, minn naħa, għandu bħala konsegwenza awtomatika li jeskludi li uffiċjal li jsib ruħu f’sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċpali jista’, fit-tmiem tal-leave parentali tiegħu, jirritorna lejn il-pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova li kien jokkupa qabel ma ħa dan il-leave. Fil-fatt, il-persuna kkonċernata kienet sabet ruħha f’leave parentali matul it-tul awtorizzat tal-perijodu ta’ prova u ma kinitx, minħabba dan il-fatt, eżerċitat il-funzjonijiet marbuta ma’ din il-pożizzjoni u lanqas ma setgħet, għalhekk, tipproduċi l-prova tal-kompetenza tagħha sabiex tinħatar definittivament għal din il-pożizzjoni, huwa paċifiku li, mar-ritorn tagħha mil-leave, hija ma setgħetx tirritorna lejn dan l-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din il-leġizlazzjoni nazzjonali, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinvju, għandha wkoll bħala konsegwenza awtomatika li teskludi li l-persuna kkonċernata tista’, fit-tmiem tal-leave parentali tagħha, tiġi offruta pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova ekwivalenti jew simili għal dik li hija kienet tokkupa qabel dan il-leave, peress li l-perijodu ta’ sentejn li matulu hija kienet awtorizzata twettaq perijodu ta’ prova sabiex turi l-kompetenza tagħha sabiex tokkupa pożizzjoni ta’ tmexxija kien għalhekk iddekorra u ma setax jiġi estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Isegwi li l-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut ma tipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni nett, tal-ewwel sentenza tal-klawżola 5(2) tal-ftehim qafas irrevedut, li tipprevedi ż-żamma kif inhuma tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>drittijiet miksuba jew fil-proċess li jkunu miksuba<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, għandu jitfakkar li dan il-kunċett ikopri d-drittijiet u l-vantaġġi kollha, fi flus jew in natura, li jirriżultaw direttament jew indirettament mir-relazzjoni ta’ xogħol, li l-ħaddiem jista’ jitlobhom fir-rigward tal-persuna li timpjega fid-data tal-bidu tal-leave parentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fost tali drittijiet u vantaġġi hemm dawk li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ aċċes f’livell superjuri tal-ġerarkija professjonali, billi dawn, fil-fatt, jirriżultaw mir-relazzjoni ta’ xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041118">18 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Sass</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:722">EU:C:2004:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-każ dan huwa d-dritt, irregolat fl-Artikolu 97 tal-LBG, għal uffiċjal li jikseb eventwali promozzjoni definittiva għal funzjoni ta’ tmexxija billi jwettaq, matul l-eżekuzzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol fid-dipartiment tal-Land ta’ Berlin u fit-tmiem ta’ proċedura ta’ selezzjoni preliminari, perijodu ta’ prova ta’ ċertu tul.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, li, bħala konsegwenza tal-fatt li H. ħadet leave parentali, l-Artikolu 97 tal-LBG, f’dan il-każ, kellu bħala effett li jċaħħad lill-persuna kkonċernata minn kull possibbiltà li turi l-kompetenza tagħha sabiex teżerċita l-funzjoni ta’ tmexxija li hija kienet taspira għaliha u li tkun, jekk kien ikun il-każ, definittivament promossa għal din il-funzjoni fit-tmiem tal-perijodu ta’ prova li għalih hija kienet intgħażlet qabel dan il-leave.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Isegwi li l-ewwel sentenza tal-klawżola 5(2) tal-ftehim qafas irrevedut tipprekludi wkoll leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Billi hija ta’ natura li tiddisswadi ħaddiem li jinsab fis-sitwazzjoni ta’ H. milli jieħu d-deċiżjoni li juża d-dritt għal leave parentali tiegħu, din il-leġiżlazzjoni twassal, minbarra dan, għal ksur tal-effettività ta’ dan id-dritt kif iggarantit mill-ftehim qafas irrevedut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument invokat mill-qorti tar-rinviju, li d-dispożizzjoniijet tal-Artikolu 97(1) u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 97(2) tal-LBG jistgħu jikkostitwixxu dispożizzjonijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tat-tieni sentenza tal-klawżola 5(2) tal-ftehim qafas irrevedut, li minnhom jistgħu legalment jirriżultaw, fit-tmiem tal-leave parentali, tibdil tad-drittijiet tal-ħaddiem bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu l-ewwel nett jiġi rrilevat li differenzi jeżistu bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, filwaqt li ċerti verżjonijiet lingwistiċi, bħal, b’mod partikolari, dik fil-lingwa Ġermaniża, jipprovdu li d-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu, inkluż it-tibdil li jirriżulta fost oħrajn mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, japplikaw fit-tmiem tal-leave parentali, il-verżjoni fil-lingwa Franċiża tipprevedi, min-naħa tagħha, li huma applikabbli, fit-tmiem tal-leave parentali, id-drittijiet imsemmija fl-ewwel sentenza tal-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas, bħat-tibdil miġjub, fost oħrajn, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>fil-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każ ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-iskop tal-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Popescu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑632/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:303">EU:C:2017:303</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-ftehim qafas irrevedut, kif imfakkra fil-punti 29 u 30 ta’ din is-sentenza, kif ukoll fid-dawl tal-importanza tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema skont il-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut, enfasizzata fil-punt 44 ta’ din l-istess sentenza, it-tieni sentenza tal-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas irrevedut ma tistax tiġi interpretata b’mod li tippreġudika l-effett utli tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema skont l-ewwel sentenza tal-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas. Issa, dan ikun il-każ kieku kellu jiġi ammess, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa possibbli li tiġi ġġustifikata, skont it-tieni sentenza tal-klawżola 5(2) tal-ftehim qafas irrevedut, l-estinzjoni ta’ dritt miksub jew fil-proċess li jinkiseb ta’ ħaddiem, minħabba l-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li tali dritt jintemm legalment fit-tmiem ta’ terminu li ma jistax jiġi estiż, li jkompli jiddekorri matul l-assenza tal-ħaddiem ikkonċernat dovuta għal-leave parentali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-raba’ u fl-aħħar lok, għandha tiġi eżaminata l-mistoqsija tal-qorti tar-rinviju dwar il-kwistjoni jekk il-ksur għad-drittijiet iggarantiti fil-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut, li jirriżulta għalhekk mill-applikazzjoni tal-Artikolu 97 tal-LBG jistax, skont il-każ, ikun iġġustifikat mill-għan tal-perijodu ta’ prova inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa intiż sabiex jippermetti evalwazzjoni tal-kompetenza sabiex tokkupa l-pożizzjoni ta’ tmexxija permanenti, kompetenza li tista’ tiġi stabbilita biss f’każ ta’ eżerċizzju effettiv tar-responsabbiltajiet relatati ma’ din il-pożizzjoni matul perijodu estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, bħal ma sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-ftehim qafas irrevedut ma jinkludi ebda dispożizzjoni li tawtorizza derogi għad-drittijiet hekk iggarantiti. Fi kwalunkwe każ, il-ksur magħmul lilhom, f’dan il-każ, ma jidher bl-ebda mod neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan hekk imfittex. Fil-fatt, għan bħal dak espost mill-qorti tar-rinvju jista’ jinżamm permezz ta’ ċerti arranġamenti intiżi sabiex jippermettu li, hekk kif tirrikjedi l-ewwel sentenza<?PAGE NO="12"?> tal-klawżola 5(2) tal-ftehim qafas irrevedut, il-proċess ta’ promozzjoni professjonali fis-seħħ jinżamm bis-sħiħ u l-perijodu ta’ prova mwettaq, matul it-tul meħtieġ, fit-tmiem tal-leave parentali, kemm fil-pożizzjoni okkupata fil-mument meta ttieħed dan il-leave, kemm, f’każ li dan jirriżulta impossibbli, f’pożizzjoni ekwivalenti jew simili, hekk kif teħtieġ il-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Lanqas ma jista’ jiġi aċċettat l-argument tal-Land ta’ Berlin li l-fatt, għall-persuna li timpjega, li jkollha tiggarantixxi r-ritorn tal-ħaddiem fl-impjieg preċedentement okkupat matul perijodu li jista’ jilħaq it-tul massimu tal-leave parentali awtorizzat, jiġifieri, fil-Ġermanja, tliet snin, billi tkun, skont il-każ, imġiegħla tħalli din il-pożizzjoni vakanti matul tali perijodu, huwa ta’ natura li jhedded il-funzjonament tajjeb tad-dipartimenti ta’ dan il-Land, jew, fis-settur privat, l-eżistenza stess tal-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Konformement mal-klawżola 3(1) tal-Fehim qafas irrevedut, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-leave parentali u, b’mod partikolari, jiddeterminaw it-tul awtorizzat tiegħu, u dan fl-osservanza ta’ rekwiżiti minimi stabbiliti minn dan il-ftehim qafas. Issa, hekk kif jirriżulta mit-termini stess ta’ din il-klawżola 3(1), il-bżonnijiet tal-persuni li jimpjegaw, u b’mod partikolari dawk marbuta mal-funzjonament u mal-organizzazzjoni tal-impriżi, b’mod partikolari impriżi żgħar, jidhru, bħal fil-każ tal-bżonnijiet tal-ħaddiema, fost il-kriterji li fir-rigward tagħhom l-Istati Membru u/jew l-imsieħba soċjali, skont il-każ, huma msejħa sabiex jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal-leave parentali u l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ma jistax għalhekk jiġi aċċettat li, ladarba stabbilit, skont din id-dispożizzjoni, it-tul awtorizzat tal-leave, il-ħaddiema li kienu għażlu leave parentali li jkopri l-perijodu hekk awtorizzat jistgħu, f’isem dawn l-isess bżonnijiet, isibu ruħhom imċaħda minn rekwiżiti minimi ggarantiti mill-ftehim qafas irrevedut, bħal, b’mod partikolari, dawk stabbiliti fil-kawżola 5(1) u (2) ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-ewwel domanda u l-ewwel parti tat-tielet domanda għandhom jiġu risposti li l-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-promozzjoni definittiva għal pożizzjoni ta’ tmexxija tas-servizz pubbliku għall-kundizzjoni li l-kandidat magħżul iwettaq b’suċċess perijodu ta’ prova preliminari ta’ sentejn f’din il-pożizzjoni u, skont din il-kundizzjoni, f’sitwazzjoni fejn tali kandidat isib ruħu, matul il-parti l-kbira ta’ dan il-perijodu ta’ prova, f’leave parentali, u jkun għadu dejjem jinsab fih, dan il-perijodu ta’ prova jintemm legalment fit-tmiem ta’ dan il-perijodu ta’ sentejn, mingħajr ma estensjoni tiegħu tkun possibbli, fejn il-persuna kkonċernata, konsegwentement, tiġi integrata mill-ġdid, mar-ritorn tagħha mil-leave parentali, fil-funzjoni, ta’ livell inferjuri kemm fil-grad statutorju kif ukoll fil-qasam ta’ remunerazzjoni, li hija kienet tokkupa qabel l-ammissjoni tagħha għal dan il-perijodu ta’ prova. Il-ksur hekk magħmul fir-rigward ta’ din il-klawżola ma jistax jiġi ġġustifikat mill-għan li għandu jintlaħaq mill-istess perijodu ta’ prova, li jikkonsisti li tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni tal-kompetenza li tiġi okkupata l-pożizzjoni ta’ tmexxija permanenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda u fuq it-tieni parti tat-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda u għall-ewwel parti tat-tielet domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda u għat-tieni parti tat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba’ u l-ħames domandi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ u tal-ħames domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi liema konsegwenzi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni huma marbuta, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, mal-inkompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li hija ġurisprudenza stabbilita li, meta japplikaw il-dritt intern, il-qrati nazzjonali huma marbuta li jinterpretawh, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test u tal-iskop tad-direttiva inkwistjoni, sabiex jintlaħaq ir-riżultat previst minnha u, b’hekk, jikkonformaw ruħhom mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE (ara b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dominguez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑282/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:33">EU:C:2012:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan huwa wkoll il-każ fir-rigward ta’ ftehimiet li, bħall-ftehim qafas irrevedut, ġew implementati minn direttiva tal-Kunsill, li għalhekk jagħmlu parti integrali minnha (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100916">16 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Chatzi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑149/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:534">EU:C:2010:534</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, madankollu l-qorti tar-rinviju tenfasizza espressament, fit-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, li tali interpretazzjoni konformi ma hijiex possibbli f’dak li jikkonċerna l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitfakkar ukoll li, hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, fil-każijiet kollha fejn dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru bħala li huma, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, inkondizzjonali u suffiċjentement preċiżi, l-individwi għandhom dritt jinvokawhom kontra l-Istat Membru, b’mod partikolari fil-kwalita ta’ dan bħala persuna li timpjega. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din il-ġurisprudenza setgħet tiġi trasposta għall-ftehimiet li, bħall-ftehimiet qafas dwar il-leave parentali, inħolqu minn djalogu mwettaq bejn imsieba soċjali fil-livell tal-Unjoni u li ġew implementati, konformement mal-bażi legali rispettiv tagħhom, minn direttiva tal-Kunsill, li jagħmlu parti integrali minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑486/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:215">EU:C:2010:215</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel sentenza tal-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut tistabbilixxi, b’mod ġenerali u f’termi inekwivoċi, id-drittijiet tal-ħaddiem li jirritorna għall-istess impjieg, jew, f’każ li dan jirriżulta impossibbli, f’pożizzjoni ekwivalenti jew simili, u li jżomm id-drittijiet miksuba u dawk fil-proċess li jkunu miksuba fil-bidu tal-leave parentali tiegħu, fit-tmiem ta’ dan il-leave. Għalhekk, tali dispożizzjonijiet għandhom kontenut inkondizzjonali u suffiċjentement preċiż sabiex ikunu jistgħu jiġu invokati minn parti f’kawża u jiġu applikati mill-qorti (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gómez-Limón Sánchez-Camacho</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:462">EU:C:2009:462</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja, li, fin-nuqqas li jkunu jistgħu jinterpretaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali konformement mar‑rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il-qrati nazzjonali u l-korpi amministrattivi għandhom l-obbligu li japplikaw id-dritt tal-Unjoni b’mod sħiħ u li jipproteġu d-drittijiet li dan jagħti lill-individwi, billi ma japplikawx jekk ikun hemm bżonn kwalunkwe dispożizzjoni kunfliġġenti tad-dritt intern (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija l-qorti tar-rinviju li b’mod partikolari għandha tivverifika jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-Land ta’ Berlin kienx, fil-kwalità tiegħu bħala persuna li timpjega, fil-verità fl-impossibbiltà li jiggarantixxi lil H. li hija tista’ tirritorna għall-istess impjieg fit-tmiem tal-leave parentali tagħha u, fl-affermattiv, li jiżgura ruħu li lilha jingħata, hekk kif teħtieġ il-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut, impjieg ekwivalenti jew simili u konsistenti mal-kuntratt tal-impjieg jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħha, sabiex matulu hija tkun tista’ twettaq perijodu ta’ prova f’kundizzjonijiet li barra minn hekk ikunu konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Riežniece</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:410">EU:C:2013:410</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna ċ-ċirkustanza li l-pożizzjoni ta’ tmexxija li għaliha H. kienet ġiet assenjata inkwantu uffiċjal bi prova fit-<DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE> kienet, wara li hija ħadet il-leave parentali tagħha fit-<DATE ISO="20120530">30 ta’ Mejju 2012</DATE>, mogħtija mill-ġdid, b’mod definittiv, lil uffiċjal ieħor, fi tmiem ta’ proċess ta’ selezzjoni mibdi matul it-tieni parti tas-sena 2012, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Land ta’ Berlin ma spjegax quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif kien oġġettivament impossibbli għalih li jagħmel mezz li H.<?PAGE NO="14"?> tkun tista’ tirritorna lejn il-pożizzjoni tagħha bħala uffiċjal bi prova fil-pożizzjoni ta’ tmexxija kkonċernata, fit-tmiem tal-leave tagħha. B’mod partikolari dan il-Land ma esponiex ir-raġunijiet oġġettivi li minħabba fihom kien impossibbli għalih kemm li jżomm din il-pożizzjoni provviżorjament vakanti kemm, jekk neċessarju, li jaħtar għaliha tranżitorjament uffiċjal ieħor, sar-ritorn ta’ H.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament diġà rrikonoxxiet li, għall-finijiet ta’ ġestjoni razzjonali tal-istabbiliment tagħha, persuna li timpjega hija libera li torganizza mill-ġdid id-dipartimenti tagħha, hija madankollu ppreċiżat ukoll li dan iseħħ bil-kundizzjoni li hija tosserva d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni applikabbli (ara, b’analoġija, rigward il-ftehim qafas tal-1995, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Riežniece</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:410">EU:C:2013:410</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hija għalhekk il-persuna li timpjega li għandha l-oneru li tistabbilixxi quddiem il-qorti tar-rinviju li minħabba raġunijiet oġġettivi, kien impossibbli għaliha li tagħmel mezz li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tkun tista’ tirritorna, fit-tmiem tal-leave parentali tagħha, lejn il-pożzzjoni ta’ tmexxija li hija kienet ġiet assenjata għaliha inkwantu uffiċjal bi prova qabel ma ħadet dan il-leave.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Jekk jiġi preżuppost li l-qorti tar-rinviju tikkonkludi li dan huwa impossibbli f’dan il-każ, xorta jibqa’ l-fatt, għalhekk, u fi kwalunwke każ, li l-impjieg li l-Land ta’ Berlin ta mill-ġdid lil H. fil-perspettiva tar-ritorn għax-xogħol tagħha fit-tmiem tal-leave parentali ma jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ekwivalenti jew simili<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għall-pożizzjoni ta’ tmexxija li l-persuna kkonċernata kienet tokkupa meta hija ħadet dan il-leave, fis-sens tal-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut, peress li huwa paċifiku li l-persuna kkonċernata kienet ġiet assenjata mill-ġdid fil-pożizzjoni li hija kienet tokkupa qabel il-promozzjoni tagħha għal din il-pożizzjoni ta’ tmexxija, jiġifieri pożizzjoni ta’ livell inferjuri kemm fil-grad statutorju kif ukoll fil-qasam ta’ remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>L-osservanza ta’ din il-klawżola 5(1) kienet teħtieġ, fil-fatt, li l-Land ta’ Berlin jassenja lil H., fil-kwalità tagħha bħala uffiċjal bi prova, għal pożizzjoni ta’ tmexxija kkaratterizzata, tal-inqas, minn grad statutorju, livell ta’ remunerazzjoni u dmirijiet ta’ tmexxija li jikkorrispondu ma’ dawk relatati mal-pożizzjoni li għaliha hija kienet inizjalment ġiet magħżula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-qorti tar-rinviju ser ikollha tiżgura ruħha li t-twettiq tal-perijodu ta’ prova fil-pożizzjoni ta’ tmexxija inizjalment okkupata, jew, f’każ ta’ impossibbiltà oġġettivament stabbilita, f’pożizzjoni ekwivalenti jew simili, iseħħ, fir-rigward tat-tul ta’ dan il-perijodu ta’ prova, fl-osservanza tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-klawżola 5(2) tal-ftehim qafas irrevedut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Tali osservanza timplika li, fit-tmiem tal-leave parentali tagħha, H. iżżomm il-possibbiltà li twettaq il-perijodu ta’ prova tagħha f’waħda jew oħra minn dawn il-pożizzjonijiet b’tali mod li hija tibbenefika minn perijodu ta’ prova effettiv ta’ tul totali identiku għal dak li hija kienet tibbenefika minnu kieku hija ma ħaditx leave parentali. Il-persuna kkonċernata għandha, fil-fatt, tkompli tibbenefika, fit-tmiem tal-leave parentali tagħha, mill-istess possibbiltajiet li turi l-kompetenza tagħha sabiex teżerċita l-funzjoni ta’ tmexxija okkupata, u, għaldaqstant, mill-istess perspettiva ta’ ħatra definittiva eventwali għal din il-funzjoni fit-tmiem ta’ dan il-perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, u fir-rigward tar-rekwiżit eventwali li jikkonsisti li l-għoti lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, fil-kwalità tagħha bħala uffiċjal bi prova, ta’ pożizzjoni ta’ tmexxija simili jew ekwivalenti, jiġi suġġett għall-kundizzjoni li qabel isseħħ proċedura ta’ selezzjoni ġdida, għandu jiġi kkonstatat li dan ikun ta’ natura li jċaħħad mis-sustanza tiegħu d-dritt li jibbenefika minnu ħaddiem, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jkun ħa leave parentali, li jiġi ttrasferit f’impjieg simili jew ekwivalenti, f’kundizzjonijiet previsti fil-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut, sabiex fih iwettaq perijodu ta’ prova f’kundizzjonijiet li jkunu, barra minn hekk, konformi mar-rekwiziti li jirriżultaw mit-tieni sentenza tal-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Riežniece</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:410">EU:C:2013:410</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, irrispettivament miċ-ċirkustanza li l-persuna kkonċernata diġà pparteċipat f’tali proċedura ta’ selezzjoni li wasslet għall-ħatra tagħha bħala uffiċjal bi prova u tal-assenjazzjoni tagħha fil-pożizzjoni ta’ tmexxija okkupata fil-mument meta hija ħadet il-leave parentali tagħha, tali proċedura ta’ selezzjoni għandha bħala konsegwenza li għaldaqstant iddewwem il-ħatra tal-persuna kkonċernata għal din il-pożizzjoni ġdida u, konsegwentement, il-possibbiltà għaliha li turi l-kapaċitajiet tagħha sabiex tiġi maħtura definittivament għal din il-pożizzjoni. Minbarra dan u iktar fondamentalment ukoll, din għandha bħala effett li tagħti tali ħatra natura imprevedibbli, peress li din tkun għalhekk tiddependi mir-riżultati ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Rekwiżit bħal dak imsemmi fil-punt 79 ta’ din is-sentenza għalhekk ma jistax jiġi aċċettat u konsegwentement hija l-qorti tar-rinviju li għandha tħallih mhux applikat, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 70 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-raba’ u l-ħames domandi għandhom jiġu risposti li hija l-qorti tar-rinviju, skont il-bżonn billi tiċħad il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha tivverifika, hekk kif teħtieġ il-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut, jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-Land ikkonċernat kienx, fil-kwalità tiegħu bħala persuna li timpjega, fl-impossibbiltà oġġettiva li jippermetti lill-persuna kkonċernata li tirritorna għall-istess impjieg fit-tmiem tal-leave parentali tagħha u, fl-affermattiv, li jiżgura li lilha jingħata impjieg ekwivalenti jew simili u konsistenti mal-kuntratt tagħha jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħha mingħajr ma dan l-għoti ta’ pożizzjoni jista’ jkun suġġett li qabel isseħħ proċedura ta’ selezzjoni ġdida. Hija wkoll din il-qorti li għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata tkun tista’, fit-tmiem ta’ dan il-leave parentali, twettaq, fl-impijeg li tirritorna lejh jew mill-ġdid mogħti lilha, perijodu ta’ prova f’kundizzjonijiet li jkunu konformi mar-rekwiziti li jirriżultaw mill-klawżola 5(2) tal-ftehim qafas irrevedut.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-klawżola 5(1) u (2) tal-ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, tat-<DATE ISO="20100308">8 ta’ Marzu 2010</DATE>, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-promozzjoni definittiva għal pożizzjoni ta’ tmexxija tas-servizz pubbliku għall-kundizzjoni li l-kandidat magħżul iwettaq b’suċċess perijodu ta’ prova preliminari ta’ sentejn f’din il-pożizzjoni u, skont din il-kundizzjoni, f’sitwazzjoni fejn tali kandidat isib ruħu, matul il-parti l-kbira ta’ dan il-perijodu ta’ prova, f’leave parentali, u jkun għadu dejjem jinsab fih, dan il-perijodu ta’ prova jintemm legalment fit-tmiem ta’ dan il-perijodu ta’ sentejn, mingħajr ma estensjoni tiegħu tkun possibbli, fejn il-persuna kkonċernata, konsegwentement, tiġi integrata mill-ġdid, mar-ritorn tagħha mil-leave parentali, fil-funzjoni, ta’ livell inferjuri kemm fil-grad statutorju kif ukoll fil-qasam ta’ remunerazzjoni, li hija kienet tokkupa qabel l-ammissjoni tagħha għal dan il-perijodu ta’ prova. Il-ksur hekk magħmul fir-rigward ta’ din il-klawżola ma jistax jiġi ġġustifikat mill-għan li għandu jintlaħaq mill-istess perijodu ta’ prova, li jikkonsisti li tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni tal-kompetenza li tiġi okkupata l-pożizzjoni ta’ tmexxija permanenti.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Hija l-qorti tar-rinviju, skont il-bżonn billi tiċħad il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha tivverifika, hekk kif teħtieġ il-klawżola 5(1) tal-ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali li jinsab fl-anness tad-Direttiva 2010/18, jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-Land ikkonċernat kienx, fil-kwalità tiegħu bħala persuna li timpjega, fl-impossibbiltà oġġettiva li jippermetti lill-persuna kkonċernata li tirritorna għall-istess impjieg fit-tmiem tal-leave parentali tagħha u, fl-affermattiv, li jiżgura li lilha jingħata impjieg ekwivalenti jew simili u konsistenti mal-kuntratt tagħha jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħha mingħajr ma dan l-għoti ta’ pożizzjoni jista’ jkun suġġett li qabel isseħħ proċedura ta’ selezzjoni ġdida. Hija wkoll din il-qorti li għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata tkun tista’, fit-tmiem ta’ dan il-leave parentali, twettaq, fl-impijeg li tirritorna lejh jew mill-ġdid mogħti lilha, perijodu ta’ prova f’kundizzjonijiet li jkunu konformi mar-rekwiziti li jirriżultaw mill-klawżola 5(2) ta’ dan il-ftehim qafas irrevedut.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>